EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1346

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1346/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka d-dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

ĠU L 363, 18.12.2014, p. 82–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1346/oj

18.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 363/82


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1346/2014

tas-17 ta' Diċembru 2014

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka d-dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

F'Lulju 2002, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv ta' 21 % fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u dazju antidumping definittiv ta' 18,3 % fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (3), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv ta' 7,1 % fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2002/611/KE (4) il-Kummissjoni aċċettat impenn fuq il-prezz fir-rigward kemm ta' miżuri antidumping u antisussidji fuq importazzjonijiet mill-Indja offruti minn esportatur produttur Indjan wieħed, jiġifieri Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd (“Kokan”).

(4)

Fi Frar 2004, permezz tar-Regolament (KE) Nru 236/2004 (5), il-Kunsill żied ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ minn 21 % għal 33,7 % wara investigazzjoni mill-ġdid għall-antiassorbiment.

(5)

F'Marzu 2004, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE (6), il-Kummissjoni ħassret id-Deċiżjoni 2002/611/KE wara l-irtirar volontarju tal-impenn minn Kokan.

(6)

Bid-Deċiżjoni 2006/37/KE (7), il-Kummissjoni aċċettat impenn ġdid fir-rigward kemm ta' miżuri antidumping kif ukoll ta' antisussidji fuq importazzjonijiet mill-Indja offruti minn Kokan. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1338/2002 u (KE) Nru 1339/2002 ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 (8) kif xieraq.

(7)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1000/2008 (9), il-Kunsill impona dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1010/2008 (10), il-Kunsill impona dazji definittivi kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u emenda l-livell tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku Indjan wara rieżami ta' skadenza u interim.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(8)

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (11) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Injda, fl-1 ta' Lulju 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”). It-talba tressqet minn CUF — Quimicos Industriais (“l-applikant” jew “CUF”), l-uniku produttur ta' aċidu sulfaniliku fl-Unjoni, li b'hekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(9)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(10)

Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2013 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (12) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   Investigazzjoni parallela

(11)

Permezz tan-Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Ottubru 2013 (13), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (14) tal-miżuri kompensatorji definittivi fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja.

5.   L-investigazzjoni

5.1.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(12)

L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sal-30 ta' Settembru 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, it-30 ta' Settembru 2013 (“il-perjodu meqjus”).

5.2.   Partijiet konċernati

(13)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Indja, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta' bidu.

(14)

L-uniku produttur tal-Unjoni, billi kien l-unika parti interessata li għamel talba għal dan, ingħata smigħ.

5.3.   Kampjunar

(15)

Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi fl-Injda u fir-RPĊ u ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, fin-notifika ta' bidu ġie previst it-teħid ta' kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba, li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni.

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet risposti għall-formula tal-kampjunar minn żewġ produtturi esportaturi Indjani u l-ebda tweġiba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta' kampjun.

(17)

Importatur wieħed mhux relatat wieġeb għall-formola ta' kampjunar madankollu ma importax il-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati u ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta' kampjun.

(18)

Peress li hemm biss produttur wieħed tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni ma ġiex applikat għall-produtturi tal-Unjoni.

5.4.   L-investigazzjoni

(19)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-uniku produttur fl-Unjoni, liż-żewġ produtturi esportaturi fl-Indja, lil importaturi magħrufa u lil utenti mill-Unjoni.

(20)

Miż-żewġ importaturi esportaturi Indjani wieħed biss (Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd) issottometta tweġiba sħiħa. Dan il-produttur Indjan irrappreżenta parti kbira tat-total tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(21)

Saru żjajjar ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur tal-Unjoni:

CUF — Quimicos Industriais, Estarreja, il-Portugall

(b)

Produttur esportatur u produttur ta' pajjiż analogu:

Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd., Khed, l-Indja

(c)

Utenti tal-Unjoni:

Blankophor GmbH, Leverkusen, il-Ġermanja

Hovione Farmaciencia SA, Loures, il-Portugall

IGCAR Chemicals, S.L., Rubi, Spanja.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(22)

Il-prodott ikkonċernat huwa aċidu sulfaniliku attwalment klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 2921 42 00 (kodiċi TARIC 2921420060). Hemm żewġ gradi ta' aċidu sulfaniliku, li huma determinati skont il-purità: grad tekniku u grad purifikat. Barra minn dan, il-grad ippurifikat kultant huwa kkummerċjalizzat bħala melħ ta' aċidu sulfaniliku. Aċidu sulfaniliku huwa użat bħala materja prima fil-produzzjoni ta' aġenti florexxenti li jbajdu, addittivi konkreti, koloranti alimentari, u żebgħa speċjali. Ġie innutat ukoll użu limitat mill-industrija farmaċewtika. Għalkemm mhux ikkuntestat li ż-żewġ gradi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u għalhekk huma meqjusa bħala prodott wieħed uniku, huwa importanti li wieħed jinnota li l-investigazzjoni wriet li f'termini prattiċi l-interkambjabbiltà hija limitata B'mod partikolari, utenti li jiddependu fuq l-aċidu sulfaniliku fi grad purifikat setgħu jużaw grad tekniku f'każ biss li jkunu jistgħu jkomplu jippurifikawh huma stess. Dawk l-utenti li jeħtieġu jew jippreferu aċidu sulfaniliku ta' grad tekniku fit-teorija jistgħu jużaw grad purifikat, iżda minħabba d-differenza fil-prezz (20 %-25 %) dan mhuwiex ekonomikament vjabbli.

(23)

L-aċidu sulfaniku huwa prodott ta' komodità pur u l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tiegħu huma identiċi jkun xi jkun il-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fl-Indja fis-swieq domestiċi tagħha u lill-pajjiżi terzi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nstab li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi u għalhekk huma meqjusa li huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

(24)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ fil-preżent u jekk kienx probabbli li d-dumping jissokta jew jerġa' jseħħ jekk possibbilment jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq ċerti importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Indja.

1.   Il-kummenti preliminari

1.1.   Ir-RPĊ

(25)

Mal-bidu tar-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni kkuntattjat 39 produttur esportatur Ċiniż magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi. Ebda wieħed minn dawk il-produtturi ma ppreżenta ruħu u kkoopera.

(26)

Il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi u l-produtturi esportaturi kkonċernati dwar l-intenzjoni tagħha li tuża l-aħjar fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-partijiet ma ssottomew l-ebda kumment f'dan ir-rigward.

