EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0185

Kawża C-185/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Mitnitsa Varna vs “SAKSA” ООD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Standard armonizzat Ewropew EN 590:2013 — Subintestatura 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda — Kriterji rilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass)

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Mitnitsa Varna vs “SAKSA” ООD

(Kawża C-185/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Standard armonizzat Ewropew EN 590:2013 - Subintestatura 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda - Kriterji rilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass))

(2018/C 134/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitnitsa Varna

Konvenuta:“SAKSA” ООD

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li żejt minerali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax, minħabba l-karatteristiċi ta’ distillazzjoni tiegħu, jiġi kklassifikat bħala żjut tal-gass taħt is-subintestatura 2710 19 43 ta’ din in-nomenklatura, anki meta dan iż-żejt kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-istandard armonizzat EN 590, fil-verżjoni tiegħu ta’ Settembru 2013, dwar żjut tal-gass intiżi għal klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017


Top