EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0107

Kawża T-107/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Aytekin vs EUIPO – Dienne Salotti (Dienne)

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/38


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Aytekin vs EUIPO – Dienne Salotti (Dienne)

(Kawża T-107/18)

(2018/C 134/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erkan Aytekin (Ankara, it-Turkija) (rappreżentanti: V. Martín Santos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dienne Salotti SRL b’membru wieħed (Altamura, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dienne – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 080 302

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1444/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-applikanti/intervenjenti u/jew lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kuntest tar-rikors preżenti, u għall-ispejjeż kollha tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


Top