Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
2011/879/EU: Commission Implementing Decision of 21 December 2011 amending Annexes II and IV to Council Directive 2009/158/EC on animal health conditions governing intra-Community trade in, and imports from third countries of, poultry and hatching eggs (notified under document C(2011) 9518) Text with EEA relevance
2011/879/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness II u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9518) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/879/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness II u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9518) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 23.12.2011, pp. 105–116
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 03 Volum 043 P. 276 - 287
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
li temenda l-Anness II u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9518)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/879/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,
Billi:
(1)
Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis, u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. L-Anness II tagħha jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-iskopijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni f’dawk il-programmi ta’ komoditajiet u sorveljanza li għandhom isiru għal ċerti mard fl-ispeċi differenti tat-tjur. L-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ fl-Unjoni tal-komoditajiet tat-tjur koperti minn dik id-Direttiva.
(2)
L-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/214/UE (2), jistabbilixxu l-proċeduri djanjostiċi għal Salmonella u Mycoplasma.
(3)
Il-Kapitolu III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula r-rekwiżiti minimi għal programmi dwar is-sorveljanza tal-mard. Dan il-Kapitolu jipprovdi deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ittestjar għal Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu provduti dettalji speċifiċi addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar għal Salmonella arizonae.
(4)
Barra minn hekk, il-kaxxa I.31 fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal flieles ta’ jum stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE tinkludi rekwiżit biex timla tagħrif dettaljat marbut mal-identifikazzjoni tal-komoditajiet koperti minnha.
(5)
Dak ir-rekwiżit jistipula tagħrif importanti dwar l-istat tas-saħħa tal-qatgħa(t) ġenitur li minnhom joriġinaw il-flieles ta’ jum, b’mod partikolari fir-rigward tal-ittestjar għal ċerti serotipi ta’ Salmonella. Madankollu, uħud minn dawk ir-rekwiżiti tad-dejta jidhru li jqiegħdu piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq l-operaturi tan-negozju, b’mod partikolari fid-dawl tal-imprevedibilità tat-tfaqqis. Barra minn hekk, uħud mid-dejta meħtieġa biex timtela f’dik il-kaxxa qed timtela f’partijiet oħra taċ-ċertifikat.
(6)
Għaldaqstant, dawk l-entrati għandhom jitħassru mill-kaxxa 1.31 fil-mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ jum u tjur għat-tgħammir u l-produttività u għandhom jiġu sostitwiti bl-entrata “Numru ta’ approvazzjoni” li jipprovdi tagħrif aktar ċar dwar l-oriġini tal-komoditajiet rispettivi. Għaldaqstant il-Parti I tan-noti fil-Parti II ta’ dawk iċ-ċertifikati mudell għandhom jiġu emendati skont dan.
(7)
L-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jista’ jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3), jipprevedi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta’ għasafar għat-tgħammir u l-produttività, bajd tat-tjur u flieles ta’ jum tagħhom.
(8)
Il-Punt 3 tal-Parti II ta’ dak l-Anness, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2011 (4), jistipula li, meta flieles ta’ jum ma jkunux imkabbra fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, dawn għandhom jiġu trasportati direttament għad-destinazzjoni finali tagħhom u jinżammu hemm għal tal-inqas tliet gimgħat mid-data tat-tfaqqis. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi rifless fil-mudell rilevanti taċ-ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ jum stabbilit fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE. Għaldaqstant, dak iċ-ċertifikat mudell għandu jiġi emendat skont dan.
(9)
Għalhekk, id-Direttiva 2009/158/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.
(10)
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV tad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-Annessi II u IV tad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati kif ġej:
(1)
Fl-Anness II, il-Kapitolu III, il-punt A.2 huwa emendat kif ġej:
(a)
nota (**) hija sostitwita b’dan li ġej:
“(**)
Innota li l-kampjuni ambjentali ġeneralment ma jkunux adatti għal sejbien affidabbli ta’ Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum, iżda huma adattati għal Salmonella arizonae.”
(b)
nota (****) hija sostitwita b’dan li ġej:
“(****)
Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum ma jikbrux faċilment fil-mezz semisolidu mmodifikat Rappaport Vassiliadis (MSRV) li jintuża għall-monitoraġġ ta’ Salmonella spp. żoonotika fl-Unjoni, iżda huwa adattat għal Salmonella arizonae.”
(2)
Fl-Anness IV, il-mudelli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li l-bajd għat-tfaqqis deskritt hawn fuq:
(a) huwa konformi ma’
(1) jew [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 8 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) jew [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6(a)(i), (ii) u (b), u l-Artikoli 8 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE];
(3) (b) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(4) (c) it-tjur, flieles ta’ jum jewhuma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(d) ġejjin minn tjur li:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użata fit-tilqim(a))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
II.2. Attestazzjoni tas-saħħa pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li l-bajd għat-tfaqqis deskritt hawn fuq:
(5) (a) ġej minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Id-data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(1) (6) jew [pożittiv;]
(1) (6) jew [negattiv]
(5) (b) u, la nstabet Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
II.3. Tagħrif addizzjonali dwar is-saħħa
(1) II.3.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE.
(1) II.3.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali, stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE.
(1) (7) II.3.3. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali, stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Il-kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Il-kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Numru tal-approvazzjoni: indika n-numru(i) tal-istabbiliment(i) approvat(i) tal-qatgħa(t) ġenitur.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-qatgħat tal-oriġini u l-isem tad-ditta.
