This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1344
Commission Implementing Regulation (EU) No 1344/2014 of 17 December 2014 adding to the 2014-2015 fishing quotas for anchovy in the Bay of Biscay the quantities withheld by France and Spain in the fishing season 2013-2014 pursuant to Article 4(2) of Council Regulation (EC) No 847/96
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1344/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2014–2015 għall-inċova fil-Golf ta' Biskajja il-kwantitajiet miżmuma minn Franza u Spanja fl-istaġun tas-sajd 2013-2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1344/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2014–2015 għall-inċova fil-Golf ta' Biskajja il-kwantitajiet miżmuma minn Franza u Spanja fl-istaġun tas-sajd 2013-2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96
ĠU L 363, 18.12.2014, p. 78–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 363/78 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1344/2014
tas-17 ta' Diċembru 2014
li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2014–2015 għall-inċova fil-Golf ta' Biskajja il-kwantitajiet miżmuma minn Franza u Spanja fl-istaġun tas-sajd 2013-2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena ta' applikazzjoni tal-kwota tas-sajd allokata lilhom, biex iżommu ammont massimu ta' 10 % ta' dik il-kwota sabiex jiġi trasferit għas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għandha żżid il-kwota rilevanti mal-kwantità miżmuma. |
(2) |
It-TACs u l-kwoti għall-Istati Membri għall-istokk tal-inċova fil-Golf ta' Biskajja (subżona VIII tal-ICES) huma stabbiliti għal staġun ta' ġestjoni annwali li jibda mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 713/2013 (2) jiffissal-kwoti tas-sajd għall-inċova fil-Golf ta' Biskajja (subżona VIII tal-ICES) għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Lulju 2013 u jintemm fit-30 ta' Ġunju 2014. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 779/2014 (3) li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay (subżona VIII tal-ICES) għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Lulju 2014 u jintemm fit-30 ta' Ġunju 2015. |
(5) |
Madankollu, meta jitqiesu skambji ta' opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u t-trasferimenti ta' kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-kwoti disponibbli għal dak l-istokk għal Franza u Spanja waqt l-istaġun tas-sajd 2013-2014 ammontaw rispettivament għal 3 590,9 tunnellata u 15 226 tunnellata. |
(6) |
Fi tmiem dak l-istaġun tas-sajd, Franza u Spanja rrappurtaw qabdiet ta' inċova fil-Golf ta' Biskajja għal ammonti totali rispettivi ta' 3 197,05 tunnellata u 14 468,16 tunnellata. |
(7) |
Franza u Spanja talbu, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, li tinżamm parti mill-kwota ta' inċova tagħhom għall-istaġun tas-sajd 2013-2014 u li din tiġi ttrasferita għall-istaġun tas-sajd li jkun imiss. Fil-limiti indikati f'dak ir-Regolament, il-kwantitajiet miżmuma għandhom jiżdiedu mal-kwoti rispettivi stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 (5) għall-istaġun tas-sajd 2014-2015. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwota tas-sajd għall-inċova ffissata għal Franza fil-Golf ta' Biskajja fir-Regolament (UE) Nru 779/2014 tiżdied b'359,09 tunnellata.
Artikolu 2
Il-kwota tas-sajd għall-inċova ffissata għal Franza fil-Golf ta' Biskajja fir-Regolament (UE) Nru 779/2014 tiżdied b'757,84 tunnellata.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2013 tat-23 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2013/14 (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 8).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2014/15 (ĠU L 212, 18.7.2014, p. 1).
(4) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(5) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay għall-istaġun tas-sajd 2014/15 (ĠU L 212, 17.7.2014, p. 1).