This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0628
Case C-628/16: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 21 February 2018 (request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzgericht — Austria) — Kreuzmayr GmbH v Finanzamt Linz (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax (VAT) — Successive supplies relating to the same goods — Place of the second supply — Information provided by the first supplier — VAT identification number — Right to deduct — Legitimate expectation on the part of the taxable person regarding the existence of the conditions giving rise to the right to deduct)
Kawża C-628/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht l-Awstrija) – Kreuzmayr GmbH vs Finanzamt Linz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Kunsinni suċċessivi li jirrigwardaw l-istess oġġetti — Post tat-tieni kunsinna — Informazzjoni tal-ewwel fornitur — Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT — Dritt għal tnaqqis — Aspettattivi leġittimi tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis)

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht l-Awstrija) – Kreuzmayr GmbH vs Finanzamt Linz
(Kawża C-628/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Kunsinni suċċessivi li jirrigwardaw l-istess oġġetti - Post tat-tieni kunsinna - Informazzjoni tal-ewwel fornitur - Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT - Dritt għal tnaqqis - Aspettattivi leġittimi tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis))
(2018/C 134/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreuzmayr GmbH
Konvenut: Finanzamt Linz
Dispożittiv
1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 32 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għat-tieni waħda minn żewġ kunsinni suċċessivi tal-istess oġġett li taw lok biss għal trasport intra-Komunitarju wieħed. |
2) |
Ladarba t-tieni kunsinna ta’ katina ta’ żewġ kunsinni suċċessivi li jinvolvu trasport intra-Komunitarju wieħed hija kunsinna intra-Komunitarja, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-akkwirent finali, li b’mod żbaljat invoka dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input, ma jistax inaqqas, bħala taxxa fuq il-valur miżjud tal-input, it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa lill-fornitur fuq il-bażi biss tal-fatturi mibgħuta mill-operatur intermedjarju li kklassifika b’mod żbaljat il-kunsinna tiegħu. |