(2) Applikabbli biss jekk II.3.1. jew II.3.2. ikunu sodisfatti.
(3) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(4) Imla jekk xieraq.
(5) Din il-garanzija taħt II.2 tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus jew għad-dundjani
(6) Jekk xi riżultati kienu pożittivi matul il-ħajja tal-qatgħa ta’ Gallus gallus għal Salmonella Infantis, Salmonella Virchow jew Salmonella Hadar, indika bħala pożittiv.
(7) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
— Il-kulur tat-timbru u l-firma jrid ikun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-flieles ta’ jum deskritti hawn fuq:
(a) huma konformi ma’:
(1) jew (i) [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 9 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) jew [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6(a)(i), (ii) u (b), u l-Artikoli 9 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE];
(1) (3) jew (ii) [jekk ġejjin minn bajd għat-tfaqqis importat skont ir-rekwiżiti tal-Mudell HEP jew HER tar-Regolament tal-Kummissjoni KE) Nru 798/2008, mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(a) u l-Artikolu 9(b) u (c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) (3) jew [jekk ġejjin minn bajd għat-tfaqqis importat skont ir-rekwiżiti tal-Mudell HEP u HER tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 6(a)(i), (ii) u l-Artikolu 9 (b) u (c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE].
(4) (b) huma konformi mal-Artikolu 15(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(5) (c) it-tjur, flieles ta’ jum jew huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li jikkonċernaw garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(1) (d) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użata fit-tilqim(a))
fi … (data)].
(e) ġejjin minn tjur li:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-tilqim(a))
fi … (data)].
(6) (f) biex jiddaħħlu f’qatgħat ta’ tjur għat-trobbija jew f’qatgħat ta’ tjur produttivi li jiġu minn qatgħat li kienu ttestjati b’riżultati negattivi skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE.
II.2. Attestazzjoni tas-saħħa pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-flieles ta’ jum deskritti hawn fuq:
(7) (a) ġejjin minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(1) (8) jew [pożittiv;]
(1) (8) jew [negattiv]
(7) (b) u, jekk maħsubin għat-trobbija, la nstabet Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
(1) (8) II.3.1. Il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-miżuri ta’ protezzjoni li jikkonċernaw influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ta’ sottotip li mhux l-H5N1.
(1) II.3.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE.
(1) (9) II.3.3. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Il-kaxxa I.6: Nru/i ta’ ċertifikati ta’ akkumpanjament tas-saħħa tal-annimali.
Il-kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Il-kaxxa I.19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05, 01.06.39.
Il-kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Numru tal-approvazzjoni: indika n-numru(i) tal-istabbiliment(i) approvat(i) tal-qatgħa(t) ġenitur.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-qatgħat tal-oriġini u l-isem tad-ditta.
Età: agħti d-data tat-tfaqqis.
Parti II:
(1) Żomm skont il-każ.
(2) Applikabbli biss jekk II.3.1 jew II.3.2. ikunu sodisfatti.
(3) F’dawk il-każijiet fejn flieles ta’ jum jiġu minn bajd importat minn pajjiż terz, il-perjodu ta’ iżolament fl-impriża tad-destinazzjoni għandu jiġi rispettat kif previst fil-Parti II tal-Annesssi VIII u IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni finali tal-flieles ta’ jum għandha tkun mgħarrfa b’dan ir-rekwiżit permezz tas-sistema TRACES.
(4) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(5) Imla jekk xieraq.
(6) Biex tiċċertifika għall-kunsinni lejn il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(7) Din il-garanzija taħt II.2. tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus jew għad-dundjani.
(8) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-serotipi ta’ hawn taħt matul il-ħajja tal-qatgħa, indika bħala pożittiv.
Qatgħat ta’ tjur għat-trobbija ta’ Gallus gallus: Salmonella Hadar, Salmonella Virchow u Salmonella Infantis.
Qatgħat ta’ tjur produttiv: Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium.
(9) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
— Il-kulur tat-timbru u l-firma jrid ikun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq:
(a) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 10 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(1) (b) huma konformi mal-Artikolu 15(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(2) (c) it-tjur, flieles ta’ jum jewhuma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(3)(d) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(3) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-tilqim(a))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
(4) (e) li l-flieles għat-trobbija kienu ttestjati b’riżultati negattivi skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE.
(3) (f) li t-tiġieġ li jbidu (tjur produttivi mrobbija bil-ħsieb li jipproduċu bajd għall-konsum) kienu ttestjati b’riżultati negattivi skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/235/KE.
II.2. Attestazzjoni tas-saħħa pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq:
(5) (a) ġejjin minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(3) (6) jew [pożittiv;]
(3) (6) jew [negattiv]
(5) (b) u, jekk maħsubin għat-trobbija, la nstabet Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
II.3. Tagħrif addizzjonali dwar is-saħħa
(1) (7) II.3.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Il-Kaxxa I. 16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Il-Kaxxa I. 19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05, 01.06.39.
Il-Kaxxa I. 31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Numru tal-approvazzjoni: indika n-numru(i) tal-istabbiliment(i) approvat(i) tal-qatgħa(t) ġenitur.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-qatgħa tal-oriġini u l-isem tad-ditta.
Parti II:
(1) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.