Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1070

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1070 tas-26 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1970 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

    ST/11081/2018/INIT

    ĠU L 194, 31.7.2018, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1070/oj

    31.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/21


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1070

    tas-26 ta' Lulju 2018

    li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1970 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2017/1970 (1) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, l-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fis-Sottodiviżjonijiet tal-ICES 30-31 (l-istokk “tal-aringa tal-Golf tal-Botnija”) f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2016/1139 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2018/976 (3) fir-rigward tal-aringi tal-Golf tal-Botnija, b'kont meħud tal-aħħar tagħrif xjentifiku pprovdut mill-ICES.

    (3)

    Sussegwentement għal dik l-emenda fir-Regolament (UE) 2016/1139, jenħtieġ li jiżdiedu l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-aringi tal-Golf tal-Botnija.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1970 jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5)

    L-istaġun ewlieni tas-sajd għall-aringi bl-użu tax-xbieki nases jiftaħ f'Mejju. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd fil-livell nazzjonali l-aktar fis possibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2017/1970, l-entrata għall-aringa fis-Sottodiviżjonijiet tal-ICES 30-31 tinbidel b'dan li ġej:

    Speċijiet:

    Aringa

    Clupea harengus

    Żona:

    Sottodiviżjonijiet 30-31

    (HER/30/31.)

    Il-Finlandja

    78 351

     

     

    L-Iżvezja

    17 215

     

     

    L-Unjoni

    95 566

     

     

    TAC

    95 566

     

    TAC analitika”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. BLÜMEL


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta' Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2018/976 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 li jemenda Regolament (UE) 2016/1139 f'dak li għandu x'jaqsam mal-meded tal-mortalità mis-sajd u l-livelli ta' salvagwardja għal ċerti stokkijiet ta' aringi fil-Baħar Baltiku (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 76).


    Top