Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0363

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2010 tas- 26 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia , mill-Malażja

ĠU L 107, 29.4.2010, pp. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/10/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/363/oj

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 363/2010

tas-26 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia, mill-Malażja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

F’Ottubru 2008, ġew imposti mill-ġdid miżuri anti-dumping definittivi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 (2) fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (“ATP” jew il- “prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u l-Malażja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Id-dazji kontra d-dumping fis-seħħ għall-Malażja huma 59,2 % għal Anggerik Laksana Sdn Bhd u 75 % għall-kumpaniji l-oħra kollha.

1.2.   Talba għal reviżjoni

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex tniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd (“l-applikant”), produttur esportatur fil-Malażja (“il-pajjiż ikkonċernat”).

(3)

L-applikant jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri kontra d-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imsemmija fil-premessa 1.

(4)

Barra minn hekk l-applikant allega li huwa daħal f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-futur qrib.

1.3.   Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ esportatur ġdid

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u kkunsidratha biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament (KE) Nru 692/2009 (3), reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 rigward l-applikant.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 692/2009, id-dazju kontra d-dumping ta’ 75 % impost bir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 ġie mħassar fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernat u mibjugħ għal esportazzjonijiet lill-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana ġew mitluba li jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2009 iddeterminat li jekk l-investigazzjoni turi li l-applikant ssodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li tiġi emendata r-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008.

1.4.   Il-prodott ikkonċernat

(8)

Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, flanġijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li joriġina mill-Malażja (“il-prodott ikkonċernat”) li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11 , ex 7307 93 19 , ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90 .

1.5.   Il-partijiet ikkonċernati

(9)

Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-industrija tal-Unjoni, l-applikant u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu għal din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jingħataw smigħ.

(10)

Il-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-butt-welding fittings tal-azzar tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni (“l-industrija tal-Unjoni”) ta l-opinjonijiet tiegħu bil-miktub lis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kumitat tad-Difiża sfida l-affidabbiltà tal-bażi tal-prezz għal esportazzjoni. Id-dokumenti ġew ipprovduti wkoll u wrew allegatament tentattivi ta’ evażjoni tal-miżuri u l-informazzjoni li ngħatat dwar il-livell ta’ prezz tal-prodott ikkonċernat disponibbli għall-importaturi tal-UE.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-antidumping lill-applikant u lill-kumpaniji relatati miegħu u rċeviet tweġibiet qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji dwar l-antidumping lill-importaturi mhux relatati li jinsabu fl-Unjoni Ewropea iżda ma nkisbet l-ebda kooperazzjoni.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tal-istatus tal-esportatur ġdid u d-dumping, u saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-applikant u ta’ kumpanija relatata fil-Malażja:

—

Pantech Steel Industries Sdn Bhd (l-applikant),

—

Pantech Corporation Sdn Bhd (kumpanija kummerċjali relatata).

1.6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew “PIR”).

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kwalifika tal-esportatur il-ġdid

(15)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-kumpanija ma kinitx esportat il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li kienet bdiet tesporta lejn l-Unjoni Ewropea wara dan il-perjodu. Il-kumpanija daħlet f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta matul il-PIR. Din ħadet il-formola ta’ tliet ordnijiet mill-istess grupp ta’ importazzjoni fl-UE.

(16)

Dawn l-ordnijiet kienu kompluti wara l-PIR, permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni taħt, bejn wieħed u ieħor, l-istess kundizzjonijiet b’differenzi negliġibbli fil-prezz u l-kwantitajiet. Filwaqt li l-kwantitajiet involuti kienu limitati, dawn kienu minkejja kollox, instabu li kienu biżżejjed biex jiġi stabbilit marġini ta’ dumping affidabbli. Dan minħabba li l-livelli ta’ prezzijiet mitluba kienu appoġġati b’mod ulterjuri minn informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-esportatur ikkonċernat lil pajjiżi terzi, li kkonfermaw it-tendenza ta’ mġiba li nstabet fit-tranżazzjonijiet taħt skrutinju.

