Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0925

    2014/925/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Diċembru 2014 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2014 u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument C(2014) 9650)

    ĠU L 363, 18.12.2014, p. 173–180 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/925/oj

    18.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 363/173


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta' Diċembru 2014

    li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2014 u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni

    (notifikata bid-dokument C(2014) 9650)

    (2014/925/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) u (6) tagħha.

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni ta' nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 45(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 45(1), it-tieni sentenza tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, jistipula li għall-programmi implimentati fl-2014, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jibqgħu fis-seħħ. Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE (3) tipprovdi li sabiex ikunu approvati skont il-miżura finanzjarja tal-Komunità prevista fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi li jressqu l-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni jeħtieġ għallinqas li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/722/UE (4) tapprova ċerti programmi nazzjonali għas-sena 2014 u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm li tressaq mill-Istati Membri.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE tiddefinixxi wkoll il-miżuri li huma eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri bil-kitba dwar il-limitazzjonijiet rigward l-eliġibilità ta' ċerti miżuri f'termini tal-implimentazzjoni xierqa azzjonijiet kollha li jitwettqu. Hekk ġara fil-każ tal-programm ta' qerda tat-tuberkulożi bovina approvat għall-Irlanda, fejn l-ispiża tat-test tal-ġilda tat-tuberkolina ma kinitx meqjusa eliġibbli minħabba r-riżultati mhux sodisfaċenti miksuba fis-snin preċedenti.

    (5)

    Wara l-progress li sar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda fl-implimentazzjoni tal-programm ta' qerda tat-tuberkulożi bovina, kif rikonoxxut mill-esperti tat-task force tat-tuberkulożi, it-test tal-ġilda tat-tuberkolina huwa approvat għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, kif ukoll mis-sottomissjoni oriġinali.

    (6)

    Il-Portugall ressaq programm emendat għall-qerda u l-monitoraġġ tal-marda tal-ilsien blu. L-Ungerija ressqet programm emendat għall-qerda tar-rabja. Id-Danimarka irtirat it-talba għall-kontribuzjoni finanzjarja tal-Unjoni fl-2014 għal programm ta' sorveljanza għall-influwenza avjarja u l-programm għall-monitoraġġ u l-qerda ta' ċerta enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli. Il-Polonja ressqet programm emendat għall-qerda tar-rabja.

    (7)

    Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju. Sabet li dawn kienu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE. Għalhekk, dawn għandhom jiġu approvati.

    (8)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni evalwat ir-rapporti intermedji tekniċi u finanzjarji li ressqu l-Istati Membri skont l-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE dwar in-nefqa li ġarrbu biex ġew iffinanzjati dawn il-programmi. Ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2014 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

    (9)

    Għalhekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi nazzjonali jeħtieġ li tiġi aġġustata. Sabiex isir l-aħjar użu tal-kreditu assenjat, jixraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom, sabiex jingħataw lil dawk li mistennija jaqbżu l-allokazzjoni minħabba sitwazzjonijiet li ma kinux previsti fejn tidħol is-saħħa tal-annimali f'dawk l-Istati Membri. Ir-riallokazzjoni għandha tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali li ġarrbu l-Istati Membri kkonċernati.

    (10)

    L-eżerċizzju tar-riallokazzjoni jeħtieġ numru importanti ta' emendi li jridu jsiru lil ċerti kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni previsti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE. Għat-trasparenza jixraq li tiġi speċifikata l-firxa sħiħa ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-programmi tal-2014 approvati li għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-emendi.

    (11)

    Skont l-opinjoni tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-bruċellożi u t-tuberkulożi tal-15 ta' Lulju 2014, test tar-reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) għandu jiġi kkunsidrat bħala pass ieħor importanti tat-test batterjoloġiku. Għalhekk għandu jiġu miżjud mal-miżuri eliġibbli għall-programmi ta' qerda tal-bruċellożi bovina, tuberkulożi bovina u bruċellożi ovina u kaprina.

    (12)

    Il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni dwar il-marda tal-ilsien blu tapplika biss għall-annimali domestiċi. Għal raġunijiet ta' trasparenza, għandha tkun iċċarata li l-programmi nazzjonali għall-qerda u l-monitoraġġ tal-marda tal-ilsien blu tapplika biss għall-annimali domestiċi.

    (13)

    L-użu ta' spejjeż tal-unità fi programmi annwali u multiannwali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ u sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi hu awtorizzat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)1035 finali (5). L-ispejjeż tal-unità għall-ikkampjunar huma bbażati fuq il-paga ta' siegħa, il-ħin meħtieġ biex jeżegwixxi l-kampjuni u l-ispejjeż ġenerali ta' 7 %.

