EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0711

Kawża C-711/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Diċembru 2017 – Anke Hartog vs British Airways plc

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Diċembru 2017 – Anke Hartog vs British Airways plc

(Kawża C-711/17)

(2018/C 134/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anke Hartog

Konvenuta: British Airways plc

Domandi preliminari

Il-kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), stabbilita fl-Artikolu 3(2)(a) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-passiġġieri li għandhom reżervazzjoni kkonfermata għandhom “jippreżentaw lilhom infushom għal check-in” meta, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ ħin, dawn jippreżentaw ruħhom, mhux iktar minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat, fil-kju quddiem il-post taċ-check-in stabbilit mit-trasportatur tal-ajru għar-reġistrazzjoni kkonċernata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


Top