(27)

Konsegwentement, is-sejbiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping kellhom jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni mressqa mill-applikant, b'mod partikolari l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, u d-dejta tal-Eurostat.

(28)

Kwantità minuri biss tal-prodott ikkonċernat kienet importata mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

1.2.   L-Indja

(29)

Mal-bidu tar-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni kkuntattjat 25 produttur esportatur Indjan magħruf, li minnhom wieħed, jiġifieri Kokan, bagħat it-tweġibiet għall-kwestjonarju u kkoopera fl-investigazzjoni. Il-kumpanija kienet qed tirrappreżenta l-maġġoranza tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(30)

Matul il-perjodu kkunsidrat, dak il-produttuer esportatur opera taħt impenn fuq il-prezz aċċettat mill-Kummissjoni, liema impenn instab li kien rispettat.

2.   Dumping

2.1.   Ir-RPĊ

2.1.1.   Il-pajjiż analogu

(31)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tal-prezz jew il-valur kostrutt miksub f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (“il-pajjiż analogu”).

(32)

Fl-investigazzjoni oriġinali, l-Indja ntużat bħala pajjiż analogu għall-iskop tal-istabbiliment tal-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. In-Notifika ta' Bidu tindika l-Indja bħala pajjiż analogu, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar l-għażla. Ma waslu l-ebda kummenti u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-Indja ma kinitx l-aktar għażla xierqa. L-industrija tal-Unjoni pproponiet lill-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, fit-talba għal rieżami, madankollu minħabba li hemm biss produttur wieħed fl-Istati Uniti u li s-suq fl-Istati Uniti ilu protett minn dazji antidumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku miċ-Ċina u l-Indja għal aktar minn 20 sena, din il-proposta ġiet miċħuda. Għalhekk, l-Indja ntgħażlet bħala pajjiż analogu f'din l-investigazzjoni, ukoll.

(33)

Id-dejta tal-produttur esportatur Indjan li kkoopera kienet għalhekk użata.

2.1.2.   Valur normali

(34)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta vverifikata tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri Kokan. Il-bejgħ domestiku kien użat bħala bażi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali (ara l-premessi (42) — (47)).

2.1.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(35)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk fin-nuqqas ta' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta' fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal dak l-għan ġew użati s-sorsi tal-istatistika (Eurostat). Huwa meqjus li dan is-sors ta' informazzjoni huwa qrib il-prezzijiet attwali mitluba mill-esportaturi Ċiniżi lill-konsumaturi fl-Unjoni.

2.1.4.   Tqabbil

(36)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika.

(37)

Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fejn meħtieġ ingħatat konċessjoni xierqa lill-prezz tal-esportazzjoni f'forma ta' aġġustamenti. Sabiex jiġi espress il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta' prezz mill-fabbrika, u abbażi tal-informazzjoni mressqa fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz CIF abbażi tal-Eurostat għall-ispejjeż tal-ġarr, l-assigurazzjoni, il-maniġġ u ta' kreditu. Dawn l-aġġustamenti rrappreżentaw bejn 5 % sa 10 % tal-prezz CIF.

2.1.5.   Dumping

(38)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta' tqabbil bejn il-medja ponderata tal-valur normali u l-medja ponderata tal-valur ta'esportazzjoni.

(39)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-importazzjoni fit-taħlita tal-prodott. Fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku ppurifikat u tekniku, madankollu ġie meqjus li anki jekk wieħed jassumi li l-importazzjonijiet kollha kienu ta' aċidu sulfaniliku ta' grad purifikat, li huwa medja ta' 20 % aktar għaljin minn grad tekniku, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Eurostat kienu f'livell li, meta mqabbla mal-valuri normali tal-pajjiż analogu, ma wrewx l-eżistenza ta' dumping.

(40)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (28), il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu baxxi ħafna matul il-PIR. Huwa ġeneralment aċċettat fl-industriji kkonċernati li kwantità żgħira, ta' trasportazzjonijiet ad-hoc ta' aċidu sulfaniliku għandhom prezzijiet tal-unità konsederevolment ogħla minn ordnijiet regolari ta' kwantitajiet ikbar, li jista' jispjega l-livell għoli tal-prezzijiet tal-importazzjoni rrapportati mill-Eurostat.

(41)

Għalhekk, għalkemm jidher li hemm dumping negattiv miċ-ċifri disponibbli, tali konklużjoni tista' tkun ta' rilevanza limitata minħabba l-kwantitajiet importati baxxi u n-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott importat, li hija importanti minħabba d-differenza sinifikanti ta' prezz bejn il-gradi purifikati u tekniċi.

2.2.   L-Indja

2.2.1.   Valur normali

(42)

Il-bejgħ domestiku mill-uniku produttur esportatur li kkoopera ta' kull tip tal-prodott ikkonċernat inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi u saru fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(43)

Għal kull tip ta' prodott, ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi qligħ lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(44)

Il-bejgħ domestiku kollu kien sar bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-prezz ikkalkolat tal-produzzjoni u għalhekk il-bejgħ domestiku bi profitt irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' kull tip ta' prodott. Bħala konsegwenza ta' dan, għal kull wieħed mit-tipi tal-prodotti, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(45)

L-applikant iddikjara li l-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi li jkunu deħlin fis-suq Indjan għawweġ il-prezzijiet domestiċi Indjani u, b'hekk, il-valur normali ta' determinazzjoni.

(46)

Kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (44), bejgħ domestiku bi profitt irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' kull tip ta' prodott u għalhekk il-valur normali kellu jiġi bbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi eżerċitaw pressjoni 'l isfel fuq is-suq domestiku Indjan, il-valur normali huwa ddeterminat b'tali mod li tali pressjoni ma taffettwax l-valutazzjoni. Fil-fatt, jekk 80 % jew inqas ta' bejgħ ta' tip ta' prodott partikolari sar bi profitt, il-valur normali ta' determinazzjoni għandu jkun ibbażat biss fuq dan il-bejgħ bi profitt. Barra minn hekk, jekk il-bejgħ kollu ta' tip ta' prodott partikolari beda jagħmel it-telf, il-valur normali jkun ibbażat fuq l-ispiża sħiħa ta' produzzjoni u marġni ta' profitt raġonevoli.

(47)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-istqarrija li għamel l-applikant hija irrilevanti sa fejn għandu x'jaqsam il-kalkolu tal-valur normali.

2.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(48)

Fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu.

