This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0083
Case T-83/18: Action brought on 9 February 2018 — CH v Parliament
Kawża T-83/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CH vs Il-Parlament
Kawża T-83/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CH vs Il-Parlament
ĠU C 134, 16.4.2018, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/28 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CH vs Il-Parlament
(Kawża T-83/18)
(2018/C 134/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CH (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli; |
— |
tordna lill-konvenut jippreżenta l-konklużjonijiet tal-Kumitat APA, il-minuti tax-xhieda mogħtija quddiem il-Kumitat APA, u l-fajl ikkomunikat lill-President tal-Parlament Ewropew abbażi tal-Artikolu 10 tar-regolamentazzjoni interna tal-Kumitat APA; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment; |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 68 500, bħala kumpens għad-diversi danni morali tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dritt għal smigħ u tad-dritt tad-difiża u tad-dmir ta’ premura, li hija vvizjata bih id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal assistenza tar-rikorrenti. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-Artikolu 31 tal-Karta, tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura. |