Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0647

    Kawża C-647/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall – XG vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni diretta – Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli – Artikoli 63, 64 u 65 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi)

    ĠU C 95, 28.2.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 95, 28.2.2022, p. 2–2 (GA)

    28.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/3


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall – XG vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-647/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli - Artikoli 63, 64 u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi)

    (2022/C 95/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: XG

    Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Dispożittiv

    L-Artikolu 63 u l-Artikolu 65(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq id-dħul minn persuni fiżiċi li tissuġġetta l-profitti li jirriżultaw mill-bejgħ, minn resident ta’ pajjiżi terzi, ta’ proprjetajiet immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru għal piż fiskali ogħla minn dak applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-profitti magħmula minn resident tal-imsemmi Stat Membru.


    (1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


    Top