(49)

L-applikant stqarr li hemm kontradizzjoni bejn l-evoluzzjoni tal-prezz ta' benżin u l-evoluzzjoni tal-prezz tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni. Kien tal-opinjoni li din saħansitra kienet aktar eċċezzjonali peress li sostna li l-prezz minimu tal-impenn aċċettat mill-Kummissjoni kien indiċjat abbażi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-benżin. L-applikant allega wkoll li dan l-impenn tal-prezz wassal għall-prezzijiet tal-esportazzjoni ewlenin tal-produtturi esportaturi Indjani mhux rappreżentattivi.

(50)

Il-Kummissjoni sabet li l-benżin bħala materja prima għall-produzzjoni ta' anilina, li huwa l-materja prima ewlenija ta' aċidu sulfaniliku, ma jistax jirrappreżenta aktar minn bejn 50 % sa 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-klawżola ta' indiċjar tal-impenn tal-prezz jillimita l-effett tal-evoluzzjonijiet tal-prezz tal-benżin fuq il-prezz minimu. Fl-aħħar nett, ir-rispett tal-impenn tal-prezz minimu ġie kkontrollat matul il-verifika fuq il-post u nstab li l-livelli ta' prezzijiet tal-esportazzjoni kienu konsiderevolment u b'mod konsistenti ogħla mill-prezzijiet minimi previsti fl-impenn, u b'hekk ġie limitat l-impatt tiegħu.

(51)

L-applikant allega wkoll li probabbilment il-produtturi esportaturi Indjani għamlu kwantità żgħira ta' trasportazzjonijiet għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li kienu jattiraw prezzijiet spot għoljin, u b'hekk b'mod artifiċjali jiżdied il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(52)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda tali bejgħ magħmul minn Kokan, il-produttur esportatur Indjan prinċipali. Il-maġġoranza vasta (iktar minn 99 %) tal-bejgħ tal-esportaturi Indjani l-oħrajn lejn l-Unjoni nstabet ukoll li tikkonsisti minn kwantitajiet li ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala bejgħ immedjat.

(53)

Abbażi tas-sejbiet ta' hawn fuq, l-allegazzjonijiet tal-applikant dwar in-nuqqas ta' rappreżentattività tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni għandhom jiġu rrifjutati.

2.2.3.   Tqabbil

(54)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta' ex fabbrika. Għall-għanijiet tal-iżgurar ta' tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(55)

Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għall-spejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni, spejjeż tal-maniġġ, it-tagħbija u anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn pprovati li jaffettwaw l-paragunabilità tal-prezzijiet. Dan l-aġġustament jammonta għal bejn 6 % u 10 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni.

2.2.4.   Dumping

(56)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat stabbilit għall-prodott simili jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat.

(57)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping ikkalkulat għall-produttur esportatur li kkoopera kien negattiv. Għalhekk, ma kienx hemm dumping matul il-PIR.

(58)

L-applikant iddikjara li l-konklużjoni dwar in-nuqqas ta' dumping fil-livell tal-produttur esportatur prinċipali ma tistax tiġi estiża lill-produtturi Indjani l-oħra, minħabba li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu huma bbażati fuq prezz tal-importazzjoni minimu ta' impenn.

(59)

Madankollu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-akbar produttur esportatur Indjan ġew stabbiliti f'livelli konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet minimi tal-impenn tiegħu. Barra minn hekk, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi Indjani l-oħra bbażat fuq il-Eurostat instab li kien ogħla b'mod konsiderevoli mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur prinċipali. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ, tal-produttur esportatur li kkoopera rigward, tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, li mhuma suġġetti la għal impenn u lanqas għal dazji antidumping, ġew stabbiliti f'livell simili għal tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni u għaldaqstant mhux oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani kienu stabbiliti b'mod indipendenti mill-impenn fuq il-prezz u skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(60)

L-istqarrija li għamel l-applikant li kellu jinsab dumping għall-produtturi esportaturi Indjani oħrajn kellha għalhekk tiġi miċħuda.

3.   Il-probabilità ta' rikorrenza tad-dumping

3.1.   Il-kummenti preliminari

(61)

Fl-Istati Uniti miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja u fir-RPĊ, u miżuri kompensatorji rigward l-Indja ilhom fis-seħħ mill-1992. Fl-2011, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti estenda d-dazji kompensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mill-Indja f'livell ta' 43,7 % u l-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet kemm għall-Indja kif ukoll mir-RPĊ, li jvarjaw minn 19,1 % sa 114,8 %. Il-livell tal-miżuri effettivament għalaq is-suq tal-Istati Uniti għal importazzjonijiet Indjani u Ċiniżi.

3.2.   Ir-RPĊ

(62)

Il-kapaċità tal-produzzjoni disponibbli fir-RPĊ kienet stmata fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-produttur tal-Unjoni u l-uniku produttur tal-Istati Uniti Nation Ford Chemical Company (“NFC”) fl-investigazzjoni ta' analiżi sunset tal-Istati Uniti dwar il-miżuri antidumping fuq l-aċidu sulfaniku li joriġina miċ-Ċina (Pubblikazzjoni USITC 4270).

(63)

NFC indikat li l-kapaċitajiet installati fir-RPĊ jippermettu li jipproduċu 65 500 tunnellata ta' aċidu sulfaniliku kull sena li huwa skont l-istima tal-applikant li sostna, abbażi ta' studju mħejji minn l-industrija Ċiniża, li l-kapaċità disponibbli fiċ-Ċina hija fil-medda ta' bejn 65 500 u 82 000 tunnellata. Il-kapaċità żejda hija stmata għal 20 % li tammonta għal bejn 13 100 tunnellata u 16 400 tunnellata. Dan huwa aktar minn darbtejn il-livell tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(64)

Kien ukoll allegat mill-applikant li l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom ukoll jidħlu fis-suq Indjan u ssostanzja din l-allegazzjoni billi bagħat dejta statistika bbażata fuq il-bażi tad-dejta tal-Gvern Indjan tal-esportazzjoni/importazzjoni Indjana. Id-dejta indikat żieda importanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi ta' aċidu sulfaniliku purifikat fl-Indja matul il-PIR meta mqabbel ma' perjodi preċedenti bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ta' aċidu sulfaniliku purifikat tal-produttur Indjan li kkoopera. Peress li l-valur normali ta' aċidu sulfaniliku purifikat, billi jiġu kkunsidrati kif xieraq l-ispejjez ta' ġarr u assigurazzjoni, ġie stabbilit abbażi tal-bejgħ domestiku ta' aċidu sulfaniliku purifikat tal-uniku produttur Indjan li kkoopera f'kwantitajiet rappreżentattivi, li jvarja minn INR 92 500 sa' INR 112 500 (il-firxa hi mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità), id-dejta tikkonferma li l-importazzjonijiet Ċiniżi daħlu fis-suq Indjan bi prezzijiet iddampjati, li jvarjaw minn INR 82 500 għal INR 92 500 (il-firxa hi mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Dan id-dumping osservat ta' importazzjonijiet fis-suq Indjan ikkontribwixxa għall-valutazzjoni tal-imġiba mistennija ta' produtturi esportaturi Ċiniżi f'każ li l-miżuri attwali jitħallew jiskadu.

