Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0096

    Kawża T-96/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/32


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)

    (Kawża T-96/18)

    (2018/C 134/46)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Robert W. Cabell (Renton, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Bröcker, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zorro Productions, Inc. (Berkeley, California, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċediementi quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZORRO – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 399 787

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1637/2015-4

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 399 787 għall-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.


    Top