This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0921
Commission Implementing Regulation (EU) No 921/2012 of 8 October 2012 amending for the 179th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 921/2012 tat- 8 ta’ Ottubru 2012 li jemenda għall-179 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 921/2012 tat- 8 ta’ Ottubru 2012 li jemenda għall-179 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
ĠU L 274, 9.10.2012, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 921/2012
tat-8 ta’ Ottubru 2012
li jemenda għall-179 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-27 ta' Settembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) OJ L 139, 29.5.2002, p. 9; Edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01, pp. 294 - 307.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali" titħassar:
‘Abdullahi Hussein Kahie. Indirizz: 26 Urtegata Street, Oslo 0187 In-Norveġja. Data tat-twelid: 22.9.1959. Post tat-twelid: Mogadixu, is-Somalja. Nazzjonalità: Norweġiża. Nru tal-passaport: (a) 26941812 (Passaport Norveġiż maħruġ fit-23.11.2008, (b) 27781924 (Passaport Norveġiż maħruġ fil-11.5.2010 validu sal-11.5.2020. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 22095919778. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.11.2001.’