EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0333

L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (COM(2011)0416 – C7-0197/2011 – 2011/0194(COD))
P7_TC1-COD(2011)0194 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u li tħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
ANNESS I
ANNESS II
ANNESS III

ĠU C 353E, 3.12.2013, p. 212–241 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/212


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ***I

P7_TA(2012)0333

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (COM(2011)0416 – C7-0197/2011 – 2011/0194(COD))

2013/C 353 E/43

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0416),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0197/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0217/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.

Jisteden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 183.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 20.


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
P7_TC1-COD(2011)0194

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u li tħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Wara li għaddew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd ("PKS") jestendi għal miżuri dwar is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fl-Unjoni. L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew "Organizzazzjoni Komuni tas-Suq" ("OKS"), hija parti integrali tal-PKS u għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Billi l-PKS qed tiġi riveduta, l-OKS għandha tiġi adattata skont dan.

(2)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (4) jiġi rivedut biex jitqiesu n-nuqqasijiet misjuba fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ attwalment, l-iżviluppi riċenti fl-Unjoni u s-swieq dinjija, u l-evoluzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura.

(2a)

Is-sajd iwettaq rwol partikolarment importanti fl-ekonomiji tar-reġjuni kostali tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi. Minħabba li lis-sajjieda ta’ dawk ir-reġjuni jipprovdilhom l-għajxien tagħhom, għandhom jittieħdu passi biex jitrawmu l-istabilità tas-suq u korrispondenza mtejba bejn il-provvista u d-domanda. [Em. 1]

(3)

Għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-OKS skont l-impenji internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("WTO"). Il-ħut u l-molluski huma ġid komuni. Billi s-sajd, għalhekk, mhuwiex bħal industriji oħrajn, għandu jiġi regolat partikolarment minn miżuri li jissodisfaw kriterji ambjentali u ekosistemiċi, irrispettivament mir-rekwiżiti tas-suq. [Em. 2]

(3a)

Billi d-dispożizzjonijiet kummerċjali tad-WTO li japplikaw attwalment qed jaħdmu b’mod sodisfaċenti, kwalunkwe proposta ġdida għandha tfittex li żżomm status quo meta dan ikun possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi jirrispettaw għal kollox prattiki u dispożizzjonijiet sostenibbli tal-liġi tal-Unjoni, sabiex tiżgura li prodotti tal-Unjoni u dawk importati jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi. [Em. 3]

(4)

L-OKS għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(5a)

Minħabba l-volumi kbar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jiġu importati għal ġol-Unjoni minn pajjiżi terzi u l-proporzjon sostanzjali tal-prodotti importati fil-konsum totali tal-Unjoni, huwa indispensabbli li l-OKS tifforma parti minn politika kummerċjali u doganali li jkollha l-għan li tirregola l-importazzjonijiet u ttaffi l-effetti tagħhom minn fuq il-prezzijiet ottenuti mill-produtturi tal-Unjoni fl-ewwel bejgħ u minn fuq il-profitabilità tal-attivitajiet tagħhom. [Em. 4]

(5b)

Jeħtieġ li jintlaħaq l-ogħla grad possibbli ta’ konsistenza bejn il-PKS u l-politika kummerċjali komuni, fejn din il-politika tal-aħħar tintuża b’mod sistematiku biex tkompli tmexxi ’l quddiem l-objettivi ta’ dik tal-ewwel, kemm fin-negozjati multilaterali tad-WTO u kemm fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali u reġjonali. [Em. 5]

(5c)

L-aġenziji nazzjonali kollha li għandhom ir-responsabilità li jwettqu l-iċċekkjar doganali u tas-saħħa fuq il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati għal ġol-Unjoni għandhom jingħataw ir-riżorsi umani u finanzjarji u l-għodod li huma jeħtieġu biex jagħmlu xogħolhom kif suppost. [Em. 6]

(6)

Huwa importanti li l-immaniġġar tal-OKS jitmexxa fuq il-prinċipji ta' governanza tajba tal-PKS.

