Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1345

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1345/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju fil-Kroazja

    ĠU L 363, 18.12.2014, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1345/oj

    18.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 363/80


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1345/2014

    tas-17 ta' Diċembru 2014

    dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju fil-Kroazja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta' Frar 2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq tal-Unjoni fis-settur taz-zokkor wara l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 tistipula regoli dwar id-determinazzjoni u l-eliminazzjoni tal-kwantità taz-zokkor innifsu jew fi prodotti pproċessati, ta' isoglukożju u ta' fruttożju li jaqbżu l-kwantità meqjusa bħala r-riport normali tal-ħażna fl-1 ta' Lulju 2013 (“kwantitajiet żejda”). B'mod partikolari, l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 jistipula li dawk il-kwantitajiet żejda għandhom jitneħħew mis-suq fil-forma ta' zokkor innifsu jew ta' isoglukożju a skapitu tal-Kroazja.

    (2)

    Barra minn hekk, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 tistipula li l-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kwantitajiet żejda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014.

    (3)

    Sabiex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet żejda, l-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 jistipula li l-Kroazja għandha tikkomunika lill-Kummissjoni t-tagħrif rilevanti dwar il-kwantitajiet tal-produzzjoni, il-konsum, il-ħażniet, l-esportazzjoni u l-importazzjoni, kif ukoll tagħrif dwar is-sistema stabbilita sabiex jiġu identifikati l-kwantitajiet żejda. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kwantitajiet żejda billi tqabbel l-iżvilupp tas-suq taz-zokkor Kroat mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013, fir-rigward tat-tliet snin ta' qabel. Iċ-ċirkustanzi partikolari ta' akkumulazzjoni tal-ħażniet għandhom jitqiesu wkoll kif previst fl-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013. B'mod partikolari, kif issuġġeriet ukoll il-Kroazja, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati kif xieraq iż-żieda fil-konsum u fl-istokkijiet fil-Kroazja kif ukoll ix-xejra fl-Unjoni.

    (4)

    Abbażi tal-komunikazzjonijiet mill-Kroazja, il-kwantitajiet żejda taz-zokkor għandhom jiġu ddeterminati skont dak il-metodu.

    (5)

    Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' isoglukożju u fruttożju, ġie applikat l-istess metodu. B'riżultat ta' dan, ma jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-ebda kwantitajiet żejda ta' fruttożju u ta' isoglukożju.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantità ta' zokkor li taqbeż il-kwantità meqjusa bħala r-riport normali tal-ħażna fl-1 ta' Lulju 2013 u li għandha titneħħa mis-suq tal-Unjoni a skapitu tal-Kroazja b'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 170/2013 hija ta' 37 138 tunnellata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1.


    Top