(65)

B'kont meħud tal-kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina u l-informazzjoni dwar l-imġiba tal-ipprezzar tagħhom fuq it-tielet suq, mhux protett minn miżuri ta' difiża kummerċjali, teżisti l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.3.   L-Indja

(66)

Il-kapaċità totali disponibbli fl-Indja kienet stmata ukoll abbażi ta' dejta pprovduta kemm minn NFC u l-uniku produttur tal-Unjoni.

(67)

L-applikant stima l-kapaċità totali tal-Indja għal madwar 13 500 tunnellata, li minnhom 2 700 tunnellata tista' tiġi kkunsidrata bħala żejda. Dawn il-figuri huma għal kollox konformi mid-dejta pprovduta mill-uniku produttur NFC fl-Istati Uniti fl-investigazzjoni tal-Istati Uniti.

(68)

L-applikant stqarr li kapaċità żejda ta' 2 700 tunnellata hija theddida għall-bejgħ tiegħu peress li tirrappreżenta parti konsiderevoli mill-konsum tal-Unjoni u li tali kapaċità żejda x'aktarx li tiżdied minħabba l-preżenza li dejjem qed tiżdied ta' prodotti Ċiniżi fis-suq Indjan u li għalhekk l-inċentiv għall-esportazzjoni se jkompli jiżdied.

(69)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat illi l-akbar produttur esportatur Indjan abbanduna l-istatus tiegħu ta' Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni fl-2013 peress li kien qed jippjana li jżid il-bejgħ tiegħu fis-suq domestiku tiegħu. Dan il-bejgħ kien serjament limitat mill-kondizzjonijiet tal-iskema EOU. Il-kumpanija kkonfermat li minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi, hi ma ndunatx bi pressjoni sinifikanti minn kompetituri Ċinizi sa fejn hu kkonċernat l-aċidu sulfaniliku ta' grad tekniku (li huwa l-prodott li Kokan huwa prinċipalment interessata fih) u li fil-valutazzjoni tagħhom, is-suq Indjan kellu prospettivi tajbin ta' żvilupp. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li l-kapaċità żejda tal-produtturi Indjani se tiġi trasferita lejn l-Unjoni minħabba l-allegata pressjoni Ċiniża fis-suq Indjan.

(70)

Minkejja din l-istima ta' kapaċità żejda Indjana, ma jidhirx li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping, minħabba li la esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u lanqas lejn pajjiżi terzi ma kienu l-oġġett ta' dumping.

(71)

L-investigazzjoni ma wrietx li l-produttur esportatur li kkoopera applika imġiba tal-ipprezzar differenti meta jbiegħ lil pajjiżi terzi meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, li kienu saru fi kwantitajiet konsiderevoli, kienu f'livell li huwa komparabbli mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati.

(72)

Fis-sottomissjoni tiegħu wara l-iżvelar, l-applikant ta dejta statistika ġdida u saħaq fuq din il-bażi li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn it-Turkija kienu l-oġġett ta' dumping.

(73)

Il-Kummissjoni sabet u investigat kwantita simili ta' esportazzjonijiet Indjani lejn it-Turkija u tista' tattribwixxi dawn għall-produttur esportatur li kkoopera. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tibbaża l-kalkoli tagħha fuq dejta aktar preċiża u dettaljata dwar it-taħlita tal-prodott u l-livelli tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-volum esportat ma kienx l-oġġett ta' dumping.

3.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(74)

Fir-rigward tar-RPĊ, peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni u għalhekk minħabba li l-ebda dejta speċifika għall-kumpaniji relatata mal-kapaċità supplementari Ċiniża u l-imġiba tal-prezzijiet f'pajjiżi terzi m'hija disponibbli, is-sejbiet saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(75)

Peress li l-fatti disponibbli jissuġġerixxu kapaċità żejda għolja Ċiniża u l-imġiba ta' dumping fi swieq terzi, flimkien ma' livelli ta' prezzijiet attraenti fis-suq tal-Unjoni, il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping hija kkunsidrata eżistenti.

(76)

Madankollu, il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping fir-rigward tal-Indja hija limitata, ibbażata fuq in-nuqqas ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami li hu ferm inqas mill-kapaċità żejda u tal-livell tal-prezzijiet għall-esportazzjoni għoljin lejn l-Unjoni u l-bqija tad-dinja.

D.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(77)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni minn produttur wieħed tal-Unjoni li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

2.   Konsum tal-Unjoni

(78)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi ta':

il-volumi tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni,

il-volumi ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku (il-livell TARIC) fis-suq tal-Unjoni kif irrappurtati mill-Eurostat.

(79)

Fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti fi produttur wieħed biss u hemm biss produttur esportatur mill-Istati Uniti, sabiex tkun rispettata l-informazzjoni dwar il-kummerċ kunfidenzjali, huwa meħtieġ li l-informazzjoni fit-tabelli hawn taħt tiġi jippreżentata f'forma indiċjata.

Tabella 1

Konsum fis-suq tal-Unjoni

Volum (Indiċi)

2010

2011

2012

PIR

Konsum tal-Unjoni (2010 = 100)

100

106

106

114

Sors: Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarji

(80)

L-investigazzjoni wriet li s-suq għal aċidu sulfaniliku twessa' gradwalment matul il-perjodu meqjus u żdied b'14 % sal-aħħar tal-PIR.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(a)   Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

volum tal-esportazzjoni (indiċi)

2010

2011

2012

PIR

RPĊ

100

77

14

1

L-Indja

100

422

187

52

Total ta' pajjiżi konċernati

100

110

30

6

Sors: Il-Eurostat


Tabella 2(a)

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

Volum tal-importazzjonijiet (firxiet) (15)

2010

2011

2012

PIR

RPĊ

650-1 000

500-800

90-250

10-60

L-Indja

50-200

250-550

100-250

10-80

Total ta' pajjiżi konċernati

700-1 200

750-1 350

190-500

20-140

Sors: Il-Eurostat


Tabella 3

Sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

Sehem mis-suq (indiċi)

2010

2011

2012

PIR

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

100

73

13

1

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

100

397

177

46

Total ta' pajjiżi konċernati

100

103

28

5

(81)

Meta wieħed iqis kull pajjiż separatament, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'99 % bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u s-sehem tas-suq tagħhom naqas ukoll b'99 % fl-istess perjodu.