(6a)

Biex l-OKS tkun suċċess, huwa essenzjali li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa, permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u edukattivi, dwar il-valur li wieħed jiekol il-ħut u dwar il-varjetà wiesgħa ta’ speċijiet disponibbli, kif ukoll għandhom isiru jafu dwar kemm hu importanti li wieħed ikun jista' jifhem it-tagħrif li jidher fuq it-tikketti. [Em. 7]

(7)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-PKS u tal-OKS. Huwa għalhekk meħtieġ li jsaħħu l-għanijiet tagħhom biex u li jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex ikun jista' jkollhom rwol iktar sinifikanti fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sajd, billi jaġixxu f'qafas definit mill-objettivi tal-PKS. Huwa wkoll meħtieġ li jiżguraw li l-membri tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli, itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, jesperjenzaw titjib fid-dħul tagħhom, u jiġbru informazzjoni ekonomika dwar l-akkwakultura. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li jeżistu fl-Unjoni, speċjalment dawk fir-reġjuni ultraperifeċriċi, b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fuq skala żgħira u tal-akkwakultura estensiva . Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali li jieħdu responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-għanijiet, u jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fuq kwistjonijiet ta’ ġestjoni, inkluża, fejn hi xierqa, dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti u l-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, skont il-ħtiġijiet ta’ kull qasam tas-sajd partikolari. [Em. 8]

(7a)

Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u l-vijabbiltà tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, hemm il-bżonn li l-kriterji adegwati għall-istabbiliment tagħhom ikunu definiti b’mod ċar, partikolarment dawk li jirrigwardaw in-numru minimu ta' membri u r-rikonoxximent formali tagħhom. [Em. 9]

(8)

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali billi jiġbru flimkien kategoriji differenti ta' operaturi jistgħu jgħinu biex itejbu l-koordinazzjoni ta' attivitajiet tal-kummerċjalizzajoni matul il-katina tal-attivitajiet u biex jiżviluppaw miżuri ta' interess għas-settur kollu.

(9)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet komuni għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-Istati Membri, biex ir-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi jiġu estiżi, u biex il-kosti li jirriżultaw minn din l-estensjoni jiġu kondiviżi. Il-proċedura għall-estensjoni ta' regoli għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.

(10)

Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jidderiġu lill-membri lejn attivitajiet ta' sajd u akkwakultura sostenibbli, huma għandhom jiddefinixxu u jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni bil-miżuri meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.

(10a)

Il-ħatt l-art tal-qabdiet inċidentali u sekondarji kollha u t-tnaqqis tar-rimi huma tnejn mill-objettivi tar-riforma tal-PKS li għaddejja bħalissa. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, għandu jsir użu aktar wiesa’ ta’ rkaptu tas-sajd selettiv li jipprevjeni li jinqabad ħut ta’ daqs iżgħar milli suppost. [Em. 165]

(11)

Id-diffikulta biex jitbassru l-attivitajiet tas-sajd teżiġi li jitwaqqaf mekkaniżmu għal ħżin ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem bil-għan li titrawwem stabbilità akbar tas-suq u jiżdied ir-redditu fuq il-prodotti, partikularment billi jinħoloq valur miżjud. Dan il-mekkaniżmu għandu jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni u l-konverġenza tas-swieq lokali tal-Unjoni bil-għan li jinħoloq is-suq uniku.

(11a)

Minħabba l-bogħod u l-iżolament ġeografiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, huwa possibbli skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") li jsir programm ta' azzjoni speċjali li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' tali reġjuni. [Em. 11]

(11b)

Il-Kummissjoni jmissha tistabbilixxi miżuri ta’ appoġġ biex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura. [Em. 12]

(12)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu joħolqu fond kollettiv għandhom jiġu allokati għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd biex jiffinanzja l-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u l-mekkaniżmu ta' ħżin. [Em. 13]

(13)

Biex tiġi kkunsidrata d-diversità fil-prezzijiet madwar l-Unjoni, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun intitolata tipproponi prezz li jiskatta l-mekkaniżmu ta' ħżin. Dan il-prezz ma għandux iwassal biex jiġu ffissati prezzijiet minimi li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni.

(14)

Billi l-istokkijiet tal-ħut huma riżorsi kondiviżi, l-isfruttar sostenibbli u effiċjenti tagħhom jista', f'xi ċirkustanzi, jintlaħaq aħjar permezz ta' organizzazzjoniiet magħmula minn membri minn Stati Membri differenti u minn reġjuni differenti. Għalhekk jeħtieġ li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà mħeġġa l-possibbiltà li jitwaqqfu organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fuq livell transreġjonali, ibbażati fejn xieraq fuq ir-reġjuni bijoġeografiċi, u fil-livell transnazzjonali. li jibqgħu soġġetti għal regoli tal-kompetizzjoni kif previst fir-regolament preżenti Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu sħubiji bl-għan li jipproduċu regoli komuni u vinkolanti , u li jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet interessati kollha li jaħdmu fis-sajd. Fit-twaqqif ta' organizzazzjonijiet bħal dawn, jeħtieġ li jiġi żgurat li huma li jibqgħu soġġetti għal regoli tal-kompetizzjoni kif previst fir-regolament preżenti u li tiġi rispettata l-ħtieġa li tinżamm ir-rabta bejn il-komunitajiet kostali individwali u l-ħut u l-ilmijiet li storikament ikunu esplojtaw .[Em. 14]

(15)

L-applikazzjoni ta' standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tippermetti li s-suq ikun fornut bi prodotti sostenibbli, li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-suq intern tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ fuq bażi ta' kompetizzjoni ġusta, u b'hekk tgħin biex tintlaħaq il-profitabbiltà tal-produzzjoni.