(17)

F’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet l-oħra għar-rikonoxximent ta’ status ta’ esportatur ġdid, il-kumpanija setgħet turi li ma kellhiex rabtiet, diretti jew indiretti, ma’ xi produtturi mill-Malażja li jesportaw soġġetti għall-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(18)

Għalhekk, huwa ikkonfermat li l-kumpanija għandha tkun ikkunsidrata bħala “esportatriċi ġdida” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk għandu jiġi stabbilit marġini individwali għaliha.

2.2.   Dumping

Id-determinazzjoni tal-valur normali

(19)

L-applikant jipproduċi l-aċċessorji u jbiegħ il-prodott ikkonċernat domestikament u fis-swieq ta’ esportazzjoni. L-investigazzjoni żvelat organizzazzjoni kumplessa ta’ bejgħ fis-suq domestiku li tinvolvi distributuri mhux relatati u kumpaniji ta’ kummerċ relatati, fejn distributuri mhux relatati jixtru l-prodott ikkonċernat mill-produttur u mbagħad jerġgħu jbiegħuh lin-negozjanti relatati li mbagħad jkompli jbiegħu l-oġġetti lill-klijenti mhux relatati fis-suq domestiku. Fil-fatt, id-distributuri mhux relatati jaġixxu bħala aġenti għall-applikant.

(20)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, u meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-bejgħ tal-kumpaniji ta' negozju relatati jista' jerġa' jiġi konness mal-applikant, il-prezzijiet mitluba lill-klijent finali minn dawn il-kumpaniji ta’ kummerċ relatati huma kkunsidrati bħala l-ewwel prezz fil-proċess ordinarju ta’ negozju u għaldaqstant jifforma l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(21)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet kienu nbiegħu domestikament mill-applikant f’volumi rappreżentattivi ġenerali.

(22)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa domestikament mill-kumpaniji ta’ negozju, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea.

(23)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul il-proċess normali ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil klijenti indipendenti. Minħabba li kien instab li kien sar biżżejjed bejgħ waqt il-proċess kummerċjali ordinarju, il-valur normali kien ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali.

(24)

F’uħud mill-każijiet fejn it-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fis-suq domestiku matul il-PIR, il-valur normali ġie kostrutt billi żdiedu, mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ammont raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġini ta' qliegħ raġjonevoli.

Prezz tal-esportazzjoni

(25)

Il-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew li għandu jitħallas imsemmi fil-premessa 16.

Tqabbil

(26)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ ex fabbrika.

(27)

Għall-iskop li jkun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li affettwaw il-paragunabbilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ġew konċessi aġġustamenti għall-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, u għal spejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati minn evidenza vverifikata.

(28)

L-applikant stqarr li jekk il-Kummissjoni tuża l-valur normali bbażat fuq il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji relatati ta’ kummerċ, għandu jingħata aġġustament għal differenzi fil-livell ta’ kummerċ bejn is-suq domestiku u s-suq tal-UE. Dan żied billi qal li l-bejgħ lis-suq tal-UE kien sar fil-livell ta’ distributur filwaqt li, fis-suq domestiku, l-applikant kien ibiegħ parti importanti ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet bħali parti minn kunsinni akbar fis-swieq tal-proġetti taż-żejt u l-gass fejn l-aċċessorji ta’ spiss ikollhom rwol anċillari biss għal dak tal-pajpijiet, valvijiet ewlenin u komponenti maġġuri oħrajn, u li dan is-suq kien f’livell differenti ta’ kummerċ.

(29)

Wara li analizzat il-kundizzjonijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku u b’mod partikolari x-xejriet tal-prezz tal-bejgħ, l-investigazzjoni wriet li l-applikant ma wriex, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, differenza konsistenti u distinta fil-funzjonijiet u l-prezzijiet għal-livelli differenti ta’ kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Għaldaqstant ma ġie kkunsidrat l-ebda aġġustament.

Marġini tad-dumping

(30)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, u meta wieħed iqis li kien hemm biss tliet ordnijiet f’virtwalment l-istess żmien matul il-PIR u li l-prezz tal-materja prima, li jammonta għall-biċċa l-kbira tal-ispiża tal-produzzjoni, varja b’mod sinifikanti matul il-PIR, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta' tqabbil fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

(31)

It-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping f’livell ta’ 49,9 %, espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF.

