Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0066

    Kawża T-66/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Tsapakidou vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/25


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Tsapakidou vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Kawża T-66/18)

    (2018/C 134/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Argyro Tsapakidou (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kleani, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2017 (riferenza 20173939) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa fir-rigward tal-avviż ta’ kuntratti għal tradutturi freelance Nru 2017/S 002-001564 għal-lingwa Griega;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, skont liema atti amministrattivi għandhom ikunu suffiċjentement immotivati u għandhom jiddikjaraw il-prinċipji li huma bbażati fuqhom. Hija tonqos milli tissodisfa dawn il-kriterji. Ir-rikorrenti targumenta, b’mod partikolari, li l-ġustifikazzjoni pprovduta mill-konvenuta kienet insuffiċjenti fid-dawl tal-Artikolu 4.3.1. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-avviż. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta lir-rikorrenti ma ppermettitilhiex tevalwa l-validità tar-riżultat miksub fit-traduzzjoni inkwistjoni suġġetta għal evalwazzjoni. Hija ma kellhiex informazzjoni dwar il-linji gwida ta’ evalwazzjoni jew kriterji li abbażi tagħhom id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata.


    Top