Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0076

    Kawża T-76/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CN vs Il-Parlament

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/25


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CN vs Il-Parlament

    (Kawża T-76/18)

    (2018/C 134/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CN (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

    tordna lill-konvenut jipproduċi s-sejbiet tal-Kumitat APA, il-minuti tas-smigħ tax-xhieda li nstemgħu mill-Kumitat APA u l-fajl mibgħut lill-President tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 10 tar-Regoli Interni għall-Kumitat APA;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jekk neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

    tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 68 500 bħala kumpens għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dritt għal smigħ u tad-drittijiet tad-difiża u tad-dmir ta’ premura, li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata f'dan il-każ, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrent.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-Artikolu 31 tal-Karta, tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura.


    Top