(16)

Minħabba l-varjetà wiesgħa tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jeħtieġ Huwa meħtieġ li l-konsumaturi jingħataw ammont minimu informazzjoni ċara u komprensiva dwar, inter alia, l-oriġini, il-metodu u d-data ta' informazzjoni obbligatorja dwar il-karatteristiċi ewlenin produzzjoni tal-prodotti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati . [Em. 15]

(16a)

L-użu ta' ekotikketta għall-prodotti tas-sajd, li joriġinaw kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra joffri l-possibbiltà li tiġi pprovduta informazzjoni ċara dwar is-sostenibbiltà ekoloġika ta' prodotti tas-sajd. Huwa meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jiġu żviluppati u stabbiliti kriterji minimi għall-iżvilupp ta' ekotikketta għall-prodotti tas-sajd waħda għall-Unjoni kollha. [Em. 16]

(16b)

Sabiex jiġu salvagwardjati l-konsumaturi Ewropej, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar tal-obligazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġija disponibbli, inkluża l-analiżi tad-DNA, sabiex l-operaturi ma jitħallewx jagħmlu tikkettjar falz tal-qabdiet. [Em. 17]

(16c)

Minħabba l-importanza li l-konsumaturi jattribwixxu lill-oriġini u l-provenjenza, fis-sens wiesgħa ta’ dawn it-termini, meta jkunu qed jagħżlu bejn il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura disponibbli fis-suq, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li t-tagħrif li jingħataw dwar il-prodotti jkun eżatt, ċar u komprensiv kemm jista’ jkun. [Em. 18]

(16d)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-PKS – b’referenza partikolari għall-OKS u d-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ tagħrif lill-konsumatur – u l-politika kummerċjali komuni, wieħed irid jieħu ħsieb li jiġu evitati d-definizzjonijiet li huma eċċessivament wesgħin tal-oriġini doganali preferenzjali tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll kwalunkwe eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet standard li jdgħajfu t-traċċabilità tal-prodotti u jikkawżaw konfużjoni dwar minn fejn u kif prodott partikolari jkun inġab. [Em. 19]

(17)

Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni relatata ma' ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija fl-Artikolu 101 TFUE għandhom japplikaw għall-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, sakemm l-applikazzjoni tagħhom ma tfixkilx it-tħaddim tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq jew thedded li jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 39 TFUE.

(17a)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti importati li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mal-istess rekwiżiti u standards ta’ kummerċjalizzar bħal dawk li jridu jissodisfaw il-produtturi tal-Unjoni. [Em. 20]

(18)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, inklużi l-frammentazzjoni tas-settur, il-fatt li l-ħut huwa riżorsa kondiviża u jekk l-ammont tal-importazzjoni huwa kbir , li għandhom jiġu regolati mill-istess regoli bħall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Unjoni .Minħabba raġunijiet ta' simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ f'ċerti prodotti agrikoli (5) għandhom jiġu inkorporati fir-regolament preżenti. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ma għandux jibqa' japplika għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.[Em. 21]

(19)

Jeħtieġ li tittejjeb l-informazzjoni ekonomika dwar is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fl-Unjoni.

(20)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet inter-professjonali , kif ukoll biex jiġu stabbiliti standards tas-suq komuni, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-appoġġ finanzjarju tagħhom, ir-regoli interni tagħhom, il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll id-definizzzjoni u l-emendar tal-istandards komuni tas-suq .[Em. 22] Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(22)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, dwar l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri; il-format, l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri għall-komunikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom biex jingħata jew jiġi rtirat rikonoxximent; ir-regoli dwar il-frekwenza u l-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki mill-Istati Membri; il-format u l-proċedura ta' notifika mill-Istati Membri fil-każ ta' estensjoni tar-regoli; il-proċedura u l-iskadenzi taż-żmien biex jintbagħtu mill-organizzazzjoni tal-produtturi u approvazzjoni mill-Istati Membri tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni; u l-format tan-notifika mill-Istati Membri tal-prezzijiet skattaturi, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

(22a)

Peress li dawn l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, ma jistgħax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista' għalhekk minħabba l-skali u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huma meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jiġi rrevokat iżda għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd.

