This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0050
Case T-50/18: Action brought on 30 January 2018 — Tassi v Court of Justice
Kawża T-50/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Tassi vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
Kawża T-50/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Tassi vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
ĠU C 134, 16.4.2018, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/22 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Tassi vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-50/18)
(2018/C 134/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Smaro Tassi (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kleani, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2017 (riferenza 20173192) li tiċħad l-offerta tar-rikorrent sottomessa fir-rigward tal-avviż ta’ kuntratti għal tradutturi freelance Nru 2017/S 002-001564 għal-lingwa Griega. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata la kienet akkumpanjata b’elenku speċifiku ta’ kriterji li jistabbilixxi l-livell ta’ kwalità tat-traduzzjonijiet rikjesti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u lanqas b’xi tip ta’ formola ta’ korrezzjoni jew rapport komparattiv li jista’ jispjega għalfejn, fl-opinjoni tal-konvenuta, it-traduzzjoni suġġetta għal evalwazzjoni sottomessa mir-rikorrenti naqset milli tikseb il-livell minimu rikjest. Ir-rikorrent jargumenta, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx immotivata b’mod suffiċjenti u li l-proċedura ta’ selezzjoni ma kinitx trasparenti.