EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1086

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1086 tat-30 ta' Lulju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/10919/2018/INIT

OJ L 194, 31.7.2018, p. 150–151 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1086/oj

31.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/150


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1086

tat-30 ta' Lulju 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness II u l-Anness IV għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li persuna waħda ma għandhiex tibqa' tinżamm fuq il-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II u l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

1.   

Fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-Anness II (“Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)”), Parti (A. Persuni) l-entrata Nru 3 (li tikkonċerna lil ASHKAL, Omar) titħassar u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.

2.   

Fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-Anness IV (“Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)”), Parti A (Persuni) l-entrata Nru 3 (li tikkonċerna lil ASHKAL, Omar) titħassar u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.


Top