(23a)

Ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 għandu jiġi emendat kif ġej,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.   B'dan qed tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, minn hawn 'il quddiem "Organizzazzjoni Komuni tas-Suq".

2.   L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq ("OKS") għandha tħaddan l-istrumenti li ġejjin:

(a)

organizzazzjonijiet professjonali;

(b)

standards ta' kummerċjalizzazzjoni;

(c)

informazzjoni għall-konsumatur;

(d)

regoli dwar il-kompetizzjoni;

(e)

għarfien intelliġenti dwar is-suq;

(ea)

id-dimensjoni esterna. [Em. 23]

Artikolu 2

Ambitu

L-OKS għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu prodotti jew kkummerċjalizzati fl-Unjoni. [Em. 24]

Artikolu 3

Għanijiet

L-OKS għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament fir-Regolament (UE) Nru …/20XX ta' … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (7) u, b’mod partikolari, biex jiġu pprovduti inċentivi tas-suq ħalli jiġu appoġġjati prattiki ta’ produzzjoni li jkunu aktar sostenibbli, biex tittejjeb il-pożizzjoni tas-suq tal-prodotti tal-Unjoni, biex jitfasslu strateġiji tal-produzzjoni bil-ħsieb li l-Politika Komuni tas-Sajd ("PKS") tiġi adattata għall-bidliet strutturali tas-swieq u għall-fluttwazzjonijiet ta’ żmien qasir, u biex jissaħħaħ il-potenzjal tas-suq tal-prodotti tal-Unjoni . [Em. 25]

Artikolu 4

Prinċipji

L-OKS għandha tipproċedi fuq il-prinċipji ta' governanza tajba, stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. li hi għandha tikseb permezz ta' definizzjoni ċara tar-responsabilitajiet fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali, perspettiva fit-tul, l-involviment wiesgħa tal-operaturi, ir-responsabilità tal-Istat tal-bandiera, u l-konsistenza mal-politiki integrati marittimi, kummerċjali u politiki oħra tal-Unjoni . [Em. 26]

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fir-Regolament (UE) Nru …/20XX (8) u dawk imsemmija fir-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (9), u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (10) għandha tapplika. [Em. 27]

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

'prodotti tas-sajd' tfisser organiżmi akwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd jew prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkat fl-Anness I;

(b)

'prodotti tal-akkwakultura' tfisser organiżmi akwatiċi, fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkat fl-Anness I;

(c)

'produttur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża mezzi ta' produzzjoni biex tikseb prodotti ta' sajd jew akkwakultura bl-intenzjoni li tqiegħdhom fis-suq;

(d)

'settur tas-sajd jew l-akkwakultura' tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

(da)

‘qabdiet mhux mixtieqa’ tfisser qabdiet kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru …/20XX  (11) . [Em. 28]

(e)

'tagħmel disponibbli fis-suq' tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott tas-sajd jew l-akkwakultura għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajr;

(f)

'tqegħid fis-suq' tfisser l-ewwel darba li prodott tas-sajd jew l-akkwakultura jsir disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

Kapitolu II

Organizzazzjonijiet professjonali

Taqsima I

Stabbiliment, għanijiet u Miżuri

Artikolu 6

Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd

Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.

Fl-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-produtturi tas-sajd qrib il-kosta fuq skala żgħira u tas-sajd mhux industrijali, sabiex, b'mod partikolari, dawn il-produtturi igawdu minn diskriminazzjoni pożittiva fl-aċċess għall-għajnuna għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. [Em. 29]

Artikolu 7

Għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd

L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

(a)

jippromwovu attivitajiet vijabbli u sostenibbli tas-sajd mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni , immaniġġjar u sfruttar stipulata fir-Regolament (UE) Nru …/20XX (11) u fl-atti legali ambjentali tal-Unjoni; [Em. 30]

(aa)

jippjanaw il-produzzjoni tal-membri tagħhom u jagħtu konsulenza lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd kif ukoll jaqsmu l-aħjar prattiki żviluppati mill-bastimenti tal-Unjoni ;[Em. 31]

(ab)

jikkontribwixxu fil-provvista tal-ikel u jżommu u joħolqu impjiegi fiż-żoni kostali u rurali, inkluż taħriġ vokazzjonali u programmi ta' kooperazzjoni biex iż-żgħażagħ jitħeġġu jidħlu fis-settur u biex jiġi żgurat standard ġust ta' għajxien għal dawk impenjati fis-sajd ;[Em. 32]

(b)

jieħdu ħsieb jevitaw, jimminimizzaw u jagħmlu l-aħjar użu minn qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom mingħajr ma joħolqu suq sostanzjali għal qabdiet bħal dawn; [Em. 33]

