This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1086
Council Implementing Decision (CFSP) 2018/1086 of 30 July 2018 implementing Decision (CFSP) 2015/1333 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1086 tat-30 ta' Lulju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1086 tat-30 ta' Lulju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ST/10919/2018/INIT
ĠU L 194, 31.7.2018, p. 150–151
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/150 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1086
tat-30 ta' Lulju 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness II u l-Anness IV għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li persuna waħda ma għandhiex tibqa' tinżamm fuq il-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II u l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
ANNESS
1.
Fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-Anness II (“Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)”), Parti (A. Persuni) l-entrata Nru 3 (li tikkonċerna lil ASHKAL, Omar) titħassar u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.
2.
Fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-Anness IV (“Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)”), Parti A (Persuni) l-entrata Nru 3 (li tikkonċerna lil ASHKAL, Omar) titħassar u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.