(82)

Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja naqas b'48 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tas-suq tagħhom naqas b'54 % matul l-istess perjodu.

(83)

Volumi aggregati ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati naqas b'94 % matul il-perjodu kkunsidrat u naqas għal livell baxx ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Bl-istess mod, is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati naqas b'95 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell baxx ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(b)   Prezzijiet ta' importazzjoni

Tabella 4

Il-prezzijiet medji ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati

 

2010

2011

2012

PIR

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-indiċi tar-RPĊ (2010 = 100)

100

92

104

164

Il-prezz tal-importazzjoni mill-indiċi tal-Indja (2010 = 100)

100

79

84

92

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-indiċi tal-pajjiżi kkonċernati (2010 = 100)

100

93

104

126

Sors: Il-Eurostat


Tabella 4 a

Il-prezzijiet medji ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati

Il-firxiet ta' prezzijiet (16)

2010

2011

2012

PIR

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

1 000 -1 400

950-1 350

1 000 -1 400

1 700 -2 500

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

1 200 -1 800

1 000 -1 400

1 100 -1 500

1 300 -1 700

Il-medja tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

1 000 -1 800

950-1 400

1 000 -1 500

1 300 -2 500

Sors: Il-Eurostat

(84)

Il-prezz medju ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mir-RPĊ naqas kemxejn fl-2011 b'8 % u wera xejra li qed tiżdied minn hemm 'il quddiem b'żieda sinifikanti ħafna ta'64 % fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(85)

Il-prezzijiet medji tal-prodott ikkonċernat mill-Indja naqas ukoll fl-2011 b'21 % u minn dak iż-żmien żdiedu gradwalment iżda xorta baqgħu taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-2010 b'8 %.

(c)   Il-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u s-sottokwotazzjonijiet

(86)

Minħabba l-kwantitajiet baxxi mibjugħa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u n-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott importat, l-ebda kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u sottokwotazzjoni ma setgħet titwettaq. Ibbażat fuq is-suppożizzjoni magħmula fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Eurostat Ċiniżi, fil-premessa (39) hawn fuq, l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet u sottokwotazzjonijiet ma ġie misjub matul il-PIR.

(87)

Ibbażata fuq l-istatistika tal-importazzjonijiet ipprovduta mill-industrija tal-Unjoni kif deskritta fil-premessa (64) hawn fuq, il-prezzijiet Ċiniżi ta' aċidu sulfaniliku ta' grad purifikat fis-suq Indjan, aġġustati għad-dazji ta' importazzjoni tal-Unjoni ta' 6,5 % fuq il-prodott ikkonċernat u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni ta' 2 % (spejjeż tal-approvazzjoni doganali), instabu li kienu sottokwotati u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'firxa ta' 5 % sa 15 %..

(88)

Fil-każ tal-Indja ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet u sottokwotazzjoni. Minħabba l-fatt li l-kalkolu huwa bbażat fuq id-dejta dwar il-bejgħ tal-uniku produttur esportatur li kkoopera sabiex tkun rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kummerċ iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jiġu żvelati. Is-sottokwotazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet instab li kien bejn – 20 % u – 40 %.

(89)

Wara l-iżvelar u l-kummenti magħmula mill-produttur tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkalkulat it-twaqqigħ tal-prezzijiet u s-sottokwotazzjoni għall-bqija tal-importazzjonijiet Indjani fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Skont dawn, ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet u sottokwotazzjoni fir-rigward ta' dawk l-importazzjonijiet. Għalhekk, il-konklużjonijiet tal-premessa (88) huma kkonfermati. Barra minn hekk, sar ukoll tqabbil bejn il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni u dawk tal-prodott ikkonċernat mibjugħ mill-esportaturi Indjani lejn il-bqija tad-dinja. Dan it-tqabbil ma wera l-ebda sottokwotazzjoni jew twaqqigħ tal-prezzijiet.

(90)

Barra minn hekk, il-produttur tal-Unjoni pprovda kalkoli ġodda li juru d-differenza bejn il-livell medju tal-prezz tal-importazzjonijiet Indjani u l-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni kienet baxxa ħafna fl-2012. Madankollu, dan il-kalkolu ma setax jiġi aċċettat mill-Kummissjoni minħabba li ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li l-importazzjonijiet Indjani kienu fil-biċċa l-kbira ta' grad tekniku filwaqt li produttur tal-Unjoni biegħ esklussivament l-aċidu sulfaniliku fi grad purifikat li hu bejn wieħed u ieħor 20 % ogħla.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(91)

Bl-eċċezzjoni ta' tliet tranżazzjonijiet negliġibbli (fl-2010 u fl-2011 mill-Isvizzera u waħda fl-2012 mill-Malasja), l-importazzjonijiet kollha ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra kienu mill-Istati Uniti matul il-perjodu meqjus.

Tabella 5

Importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra (l-Istati Uniti)

 

2010

2011

2012

PIR

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi)

100

267

253

299

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi)

100

180

171

188

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi)

100

95

101

102

Sors: Il-Eurostat

(92)

Kemm il-volum u wkoll s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti ta' aċidu sulfaniliku żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, b'199 % u 88 % rispettivament. Peress li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli matul l-istess perjodu, kienu l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti li ħadu s-suq li telqgħu l-esportaturi Ċiniżi u Indjani.

(93)

Il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu fl-istess firxa bħal dawk tal-produttur tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ma kienx hemm twaqqigħ tal-prezz permezz tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti.

5.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(94)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

(95)

Sabiex tkun rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kummerċ, kien neċessarju li l-informazzjoni li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni tkun ippreżentata f'forma indiċata.