    (14)

    Minn informazzjoni pprovduta mill-Irlanda, jidher li għal xi ftit mill-ittestjar tat-tuberkulina mwettaq, l-ispejjeż għall-ikkampjunar ma sarux kompletament mill-Istat Membru. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispejjeż reali li saru li għalihom hija applikata r-rata deċiża tal-kofinanzjament.

    (15)

    Għandu jkun iċċarat ukoll li l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jiffinanzjaw minn qabel il-parti mill-programmi tagħhom implimentata f'pajjiżi terzi.

    (16)

    Għaldaqstant id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE għandha tiġi emendata skont dan.

    (17)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Approvazzjoni tal-programm annwali emendat għall-qerda u l-monitoraġġ tal-marda tal-ilsien blu ppreżentat mill-Portugall

    Il-programm annwali emendat għall-qerda u l-monitoraġġ u tal-marda tal-ilsien blu ppreżentat mill-Portugall fit-12 ta' Settembru 2014 huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.

    Artikolu 2

    Approvazzjoni tal-programm annwali emendat għall-qerda tal-marda tar-rabja ppreżentat mill-Ungerija

    Il-programm annwali emendat għall-qerda tar-rabja ppreżentat mill-Ungerija fit-23 ta' April 2014 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.

    Artikolu 3

    Approvazzjoni tal-programm annwali emendat għall-qerda u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mil-Latvja

    Il-programm annwali emendat għall-kontroll u l-monitoraġġ u tad-deni klassiku ppreżentat mil-Latvja fil-5 ta' Novembru 2014 huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.

    Artikolu 4

    Approvazzjoni tal-programm annwali emendat għall-qerda tal-marda tar-rabja ppreżentat mill-Polonja

    Il-programm annwali emendat għall-qerda tar-rabja ppreżentat mill-Polonja fis-7 ta' Novembru 2014 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.

    Artikolu 5

    Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2(2), il-punt (b)(iii) jinbidel b'dan li ġej:

    “(iii)

    testijiet batterjoloġiċi/PCR sa massimu ta' EUR 10 bħala medja għal kull test”

    (2)

    Fl-Artikolu 2(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 5 100 000 għal Spanja;

    (ii)

    EUR 150 000 għall-Kroazja;

    (iii)

    EUR 2 715 000 għall-Italja;

    (iv)

    EUR 805 000 għall-Portugall;

    (v)

    EUR 1 560 000 għar-Renju Unit.”

    (3)

    Il-frażi introduttorja fl-Artikolu 3(2) tinbidel b'dan li ġej:

    “2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1:”

    (4)

    Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b)(i) jinbidel b'dan li ġej:

    “(i)

    testijiet batterjoloġiċi/PCR sa massimu ta' EUR 10 bħala medja għal kull test;”

    (5)

    fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 12 700 000 għall-Irlanda;

    (ii)

    EUR 14 000 000 għal Spanja;

    (iii)

    EUR 330 000 għall-Kroazja;

    (iv)

    EUR 5 100 000 għall-Italja;

    (v)

    EUR 1 035 000 għall-Portugall;

    (vi)

    EUR 31 000 000 għar-Renju Unit.”

    (6)

    L-Artikolu 3(3) jinbidel b'dan li ġej:

    “3.   B'deroga mill-Artikolu 3(2), meta l-ispejjeż tal-ittestjar tat-tuberkulina ma jsirux direttament mill-Istat Membru, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun limitata għal 50 % tal-ispejjeż reali li jsiru mill-Istat Membru għax-xiri tat-tuberkulina.”

    (7)

    fl-Artikolu 4(2), il-punt (b)(i) jinbidel b'dan li ġej:

    “(i)

    testijiet batterjoloġiċi/PCR sa massimu ta' EUR 10 bħala medja għal kull test;”

    (8)

    fl-Artikolu 4(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 7 300 000 għal Spanja;

    (ii)

    EUR 385 000 għall-Kroazja;

    (iii)

    EUR 3 935 000 għall-Italja;

    (iv)

    EUR 160 000 għal Ċipru;

    (v)

    EUR 1 125 000 għall-Portugall.”

    (9)

    fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-marda tal-ilsien blu f'annimali domestiċi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.”