(32)

Barra minn dan, l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-applikant għal pajjiżi terzi oħrajn fi kwantitajiet importanti huma sinifikament aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni Ewropea, li jissuġġerixxu l-eżistenza tad-dumping fi swieq terzi.

3.   EMENDI FIL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU RIVEDUTI

(33)

Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, qiegħed jiġi kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv skont il-livell ta' marġini ta' dumping misjub.

(34)

Il-marġini ta’ dumping, stabbilit għall-PIR, ta’ 49,9 % huwa taħt il-livell ta’ 75 % tal-eliminazzjoni ta’ ħsara mal-pajjiż kollu li ġie stabbilit għall-Malażja fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant huwa propost li jiġi impost dazju li hu bbażat fuq il-marġini ta’ dumping ta’ 49,9 % u li r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 jiġi emendat kif xieraq.

4.   L-IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTIDUMPING

(35)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, id-dazju antidumping applikabbli għall-applikant għandu jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.

5.   KLAWŻOLA TA’ MONITORAĠĠ U REVIŻJONI POSSIBBLI ULTERJURI

(36)

Għandu jiġi nnotat li l-kumpaniji kkonċernati għandhom sistema kumplessa ta’ tqassim li tinvolvi wkoll li l-prodott ikkonċernat jiġi impurtat minn pajjiżi oħrajn taħt miżuri. Barra minn dan, hemm ċertu riskju ta’ evitar ta’ dazju minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju bejn kumpaniji esportaturi differenti fil-Malasja. Għaldaqstant, huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kontra d-dumping.

(37)

Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn fattura tali għandhom ikunu soġġetti għad-dazju residwu ta’ antidumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(38)

Barra minn hekk, il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni infurmatu li din se tistieden il-kumpanija kkonċernata biex tressaq rapporti regolari lill-Kummissjoni biex tiżgura segwitu xieraq tal-bejgħ tagħha tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni u l-prezz u kundizzjonijiet oħrajn relatati magħhom, kif ukoll informazzjoni dwar żviluppi fil-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija. Il-Kunsill jinnota, b’mod partikolari, li jekk rapporti bħal dawn ma jiġux ippreżentati, jew fejn ir-rapporti jiżvelaw li l-miżuri mhumiex adegwati biex jeliminaw l-effetti ta' dumping inġurjuż, jista' jkun neċessarju li tinbeda reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kunsill jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li ex officio tniedi reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari ladarba tkun għaddiet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (għalkemm tista’ wkoll issir reviżjoni minn qabel). Huwa nnotat ukoll li f’dan iż-żmien il-Kummissjoni tistenna li jkun xieraq li tmexxi reviżjoni tali wara sena minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jkun innotat li d-dazju stabbilit għall-kumpanija kkonċernata permezz ta’ dan ir-Regolament hu bbażat biss fuq għadd limitat ta’ ordnijiet.

6.   L-IŻVELAR U T-TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI

(39)

Il-partijiet ikkonċernati ġew infurmati bil-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom sar il-ħsieb li jiġi impost, fuq importazzjonijiet ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mill-applikant, dazju anti-dumping definittiv emendat u li dan id-dazju jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħed kont tagħhom fejn kien il-każ.

(40)

Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-tabella taħt il-produtturi fil-Malażja:

“Pajjiż

Kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Malażja

Pantech Steel Industries Sdn Bhd

49,9

A961 ”

2.   Id-dazju b’dan impost għandu jkun applikat retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li ġew reġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.

L-awtoritajiet tad-dwana b’dan huma ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Malażja prodott minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd.

3.   Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiġi miżjud dan il-paragrafu li ġej:

“3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћal Pantech Steel Industries Sdn Bhd gћandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.”

4.   Iż-żieda tal-paragrafu t’hawn fuq fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 timplika li l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 1(4).

5.   Fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiġi miżjud dan l-Anness li ġej:

“ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tkun tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' [prodott ikkonċernat] bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hi kompluta u korretta u li l-prezz iffatturat hu finali u mhux se jiġi kkumpensat, parzjalment jew għal kollox, permezz ta’ kwalunkwe prassi.

Data u firma’.”.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18.

(3)   ĠU L 199, 31.7.2009, p. 9.


Top