This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0396
Case C-396/16: Judgment of the Court (First Chamber) of 22 February 2018 (request for a preliminary ruling from the Vrhovno sodišče Republike Slovenije — Slovenia) — T — 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (in insolvency) v Republika Slovenija (Reference for a preliminary ruling — Common system of value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Articles 184 and 185 — Adjustment of the deduction of input tax paid — Change in the factors used to determine the amount to be deducted — Notion of ‘transactions remaining totally or partially unpaid’ — Effect of a decision approving an arrangement with creditors having the force of res judicata)
Kawża C-396/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – T – 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (fi stralċ) vs Republika Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 184 u 185 — Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw it-tnaqqis — Il-kunċett ta’ ‘tranżazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa’ — Impatt ta’ deċiżjoni ta’ omologazzjoni ta’ arranġament ġuridiku li għandu l-awtorità ta’ res judicata)

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – T – 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (fi stralċ) vs Republika Slovenija
(Kawża C-396/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 184 u 185 - Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw it-tnaqqis - Il-kunċett ta’ ‘tranżazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa’ - Impatt ta’ deċiżjoni ta’ omologazzjoni ta’ arranġament ġuridiku li għandu l-awtorità ta’ res judicata))
(2018/C 134/08)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T – 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (fi stralċ)
Konvenuta: Republika Slovenija
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-obbligi ta’ debitur, li jirriżulta mill-omologazzjoni li saret res judicata ta’ arranġament ġuridiku, jikkostitwixxi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
2) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-obbligi ta’ debitur li jirriżulta mill-omologazzjoni li saret res judicata ta’ arranġament ġuridiku ma jikkostitwixxix każ ta’ tranżazzjoni li baqgħet totalment jew parzjalment mhux imħallsa li ma tatix lok għal aġġustament tat-tnaqqis inizjali, meta dan it-tnaqqis huwa finali, fatt dan li għandu, madankollu, jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jimplementa l-possibbiltà prevista f’din id-dispożizzjoni, Stat Membru ma għandux ikun obbligat li jipprevedi espressament obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa. |