    (10)

    fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 11 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 100 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 72 000 għall-Ġermanja;

    (iv)

    EUR 3 000 għall-Estonja;

    (v)

    EUR 75 000 għall-Greċja;

    (vi)

    EUR 850 000 għal Spanja;

    (vii)

    EUR 170 000 għal Franza;

    (viii)

    EUR 2 150 000 għall-Italja;

    (ix)

    EUR 6 000 għal-Latvja;

    (x)

    EUR 8 000 għal-Litwanja;

    (xi)

    EUR 5 000 għal Malta;

    (xii)

    EUR 5 000 għall-Awstrija;

    (xiii)

    EUR 25 000 għall-Polonja;

    (xiv)

    EUR 155 000 għall-Portugall;

    (xv)

    EUR 115 000 għar-Rumanija

    (xvi)

    EUR 16 000 għas-Slovenja

    (xvii)

    EUR 25 000 għas-Slovakkja.

    (xviii)

    EUR 5 000 għall-Finlandja.”

    (11)

    fl-Artikolu 6(8), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 1 000 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 70 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 175 000 għall-programm tar-Repubblika Ċeka msemmi fil-paragrafu 3;

    (iv)

    EUR 710 000 għall-programm tar-Repubblika Ċeka msemmi fil-paragrafu 4;

    (v)

    EUR 320 000 għad-Danimarka;

    (vi)

    EUR 980 000 għall-Ġermanja;

    (vii)

    EUR 10 000 għall-Estonja;

    (viii)

    EUR 25 000 għall-Irlanda;

    (ix)

    EUR 860 000 għall-Greċja;

    (x)

    EUR 1 390 000 għal Spanja;

    (xi)

    EUR 1 360 000 għal Franza;

    (xii)

    EUR 205 000 għall-Kroazja;

    (xiii)

    EUR 1 700 000 għall-Italja;

    (xiv)

    EUR 95 000 għal Ċipru;

    (xv)

    EUR 75 000 għal-Latvja;

    (xvi)

    EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (xvii)

    EUR 1 940 000 għall-Ungerija;

    (xviii)

    EUR 20 000 għal Malta;

    (xix)

    EUR 2 880 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xx)

    EUR 1 190 000 għall-Awstrija;

    (xxi)

    EUR 20 000 għall-programm tal-Polonja msemmi fil-paragrafu 2;

    (xxii)

    EUR 3 180 000 għall-programm tal-Polonja msemmi fil-paragrafu 6;

    (xxiii)

    EUR 35 000 għall-Portugall;

    (xxiv)

    EUR 250 000 għar-Rumanija;

    (xxv)

    EUR 35 000 għas-Slovenja;

    (xxvi)

    EUR 2 500 000 għas-Slovakkja;

    (xxvii)

    EUR 150 000 għar-Renju Unit.”

    (12)

    fl-Artikolu 7(2), il-punt (c) qed jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 150 000 għall-Bulgarija;

    (ii)

    EUR 710 000 għall-Ġermanja;

    (iii)

    EUR 35 000 għal Franza;

    (iv)

    EUR 145 000 għall-Kroazja;

    (v)

    EUR 170 000 għal-Latvja;

    (vi)

    EUR 60 000 għall-Ungerija;

    (vii)

    EUR 835 000 għar-Rumanija;

    (viii)

    EUR 485 000 għas-Slovakkja.”

    (13)

    L-Artikolu 7(3) huwa mħassar.

    (14)

    fl-Artikolu 8(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż EUR 815 000 għall-Italja.”

    (15)

    fl-Artikolu 9(4), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 50 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 15 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 15 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv)

    EUR 65 000 għall-Ġermanja;

    (v)

    EUR 5 000 għall-Estonja;

    (vi)

    EUR 70 000 għall-Irlanda;

    (vii)

    EUR 15 000 għall-Greċja;

    (viii)

    EUR 65 000 għal Spanja;

    (ix)

    EUR 120 000 għal Franza;

    (x)

    EUR 40 000 għall-Kroazja;

    (xi)

    EUR 1 115 000 għall-Italja;

    (xii)

    EUR 20 000 għal Ċipru;

    (xiii)

    EUR 20 000 għal-Latvja;

    (xiv)

    EUR 10 000 għal-Litwanja;

    (xv)

    EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (xvi)

    EUR 165 000 għall-Ungerija;

    (xvii)

    EUR 5 000 għal Malta;

    (xviii)

    EUR 160 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xix)

    EUR 25 000 għall-Awstrija;

    (xx)

    EUR 95 000 għall-Polonja;

    (xxi)

    EUR 25 000 għall-Portugall;

    (xxii)

    EUR 165 000 għar-Rumanija;

    (xxiii)

    EUR 45 000 għas-Slovenja;

    (xxiv)

    EUR 25 000 għas-Slovakkja.