5.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

PIR

Tunnellati ta' produzzjoni (Indiċi)

100

87

99

107

Użu ta' kapaċità (indiċi)

100

100

100

100

Rata tal-użu ta' kapaċità (indiċi)

100

87

99

107

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(96)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet 7 % ogħla fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk ir-rata tal-użu tal-kapaċità nbidlet bl-istess mod bħall-produzzjoni, żdiedet b'7 % fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(97)

Għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni żammet livell sodisfaċenti ta' użu tal-kapaċità matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni tal-2011 u rnexxielha tilħaq l-aqwa livell matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(98)

Wara l-iżvelar, l-industrija tal-Unjoni stqarret li matul il-perjodu meqjus kollu laħqet livell ta' użu tal-kapaċità ottimali fil-PIR biss li juri li l-irkupru tagħha għadu riċenti ħafna u fraġli.

(99)

Dan il-kumment fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-premessa (97) li ma jikkontradixxi bl-ebda mod il-kummenti tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Stokk tal-għeluq

Tabella 7

Stokk tal-għeluq f'volum

 

2010

2011

2012

PIR

Ħażniet tal-għeluq f'tunnellati (indiċi)

100

576

328

171

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(100)

Il-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni fi tmiem is-sena wrew żieda qawwija fl-2011 b'xejra 'l isfel wara iżda xorta baqgħu 71 %, 'il fuq mil-livell tal-2010 fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. Fi kwalunkwe każ, ibbażata fuq il-volum tal-produzzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-livell tal-istokk tal-għeluq jirrappreżenta inqas minn xahar ta' produzzjoni.

5.3.   Il-volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 8

Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

PIR

Tunnellati ta' volum ta' bejgħ (indiċi)

100

70

97

104

Sehem mis-suq (indiċi)

100

66

92

92

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(101)

Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'4 % meta mqabbla mal-livelli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Kien hemm tnaqqis qawwi fl-2011 segwit minn żieda kostanti wara.

(102)

F'termini ta' sehem mis-suq, il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tista' tiġi kkunsidrata stabbli matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni tal-2011 meta,l-istess kif naqas il-bejgħ, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll. Fis-snin ta' wara l-bejgħ u s-sehem mis-suq urew xejra li qed tiżdied. Anki jekk is-sehem tas-suq tal-produttur tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami baqa' kemxejn taħt il-livell tal-2010, ta' min jinnota li l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha tieħu sehem fit-tkabbir fil-konsum tal-Unjoni u kellha sehem sinifikanti mis-suq tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(103)

Fis-sottomissjoni tagħha wara l-iżvelar l-industrija tal-Unjoni ddikjara li s-sehem tas-suq tagħha huwa instabbli ħafna minħabba l-fatt li l-aċidu sulfaniliku huwa kommodità li tiddependi fuq il-prezz u pprovdiet l-eżempju tal-2011 meta s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod drammatiku.

(104)

F'dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li t-telf tas-sehem fis-suq esperjenzat fl-2011 ħabat ma' żieda fil-prezz mill-produttur tal-Unjoni kontra x-xejriet tas-suq f'dak iż-żmien. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha naqas b'madwar 5 % għal 20 % fl-2011. Ta' min jinnota wkoll li d-dejta statistika disponibbli turi li kien prinċipalment l-importatur mill-Istati Uniti li ħa s-sehem mis-suq li tilfet l-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ

 

2010

2011

2012

PIR

Prezz medju tal-bejgħ EUR/tunnellata (indiċi)

100

109

108

112

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(105)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdiedu b'12 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba t-trasferiment taż-żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija (anilini).

5.5.   L-impjiegi u l-produttività

Tabella 10

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

PIR

Impjiegi (indiċi)

100

100

117

117

Produttività tax-xogħol (indiċi)

100

88

85

91

L-ispejjeż medji tax-xogħol (indiċi)

100

105

102

116

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(106)

L-impjieg f'ekwivalenti full time żdied matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami b'17 %. L-ispejjeż medji tax-xogħol urew xejra li qed tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat li tlaħħaq żieda ta' 16 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2010. Peress li l-produzzjoni żdiedet biss b'7 % kif muri fil-premessa (96), il-produttività tax-xogħol naqset b'9 % fil-perjodu meqjus.

5.6.   Profittabbiltà

Tabella 11

Profittabbiltà

 

2010

2011

2012

PIR

Profittabilità (Indiċi)

100

96

20

65

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju

(107)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili naqset matul il-perjodu kkunsidrat u kienet kemxejn taħt il-livell ottimali dikjarat mill-industrija tal-Unjoni, madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li baqgħet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat.

(108)

It-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa prinċipalment minħabba ż-żieda fl-ispiża medja tal-produzzjoni, li żdiedet bi kważi 20 % bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u li ma setgħetx tiġi kkumpensata kompletament minn żieda ta' 12 % fil-prezzijiet tal-bejgħ kif indikat fil-premessa (105).

5.7.   Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità

Tabella 12

Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità

 

2010

2011

2012

PIR

Investimenti annwali (indiċi)

100

133

57

Dħul fuq l-investiment (indiċi)

100

86

30

103

Likwidità (Indiċi)

100

116

68

82

(109)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tinvesti fl-2010. Sussegwentement, l-investimenti fin-negozju tal-aċidu sulfaniliku naqsu b'43 % mill-2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-ammont tagħhom f'termini assoluti jista' jitqies bħala baxx, relatat prinċipalment mal-attività ta' manutenzjoni. Dawn is-sejbiet huma konsistenti mar-redditu fuq l-investimenti u l-profittabbiltà baxxa miksuba matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(110)

Redditu fuq l-investiment segwa mill-qrib it-tendenza tal-profittabbiltà fl-2011 u fl-2012. Fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami r-redditu fuq l-investiment żdied u laħaq l-istess livell fl-2010 minħabba ż-żieda fil-qligħ mill-2012 sal-perjodu ta' stħarriġ tar-rieżami (ara t-Tabella 11).

(111)

Il-fluss tal-flus wera tendenza li tvarja iżda baqa' pożittiv matul il-perjodu kunsidrat. Fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, il-fluss ta' flus naqas b'18 % meta mqabbel mal-livell tal-2010. L-industrija tal-Unjoni ma rrappurtat l-ebda diffikultajiet biex tiġbor kapital matul il-perjodu meqjus.

5.8.   Id-daqs tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(112)

Kif konkluż fil-premessi (41) u (57) sa (60), ma nstab l-ebda dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami mill-pajjiżi kkonċernati.

