Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1088

    Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat tal-FSE stabbilit permezz tal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa l-oħra, tat-22 ta' Marzu 2018 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat tal-FSE [2018/1088]

    ĠU L 194, 31.7.2018, p. 158–161 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1088/oj

    31.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/158


    DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT TAL-FSE STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM INTERIM TA' SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN IL-KOSTA TAL-AVORJU, MINN NAĦA, U L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI, MIN-NAĦA L-OĦRA,

    tat-22 ta' Marzu 2018

    dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat tal-FSE [2018/1088]

    IL-KUMITAT TAL-FSE,

    wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), iffirmat f'Abidjan fis-26 ta' Novembru 2008 u fi Brussell fit-22 ta' Jannar 2009, u applikat b'mod provviżorju mit-3 ta' Settembru 2016, u b'mod partikolari l-Artikolu 73 tiegħu,

    wara li kkunsidra li l-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina r-regoli tiegħu tal-organizzazzjoni u tal-operat tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-FSE huma stabbiliti kif imniżżel fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-iffirmar tagħha.

    Magħmul f'Abidjan, it-22 ta' Marzu 2018.

    Għar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju

    Ally COULIBALY

    Għall-Unjoni Ewropea

    Cecilia MALMSTRÖM


    (1)  ĠU L 59, 3.3.2009, p. 3.


    ANNESS

    REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-KUMITAT TAL-FSE

    stabbiliti permezz tal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

    Artikolu 1

    Għamla u Presidenza

    1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jkun kompost, min-naħa, minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, minn rappreżentanti tal-Kosta tal-Avorju, fil-livell ministerjali jew f'dak ta' uffiċjali pubbliċi għoljin.

    2.   Ir-referenza għall-“Partijiet” fir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 72 tal-Ftehim.

    3.   Il-Presidenza tal-FSE għandha tiġi eżerċitata, skont sistema ta' rotazzjoni, għal perjodi ta' 12-il xahar, minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-FSE tal-Ftehim u jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-ewwel Presidenza tal-Kumitat tal-FSE (iktar 'il quddiem il-“Presidenza”) għandha tkun f'idejn rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju.

    4.   Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (WAEMU, West African Economic and Monetary Union) u tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS, Economic Community of West African States) jistgħu jiġu mistiedna mill-partijiet biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE. Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li jistiednu rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat, kif ukoll esperti fuq bażi ad hoc, għal-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE.

    Artikolu 2

    Laqgħat

    1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jiltaqa' f'intervalli regolari, li ma jeċċedux perjodu ta' sena, u jagħmel laqgħat straordinarji kwalunkwe meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan jekk il-Partijiet jaqblu hekk.

    2.   Kwalunkwe sessjoni tal-Kumitat tal-FSE għandha ssir f'data u post li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-partijiet.

    3.   Il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE għandhom jissejħu mill-Presidenza.

    Artikolu 3

    Delegazzjonijiet

    Qabel kwalunkwe laqgħa, il-Presidenza għandha tkun infurmata dwar kif huma previsti li jkunu komposti d-delegazzjonijiet tal-Kosta tal-Avorju u tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Segretarjat

    Is-segretarjat tal-Kumitat tal-FSE (“iktar 'il quddiem is-Segretarjat”) jiġi żgurat, skont sistema ta' rotazzjoni, għal perjodi ta' tnax-il xahar, minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Konsta tal-Avorju. Dawn il-perjodi jikkoinċidu mal-eżerċizzju alternat tal-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE mill-Unjoni Ewropea u mill-Kosta tal-Avorju. Is-Segretarjat huwa żgurat mill-Parti li jkollha l-presidenza.

    Artikolu 5

    Sottokumitati

    Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tal-mandati tiegħu b'mod effettiv, il-Kumitat tal-FSE jista' joħloq, taħt l-awtorità tiegħu, sottokumitati responsabbli minn kwistjonijiet speċifiċi rilevanti tal-Ftehim. Għal dan l-għan, il-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-kompiti ta' tali sottokumitati.

    Artikolu 6

    Dokumentazzjoni

    Fejn id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat FSE jkunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn miktubin, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE.

