This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0920
Council Regulation (EC) No 920/2005 of 13 June 2005 amending Regulation No 1 of 15 April 1958 determining the language to be used by the European Economic Community and Regulation No 1 of 15 April 1958 determining the language to be used by the European Atomic Energy Community and introducing temporary derogation measures from those Regulations
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat- 13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal- 15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal- 15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat- 13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal- 15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal- 15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti
ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 184–185
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2017
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
184 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 920/2005
tat-13 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 290 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 190 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Gvern Irlandiż talab li l-lingwa Irlandiża tiġi mogħtija l-istess status bħal dak mogħti lill-lingwi uffiċjali nazzjonali ta’ l-Istati Membri l-oħra u li jsiru l-emendi meħtieġa għal dan il-għan għar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1) u r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (2), liema żewġ Regolamenti huma minn hawn ’il quddiem imsejħa “Regolament Nru 1”. |
(2) |
Jirriżulta mill-Artikoli 53 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u 314 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea li l-lingwa Irlandiża hija waħda mill-lingwi awtentiċi ta' kull wieħed minn dawn it-Trattati rispettivament. |
(3) |
Il-Gvern Irlandiż jenfasizza li, skond l-Artikolu 8 tal-Kostituzzjoni ta’ l-Irlanda, il-lingwa Irlandiża bħala l-lingwa nazzjonali hija l-ewwel lingwa uffiċjali ta’ l-Irlanda. |
(4) |
Huwa xieraq li tingħata risposta pożittiva għat-talba tal-Gvern Irlandiż u li jiġi emendat ir-Regolament Nru 1 għaldaqstant. Madankollu huwa xieraq li jiġi deċiż li, għal raġunijiet prattiċi u fuq bażi transitorja, l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jfasslu u jitraduċu l-atti kollha, inklużi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-lingwa Irlandiża. Huwa xieraq ukoll li jiġi stipulat li tali deroga tkun parzjali, li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha r-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien u li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jiddetermina b’mod unanimu, fi żmien erba’ snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u f’intervalli ta’ ħames snin wara din id-data, jekk għandhiex titneħħa dik id-deroga, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Nru 1 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan il-ġej: “Artikolu 1 Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi wżati fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Eston, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u s-Svediż.” ; |
(b) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b'dan il-ġej: “Artikolu 4 Ir-Regolamenti u d-dokumenti l-oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom jiġu mfassla fil-wieħed u għoxrin lingwa uffiċjali.” ; |
(ċ) |
L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 5 Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun pubblikat fil-wieħed u għoxrin lingwa uffiċjali.” |
Artikolu 2
B'deroga mir-Regolament Nru 1 u għal perijodu rinnovabbli ta’ ħames snin li jibda fil-jum li fih japplika dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jfasslu l-atti kollha bl-Irlandiż u li jippubblikawhom f'dik il-lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan l-Artikolu m' għandux japplika għar-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien.
Artikolu 3
Mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u f’intervalli ta’ ħames snin wara din id-data, il-Kunsill għandu jirrevedi kif qed jaħdem l-Artikolu 2 u jiddetermina b’mod unanimu jekk għandhiex titneħħa d-deroga msemmija f' dak l-Artikolu.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adezjoni ta' l-2003.
(2) ĠU 17, 6.10.1958, p. 401/58. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adezjoni ta' l-2003.