This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1087
Council Decision (CFSP) 2018/1087 of 30 July 2018 amending Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ST/11140/2018/INIT
ĠU L 194, 31.7.2018, p. 152–157
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/152 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1087
tat-30 ta' Lulju 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irriveda l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati stabbilita fl-Annessi II, III, V u VI ta' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, inklużi ċerti entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Annessi II u III tagħha, jiġu aġġornati. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 23 huma ssostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 23 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':
2. Il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikax fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina skont il-każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod ieħor l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017) jew 2397 (2017).”. |
(2) |
L-Artikolu 27(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta', miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:
|
(3) |
L-Artikolu 34(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 18b(4) jew (5), fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 23(1), jew fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 27(1), huwa għandu jemenda l-Anness II, III, IV jew VI kif meħtieġ.”. |
(4) |
L-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 35 1. L-Annessi I, II, III, IV, V u VI għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni, entitajiet u bastimenti elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I u l-Anness IV. 2. L-Annessi I, II, III, IV, V u VI għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni, entitajiet jew bastimenti kkonċernati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I u l-Anness IV. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' deżinjazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”. |
(5) |
L-Artikolu 36(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 18b (4) u (5), il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 23(1) u l-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(1) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.”. |
(6) |
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jinsabu fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
1.
L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, subintestatura “A. Persuni”, huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-entrati eżistenti huma nnumerati mill-ġdid 1-30; |
(b) |
l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:
|
2.
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, subintestatura “B. Entitajiet”, l-entrati eżistenti huma nnumerati mill-ġdid 1-5.
3.
L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment ta' assi jew riżorsi li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva”, subintestatura “A. Persuni”, huwa emendat kif ġej:
(a) |
l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:
|
(b) |
l-entrati huma nnumerati mill-ġdid 1-6. |
4.
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, subintestatura “A. Persuni”, l-entrata li ġejja hija sostitwita kif ġej:
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
“4. |
JON Chol Young Magħruf ukoll bħala: JON Chol Yong |
Numru tal-passaport: 563410192 Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola Data tat-twelid: 30.4.1975 |
22.1.2018 |
Rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat għar-RDPK fl-Angola. Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inklużi il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta' bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.” |