Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0764

    Kawża T-764/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2017 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/21


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2017 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-764/17)

    (2018/C 134/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Autoridad Portuaria de Vigo (Vigo, Spanja) (rappreżentant: J. Costas Alonso, avukat)

    Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-rettifika tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 243 tal-21 ta’ Settembru 2017;

    tannulla r-rettifika tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 243 tal-21 ta’ Settembru 2017.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li:

    1.

    Tiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni tat il-kunsens impliċitu tagħha għall-applikazzjoni diverġenti tar-regoli ta’ importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-Istati Membri f’każijiet konkreti ħafna, bħalma huma l-kontenituri ta’ prodotti tal-ħut iffriżati ġejjin miċ-Ċina, u dan kollu għandu impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni ġusta bejn l-Istati Membri.

    2.

    L-ikbar problema tikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u r-rekwiżit tal-hekk imsejjħa “lista doppja” ta’ bastimenti li jmexxu stabbilimenti fi Stati terzi.

    3.

    Operatur ta’ impriża tal-ikel li jimporta prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin minn barra l-Komunità jista’ jimporta biss il-prodotti tal-ħut ta’ pajjiż terz jekk jinsabu fil-lista kemm il-pajjiż terz inkwistjoni minn fejn jintbagħat il-prodott, kif ukoll l-istabbiliment minn fejn intbagħat il-prodott u fejn inkiseb jew tħejja l-prodott.


    Top