(113)

Filwaqt li jitqies in-nuqqas ta' importazzjonijiet dumped mir-RPĊ u mill-Indja, iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ u prezzijiet u fir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li l-miżuri kienu suċċess u li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi matul il-perjodu kkunsidrat. Kien osservat tnaqqis f'xi indikaturi ta' ħsara bħalma huma l-profittabbiltà u s-sehem mis-suq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, madankollu dan ma jistax jiġi attribwit lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minħabba l-livell tassew baxx f'dan il-perjodu. Fi kwalunkwe każ, l-indikaturi tal-ħsara li żviluppaw negattivament għadhom jindikaw sitwazzjoni sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni.

5.9.   Attività ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(114)

L-industrija tal-Unjoni esportat biss volumi negliġibbli fl-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk huwa konkluż li l-esportazzjonijiet ma kellhom l-ebda impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(115)

Minkejja li l-livelli medji tal-prezzijiet stabbiliti għall-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u mill-Indja matul il-PIR u t-tqabbil tagħhom mas-snin preċedenti huwa ta' affidabbiltà limitata minħabba l-volumi baxxi tal-importazzjonijiet, madankollu l-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u mill-Indja daħal fl-Unjoni bi prezzijiet mhux iddampjati.

(116)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli u l-volumi mitlufa mill-pajjiżi kkonċernati kienu meħuda minn importazzjonijiet mill-Istati Uniti f'livell ta' prezz simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha, il-prezzijiet medji tal-bejgħ u tikseb qrib l-aħjar rati ta' użu tal-kapaċità.

(117)

It-tnaqqis moderat tas-sehem mis-suq u l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi u Indjani kif spjegat fil-premessa (113) hawn fuq.

(118)

Huwa għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(119)

Għalkemm l-industrija tal-Unjoni għamlet xi osservazzjonijiet dwar l-analiżi tal-ħsara, li ġew indirizzati hawn fuq fil-premessi (89) sa (90), (98) — (99) u (103) — (104), hija qablet mal-konklużjoni kumplessiva dwar in-nuqqas ta' ħsara materjali b'mod partikolari matul il-PIR.

7.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ћsara

(120)

Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara huwa importanti li jiġi nnotat li skont l-aħjar użu tal-kapaċità — li nkiseb matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami — l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tissodisfa l-konsum kollu tal-Unjoni u konsegwentement parti sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni meħtieġlu jiġu koperti mill-importazzjonijiet.

(121)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi biss aċidu sulfaniliku ta' grad pur, li jfisser li l-utenti li jippreferu aċidu sulfaniliku tekniku għall-produzzjoni tagħhom ikollhom jirrikorru għal importazzjonijiet.

(122)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kellha sehem pjuttost stabbli fis-suq b'bejgħ għal għadd ta' konsumaturi fit-tul. L-investigazzjoni żvelat li għal xi utenti l-fornituri ta' aċidu sulfaniliku kien jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta' ċertifikazzjoni/verifika stretta u għalja, ħaġa li tagħmel tibdil minn fornitur għal ieħor aktar diffiċli.

(123)

Huwa f'dan il-kuntest li l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu huwa analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

7.1.   Ir-RPĊ

(124)

Peress li l-ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi li jesportaw ma kkoopera fl-investigazzjoni, is-sejbiet rigward ir-RPĊ kellhom ikunu bbażati fuq l-aqwa fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, partikolarment it-talba għal rieżami ta' skadenza.

(125)

Kif diġà konkluż fil-premessi (63) u (75), il-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti ta' produzzjoni ta' aċidu sulfaniliku u hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping.

(126)

Barra minn hekk, kif indikat fil-premessi (64) u (87), l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li r-RPĊ reċentement kienet biegħet kwantitajiet akbar ta' aċidu sulfaniliku lill-Indja bi prezzijiet li jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(127)

Fl-aħħar nett, l-istatistika dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq Indjan kif spjegat fil-premessa (64) tidher li tindika li ċ-Ċina hija interessata li tbigħ aċidu sulfaniliku b'mod predominanti ta' grad purifikat li jekk tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni se tidħol f'kompetizzjoni diretta mal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni.

(128)

Dawn il-fatturi kollha flimkien jindikaw li r-RPĊ malajr tista' tesporta kwantitajiet sinifikanti ta' aċidu sulfaniliku bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping lejn is-suq tal-Unjoni saħansitra mingħajr il-ħtieġa li tirridirezzjona l-bejgħ tagħha minn swieq oħra jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti f'termini ta' prezzijiet u jippermetti lill-esportaturi Ċiniżi biex jagħmlu l-ekonomiji ta' skala billi jżidu l-produzzjoni tagħhom. Li kieku jseħħ dan l-industrija tal-Unjoni tiffaċċja tnaqqis immedjat fil-bejgħ tagħha u l-prezzijiet tal-bejgħ, li mbagħad jaffettwa l-użu tal-kapaċità u l-profitt. Jekk dawn l-indikaturi tal-ħsara jiddeterjoraw, l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni malajr jiġi riversjat u jkun hemm ħsara materjali.

7.2.   L-Indja

(129)

Fir-rigward tal-Indja, kif ġie konkluż hawn fuq fil-premessa (76) il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping hija limitata. Fid-dawl ta' din is-sejba, l-analiżi ta' rikorrenza tal-ħsara mhix meħtieġ.

8.   Konklużjoni dwar ir-rikorrenza tal-ħsara

(130)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni kif spjegat fil-premessa ta' hawn fuq, in-nuqqas tal-miżuri fil-probabbiltà kollha jirriżulta f'żieda sinifikanti ta' esportazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi, li taffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u li tirriżulta f'rikorrenza ta' ħsara materjali.

(131)

Il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara fir-rigward tal-Indja ma ġietx analizzata minħabba l-konklużjoni negattiva dwar ir-rikorrenza ta' dumping mill-Indja.

E.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(132)

Fir-rigward ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-Indja ġie konkluż li ma kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping. Għalhekk, l-ebda determinazzjoni fir-rigward tal-interess tal-Unjoni mhija meħtieġ.

(133)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(134)

Kif spjegat fil-premessa (113), il-miżuri kienu ta' suċċess u ppermettew lill-industrija tal-Unjoni biex tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha. Ġie konkluż fil-premessa (130) hawn fuq li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorazzjoni serja tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri tal-antidumping jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra ċ-Ċina tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Interess tal-utenti

(135)

L-utenti kollha magħrufa ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Il-Kummissjoni rċeviet erba' tweġibiet sħaħ tal-kwestjonarju u tliet tweġibiet parzjali/kummenti minn utenti ta' aċidu sulfaniliku. Fuq il-bażi ta' din id-dejta ġie stabbilit li l-impatt tal-kost tal-prodott ikkonċernat fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodotti downstream tvarja konsiderevolment fost l-utenti skont it-tip tal-prodott downstream.

