Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0338

    Kawża T-338/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Zink vs Il-Kummissjoni (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Nuqqas ta’ ħlas tal-allowance għal diversi snin wara żball amministrattiv — Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Terminu raġonevoli”)

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Zink vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-338/16 P) (1)

    ((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Nuqqas ta’ ħlas tal-allowance għal diversi snin wara żball amministrattiv - Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġonevoli”))

    (2018/C 134/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Richard Zink (Bamako, Mali) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u F. Simonetti, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016, Zink vs Il-Kummissjoni (F-77/15, EU:F:2016:74), u intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016, Zink vs Il-Kummissjoni (F-77/15) hija annullata.

    2)

    Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 tal-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea hija annullata inkwantu, bis-saħħa ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet irrifjutat li tħallas lil Richard Zink l-allowance tal-espatrijazzjoni relatata mal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u t-30 ta’ April 2009.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt ir-referenza F-77/15 huwa miċħud.

    4)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-appell u mal-proċeduri tal-ewwel istanza.


    (1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


    Top