    (xxv)

    EUR 40 000 għall-Finlandja;

    (xxvi)

    EUR 30 000 għall-Isvezja;

    (xxvii)

    EUR 140 000 għar-Renju Unit.”

    (16)

    Fl-Artikolu 10(4), il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “(e)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 260 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 330 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 165 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv)

    EUR 2 390 000 għall-Ġermanja;

    (v)

    EUR 45 000 għall-Estonja;

    (vi)

    EUR 755 000 għall-Irlanda;

    (vii)

    EUR 1 355 000 għall-Greċja;

    (viii)

    EUR 1 525 000 għal Spanja;

    (ix)

    EUR 7 700 000 għal Franza;

    (x)

    EUR 2 115 000 għall-Italja;

    (xi)

    EUR 300 000 għall-Kroazja;

    (xii)

    EUR 815 000 għal Ċipru;

    (xiii)

    EUR 65 000 għal-Latvja;

    (xiv)

    EUR 75 000 għal-Litwanja;

    (xv)

    EUR 30 000 għal-Lussemburgu;

    (xvi)

    EUR 660 000 għall-Ungerija;

    (xvii)

    EUR 15 000 għal Malta;

    (xviii)

    EUR 465 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xix)

    EUR 175 000 għall-Awstrija;

    (xx)

    EUR 1 220 000 għall-Polonja;

    (xxi)

    EUR 475 000 għall-Portugall;

    (xxii)

    EUR 1 060 000 għar-Rumanija;

    (xxiii)

    EUR 115 000 għas-Slovenja;

    (xxiv)

    EUR 170 000 għas-Slovakkja.

    (xxv)

    EUR 100 000 għall-Finlandja;

    (xxvi)

    EUR 105 000 għall-Isvezja;

    (xxvii)

    EUR 1 475 000 għar-Renju Unit.”

    (17)

    fl-Artikolu 11(6), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

    (i)

    EUR 1 665 000 għall-Bulgarija,

    (ii)

    EUR 1 300 000 għall-Greċja;

    (iii)

    EUR 460 000 għall-Estonja;

    (iv)

    EUR 140 000 għall-Italja;

    (v)

    EUR 1 400 000 għall-Kroazja;

    (vi)

    EUR 400 000 għal-Latvja;

    (vii)

    EUR 2 350 000 għal-Litwanja;

    (viii)

    EUR 1 970 000 għall-Ungerija;

    (ix)

    EUR 6 400 000 għall-Polonja;

    (x)

    EUR 3 000 000 għar-Rumanija;

    (xi)

    EUR 810 000 għas-Slovenja;

    (xii)

    EUR 285 000 għas-Slovakkja.

    (xiii)

    EUR 250 000 għall-Finlandja.”

    (18)

    fl-Artikolu 11(7), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    ma taqbiżx:

    (i)

    EUR 110 000 għall-parti tal-programm Estonjan implimentat fil-Federazzjoni Russa;

    (ii)

    EUR 400 000 għall-parti tal-programm Latvjan implimentat fil-Belarus;

    (iii)

    EUR 1 110 000 għall-parti tal-programm Litwan implimentat fil-Belarus;

    (iv)

    EUR 1 500 000 għall-parti tal-programm Pollakk implimentat fl-Ukraina;

    (v)

    EUR 95 000 għall-parti tal-programm Finlandiż implimentat fil-Federazzjoni Russa.”

    (19)

    L-Artikolu 13(2) jinbidel b'dan li ġej:

    “2.   L-ispejjeż biss imġarrba fit-twettiq tal-programmi annwali jew multiannwali msemmija fl-Artikoli 2 sa 12 u mħallsa qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Istat Membri għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 11(7).”

    (20)

    fl-Anness I, it-tabella li tidher fil-punt (3) hija mibdula b'dan li ġej:

    “3.

    Testjar tat-tuberkulina taħt il-programmi tat-tuberkolożi bovina:

    (f'EUR)

    Stat Membru

    Spiża għal kull unità

    Il-Kroazja

    Il-Portugall

    1,12

    Spanja

    2,63

    L-Irlanda

    L-Italja

    Ir-Renju Unit

    4,36”

    Artikolu 6

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta' April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u żoonożi (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/722/UE tat-29 ta' Novembru 2013 li tapprova programmi annwali u multiannwali u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2014 u s-snin ta' wara (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 101).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)1035 tal-24 ta' Frar 2014 li tawtorizza l-użu ta' spejjeż tal-unità fi programmi annwali u multiannwali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ u sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi.


    Top