Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0098

    Kawża T-98/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (MULTIFIT)

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/33


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (MULTIFIT)

    (Kawża T-98/18)

    (2018/C 134/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIFIT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 996 291

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 846/2017-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


    Top