    Artikolu 7

    Korrispondenza

    1.   Kwalunkwe korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tintbagħat lis-Segretarjat.

    2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tintbagħat lill-Presidenza u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE lill-korrispondenti indikati mill-Partijiet previsti fl-Artikolu 73 tal-Ftehim (iktar 'il quddiem imsejħa “il-korrispondenti”)

    3.   Il-korrispondenza mill-Presidenza għandha tintbagħat lill-korrispondenti mis-Segretarjat u, fejn xieraq, tiġi ċċirkolata bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE.

    Artikolu 8

    Aġendi għal-laqgħat

    1.   Is-Segretarjat għandu jfassal aġenda proviżorja għal kwalunkwe laqgħa abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarjat lill-korrispondenti mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

    2.   L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom tkun saret talba għall-inklużjoni lis-Segretarjat minn tal-anqas 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, u li għalihom id-dokumenti rilevanti ta' sostenn ma jaslux għand is-Segretarjat sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat din l-aġenda proviżorja.

    3.   L-aġenda tiġi adottata mill-Kumitat tal-FSE fil-bidu ta' kwalunkwe laqgħa. Kwalunkwe punt għajr dawk li huma mniżżla fuq l-aġenda proviżorja jista' jiddaħħal fl-aġenda, sakemm il-partijiet jaqblu li jsir hekk.

    4.   Il-Presidenza, bi qbil mal-Partijiet, tista' tistieden esperti biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE sabiex jipprovdu tagħrif dwar xi suġġetti speċifiċi.

    5.   Bi ftehim mal-Partijiet, is-Segretarjat jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

    Artikolu 9

    Minuti

    1.   Is-Segretarjat ifassal abbozz tal-minuti ta' kwalunkwe laqgħa mill-aktar fis possibbli.

    2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jiddeskrivu fil-qosor kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u jispeċifikaw fejn applikabbli:

    (a)

    id-dokumenti kollha li jitressqu lill-Kumitat tal-FSE;

    (b)

    kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat tal-FSE jkun talab li tiddaħħal;

    (c)

    id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li dwarhom intlaħaq qbil u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

    3.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti fil-laqgħa tal-Kumitat tal-FSE u lista tal-membri tad-delegazzjonijiet li jkunu qed jakkumpanjawhom.

    4.   Il-minuti jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa. Wara l-approvazzjoni tal-minuti, is-Segretarjat jiffirma żewġ kopji tagħhom u kwalunkwe waħda mill-partijiet tirċievi kopja oriġinali ta' dawn id-dokumenti awtentiċi.

    Artikolu 10

    Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    1.   Il-Kumitat tal-FSE jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet permezz ta' kunsens.

    2.   Il-Kumitat tal-FSE jista' jiddeċiedi li jissottometti kwalunkwe kwistjoni ġenerali ta' interess komuni għall-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem imsejħa “l-AKP-UE”), imqajma fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, kif definit fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (iktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Cotonou”).

    3.   Bejn laqgħa u oħra, il-Kumitat tal-FSE jista', bi qbil taż-żewġ Partijiet, jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub. Proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-Partijiet.

    4.   Kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-FSE għandha jkollha t-titolu “deċiżjoni”, jew “rakkomandazzjoni” segwit b'numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħha u deskrizzjoni tas-suġġett tagħha. Kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

    5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat tal-FSE għandhom jiġu awtentikati minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju.

    6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jintbagħtu lill-Partijiet bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE.

    Artikolu 11

    Ippubblikar

    1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE ma jkunux pubbliċi.

    2.   Kwalunkwe Parti tista' tiddeċiedi li tippublika, fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-FSE.

    Artikolu 12

    Reġim lingwistiku

    1.   Il-lingwa ta' ħidma tal-Kumitat tal-FSE hija l-lingwa uffiċjali komuni għall-Partijiet.

    2.   Il-Kumitat tal-FSE jiddelibera u jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar id-dokumentazzjoni u l-proposti mħejjija bil-lingwa msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 13

    Spejjeż

    1.   Kwalunkwe Parti għandha tħallas l-ispejjeż li tagħmel b'riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tas-sussistenza kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

    2.   L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallsu mill-Parti li tkun qiegħda torganizza l-laqgħa.

    3.   L-ispejjeż marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u mat-traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwa ta' ħidma għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. L-ispejjeż assoċjati mal-interpretazzjoni u mat-traduzzjoni ta' dokumenti mil-lingwi uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew fil-lingwi msemmija għandhom jitħallsu mill-Unjoni Ewropea.


    Top