(136)

Numru ta' utenti (produtturi farmaċewtiċi/taż-żebgħa ta' speċjalità) ammettew li l-aċidu sulfaniliku għandu biss rwol marġinali fl-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u għalhekk huwa kkunsidrat li l-miżuri bażikament ma għandhom l-ebda impatt fuq l-ispejjeż/il-prezzijiet tal-produzzjoni tagħhom.

(137)

Għal utenti oħra (produtturi ta' addittivi tas-siment u brillantanti ottiċi) madankollu l-aċidu sulfaniliku kien jammonta għal 4 % sa 12 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodotti downstream tagħhom. Dawn l-utenti rrapportaw ukoll telf matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u stqarrew li d-dazji attwalment fis-seħħ huma parzjalment responsabbli għall-qagħda diffiċli tagħhom.

(138)

Fir-rigward ta' din it-talba, għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu kważi ineżistenti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u għalhekk id-dazji kontra ċ-Ċina, li jiggarantixxu livell tal-prezzijiet ġust fis-suq tal-Unjoni ma jinvolvux spejjeż żejda għall-utenti matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk ma setgħux jispjegaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawn l-utenti. Żieda fil-prezz tal-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat kien minħabba ż-żieda fl-ispiża ta' produzzjoni kkawżata miż-żieda fil-prezz tal-materja prima ewlenija kif indikat fil-premessi (105) u (108). It-tneħħija ta' dawn id-dazji attwalment fis-seħħ kontra importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-Indja kif propost minn dan ir-regolament għandhom immedjatament jiffaċilitaw l-aċċess għal sors addizzjonali ta' provvista ta' aċidu sulfaniliku fis-suq tal-Unjoni fuq prezzijiet kompetittivi u b'hekk tkun fl-interess tal-utenti. Konsegwentement, huwa kkunsidrat li jekk jinżammu l-miżuri sa fejn iċ-Ċina hija kkonċernata, dan ma jikkawżax diffikultajiet żejda għall-utenti fil-ġejjieni.

4.   L-interess tal-importaturi

(139)

L-importaturi kollha magħrufa ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Importatur wieħed tal-prodott ikkonċernat ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju parzjali li fiha sostna li l-aċidu sulfaniliku ma għandux irwol importanti fl-attività tiegħu. L-ebda importatur ieħor ma wieġeb għall-kwestjonarju jew ipprovda xi sottomissjoni bil-miktub jew ikkummenta. Fin-nuqqas ta' aktar kooperazzjoni mill-importaturi, ġie konkluż li ma jkunx kontra l-interess tagħhom jekk jinżammu l-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

5.   Konklużjoni

(140)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri tal-antidumping attwali.

F.   IŻ-ŻAMMA TAL-MIŻURI ANTIDUMPING KONTRA R-RPĊ U T-TMIEM TAL-MIŻURI ANTIDUMPING KONTRA L-INDJA

(141)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom huwa kkunsidrat xieraq li d-dazji eżistenti antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mir-RPĊ jinżammu u jiġu revokati fuq importazzjonijiet mill-Indja. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(142)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għal aċidu sulfaniliku li joriġina miċ-Ċina għandhom jinżammu u l-miżuri tal-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja għandhom jiġu revokati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenn attwalment fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn Kokan għandha tiġi mħassra wkoll.

(143)

Meta jitqies li l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni hija riċenti, il-Kummissjoni, jekk tirċievi talba tal-produttur tal-Unjoni f'dak is-sens, se timmonitorja l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Il-monitoraġġ se jkun limitata għal sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

(144)

Iż-żamma tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament kontra ċ-Ċina u r-revoka tal-miżuri kontra l-Indja huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku, li bħalissa jiġi kklassifikat bil-kodiċi NM ex 2921 42 00 (Kodiċi TARIC 2921420060), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, tkun kif ġej:

Pajjiż

Dazju definittiv (%)

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

33,7

3.   Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku, li bħalissa jiġi kklassifikat bil-kodiċi NM ex 2921 42 00 (Kodiċi TARIC 2921420060), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE li taċċetta l-impenn attwalment fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd. (l-Indja) tiġi mħassra.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 li jimponi dazju ta' anti-dumping u ġbir definittiv ta' dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' aċtu sulphanilic u joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 li jimponi dazju kumpensatorju definittivi u għal ġbir definittiv tad-dazju kompensatorju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1).

(4)  Commission Decision of 12 July 2002 accepting an undertaking offered in connection with the anti-dumping and anti-subsidy proceedings concerning imports of sulphanilic acid originating in India (ma jeżistix bil-Malti) (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2004 ta' l-10 ta' Frar 2004 Wara li emenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv ta' kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provvisorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Indja (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17).

(6)  Commission Decision 2004/255/EC of 17 March 2004 repealing Decision 2002/611/EC accepting an undertaking offered in connection with the anti-dumping and anti-subsidy proceedings concerning imports of sulphanilic acid originating in India (ma jeżistix bil-Malti) (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29).

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Diċembru 2005 li taċċetta impenn offrut li għandu x'jaqsam mal-proċeduri anti-dumping u kontra s-sussidju li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 tat- 23 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju definittiv ta' kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1000/2008 tat- 13 ta' Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara investigazzjoni għar-reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 1).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 tat- 13 ta' Ottubru 2008 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta' skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u reviżjoni interim parzjali konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1000/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara reviżjoni ta' skadenza konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3).

(11)  ĠU C 28, 30.1.2013, p. 12.

(12)  ĠU C 300, 16.10.2013, p. 14.

(13)  ĠU C 300, 16.10.2013, p. 5.

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal- 11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

(15)  Wara l-iżvelar, il-produttur tal-Unjoni talab li l-volumi u l-valuri tal-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati jsiru disponibbli f'firxiet wkoll, għaliex skont iċ-ċifri indiċjati kien diffiċli li wieħed ikejjel il-veru żvilupp (assolut) taċ-ċifri u biex jinftiehmu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(16)  Wara l-iżvelar, il-produttur tal-Unjoni talab li l-volumi u l-valuri tal-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati jsiru disponibbli f'firxiet wkoll, għaliex skont iċ-ċifri indiċjati kien diffiċli li wieħed ikejjel il-veru żvilupp (assolut) taċ-ċifri u biex jinftiehmu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.


Top