Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0081

    Kawża C-81/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal- 21 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis ( Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Dritt tal-kumpanniji — L-Ewwel Direttiva 68/151/KEE — Kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata li taqa’ taħt is-settur tal-istampa u tat-televiżjoni — Kumpannija u azzjonista li għandha iktar minn 2,5 % tal-ishma — Multa amministrattiva flimkien u in solidum )

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis

    (Kawża C-81/09) (1)

    (Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Dritt tal-kumpanniji - L-Ewwel Direttiva 68/151/KEE - Kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata li taqa’ taħt is-settur tal-istampa u tat-televiżjoni - Kumpannija u azzjonista li għandha iktar minn 2,5 % tal-ishma - Multa amministrattiva flimkien u in solidum)

    2010/C 346/19

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Idryma Typou A.E.

    Konvenuta: Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-9 ta’ Marzu tal-1968, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3) — Dispożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum bejn, minn naħa, kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata li topera fis-settur tal-istampa u tat-televixin u, min-naħa l-oħra, l-azzjonisti tagħha li jżommu sehem ta’ iktar minn 2.5% tal-kapital azzjonarju, għall-ħlas ta’ multi amministrattivi imposti minħabba l-attività ta’ tali kumpannija

    Dispożittiv

    (1)

    L-ewwel Direttiva tal Kunsill 68/151/KEE, tad 9 ta’ Marzu tal 1968, dwar il- koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità għandha tiġi intepretata fis-sens li ma tipprojbixxix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 4(3) tal-Liġi Nru°2328/1995 “Qafas ġuridiku tat-televiżjoni privata u tar-radju lokali, risoluzzjoni ta’ kwistjonijiet marbutin mas-suq radjuteleviżiv u dispożizzjonijiet oħrajn”, kif emendat bil-Liġi Nru 2644/1998 “dwar il provvista ta’ servizzi radjufoniċi u televiżwali bi ħlas”, li tipprovdi li l-multi previsti fi- paragrafi preċedenti ta’ dan l-artikolu għal ksur tal-leġiżlazzjoni u tar-regoli tad-deontoloġija li jirregolaw il-funzjonament tal-istazzjonijiet televiżivi huma imposti flimkien u in solidum, mhux biss fuq il-kumpannija li għandha l-liċenzja għall-ħolqien u għall-użu ta’ stazzjon televiżiv, iżda wkoll fuq l-azzjonisti kollha li għandhom perċentwali ta’ ishma ta’ iktar minn 2,5 %.

    (2)

    L-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux tali leġiżlazzjoni nazzjonali.


    (1)  ĠU C 102, 01.05.2009


    Top