This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0727
Case C-727/17: Request for a preliminary ruling from the Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (Poland) lodged on 29 December 2017 — ECO-WIND Construction S.A., established in Warsaw v Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach
Kawża C-727/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Polonja) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach
Kawża C-727/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Polonja) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach
ĠU C 134, 16.4.2018, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Polonja) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach
(Kawża C-727/17)
(2018/C 134/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Kielce, il-Polonja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja
Korp ta’ amministrazzjoni pubblika: Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach (il-Kulleġġ Awtonomu tal-Appell ta’ Kielce, il-Polonja)
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li taħt “regolament tekniku”, li l-abbozz tiegħu għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva, għandha taqa’ dispożizzjoni legali, li tintroduċi restrizzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet għall-ħolqien tal-elettriku mir-riħ (windfarms) li permezz ta’ tali dispożizzjoni legali tiġi stabbilita distanza minima mil-lokalizzazzjoni tagħhom sal-bini residenzjali jew bini ta’ użu mħallat, li jinkludi funzjoni ta’ residenza, li din għandha tkun tal-inqas għaxar darbiet l-għoli tat-turbini tar-riħ mil-livell tal-art sal-ogħla punt tal-bini, inklużi l-elementi tekniċi, b’mod partikolari r-“rotor” bil-pali? |
2) |
L-Artikolu 15(2)(a) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li taħt ir-regoli li jissuġġettaw it-twettiq jew it-tkomplija ta’ attività ta’ servizzi għal restrizzjoni territorjali b’mod partikolari fil-forma ta’ limiti stabbiliti b’rabta mad-distanza ġeografika minima bejn il-fornituri ta’ servizzi, li għalihom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15(7) tal-imsemmija direttiva, għandha taqa’ dispożizzjoni legali li tintroduċi restrizzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet għall-ħolqien tal-elettriku mir-riħ, li permezz tagħha tiġi stabbilita distanza minima mil-lokalizzazzjoni tagħhom sal-bini residenzjali jew bini ta’ użu mħallat, li jinkludi funzjoni ta’ residenza, li din għandha tkun tal-inqas għaxar darbiet l-għoli tat-turbini tar-riħ mil-livell tal-art sal-ogħla punt tal-bini, inklużi l-elementi tekniċi, b’mod partikolari r-“rotor” bil-pali? |
3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/28/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi restrizzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet għall-ħolqien tal-elettriku mir-riħ li permezz tagħha tiġi stabbilita distanza minima mil-lokalizzazzjoni tagħhom sal-bini residenzjali jew bini ta’ użu mħallat, li jinkludi funzjoni ta’ residenza, li din għandha tkun tal-inqas għaxar darbiet l-għoli tat-turbini tar-riħ mil-livell tal-art sal-ogħla punt tal-bini, inklużi l-elementi tekniċi, b’mod partikolari r-“rotor” bil-pali? |