(ba)

jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni tal-prattiki ta' sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat billi japplikaw fuq il-membri tali kontrolli interni li jkun hemm bżonn; [Em. 34]

(bb)

inaqqsu l-impatt ambjentali tas-sajd, inkluż billi jimplimentaw miżuri li jtejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd, jikkontrollaw l-isforz u jevitaw qabdiet mhux mixtieqa u mhux awtorizzati; [Em. 35]

(bc)

jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-aċċess għar-riżorsi assenjati lill-membri tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru …/20XX  (12) ; [Em. 36]

(c)

itejbu l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd tal-membri tagħhom;

(d)

jistabbilixxu s-swieq;

(e)

itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi u jtejbu d-dħul tal-operaturi tas-sajd ; [Em. 37]

(ea)

jiżguraw it-traċċabilità u jtejbu l-aċċess għal informazzjoni ċara u komprensiva sabiex il-konsumaturi jifhmu aħjar l-istejtus ta' konservazzjoni tal-ekosistemi marittimi u tar-riżorsi tas-sajd, kif ukoll jiġu mgħallma dwar il-varjetà wiesgħa ta' speċijiet disponibbli għall-konsum ;[Em. 38]

(eb)

jippromwovu l-użu tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjonijiet tal-Informazzjoni ("TKI") biex jiżguraw ikkummerċjar u prezzijiet ogħla għall-prodotti tas-sajd. [Em. 39]

Artikolu 8

Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd

Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jużaw , inter alia, l-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7: [Em. 41]

(a)

jippjanaw l-attivitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom; jippjanaw il-ġestjoni tal-attivitajiet ta' sajd tal-membri tagħhom, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jtejbu s-selettività tal-attivitajiet ta' sajd u joffru konsulenza lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali tal-pjanijiet ta' ġestjoni msemmija hawn fuq, għal kull Stat Membru; [Em. 42]

(b)

jagħmlu l-aħjar użu ta' qabdiet u jassistu lill-membri tagħhom biex jevitaw u jimminimizzaw il-qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom. billi

jiddisponu minn prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem;

jqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu nħattu l-art li huma konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a);

jiddistribwixxu mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.: [Em. 43 u 44]

(c)

jaġġustaw il-produzzjoni għall-bżonnijiet tas-suq;

(d)

jidderiġu l-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;

(e)

jimmaniġġaw ħżin temporanju ta' prodotti tas-sajd b'konfomità mal-Artikoli 35 u 36;

(f)

jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikun konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(fa)

ittejbu l-kwalità, l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; iwettqu studji biex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni ta' attivitajiet u jingħata appoġġ lil programmi professjonali biex jiġu promossi prodotti ta' sajd sostenibbli; [Em. 46]

(fb)

jibagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni rigward l-istat ta' konservazzjoni tal-ekosistemi marini u tar-riżorsi tal-ħut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-frekwenza, u b-għajnuna ta' mezzi, li jkunu meqjusa adegwati; [Em. 47]

(fc)

jimmaniġġjaw l-opportunitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom fuq bażi kollettiva; [Em. 48]

(fd)

jippromwovu l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti tas-sajd; [Em. 49]

Artikolu 9

Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura

Organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tal-akkwakultura fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.

Artikolu 10

Għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura

L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

(a)

jippromwovu l-attivitajiet vijabbli u ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom , u l-benefiċċji tal-akkwakultura organika billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom; b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (13) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (14), fi ħdan il-qafas legali stabbilit f'kull Stat Membru, jew parti minnu; [Em. 151]

(aa)

jiżguraw li prodotti tal-ikel mill-akkwakultura li joriġinaw mis-sajd, jiġu mis-sajd li jkun immaniġjat b’mod sostenibbli; [Em. 52]

(b)

jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel u , billi jiġu rrispettati l-istandards għoljin tal-kwalità u tas-sikurezza tal-ikel, filwaqt li jikkontribwixxu għall-impjieg f'żoni kostali u rurali; [Em. 53]

(c)

jaċċertaw li l-attivitajiet tal-membri tagħhom huma konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru …/20XX (15);

(d)

itejbu l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-akkwakultura tal-membri tagħhom;

(da)

jistabbilixxu s-swieq; [Em. 54]

(e)

itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi u d-dħul tal-ħaddiema fis-settur filwaqt li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ; [Em. 55]

(ea)

iniedu programmi biex jippromwovu t-tijib kontinwu tal-prodotti u attivitajiet tal-akkwakultura li jkunu favur l-ambjent u sostenibbli, kif ukoll taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet biex jiġi żgurat livell ta' għajxien ġust għal dawk impenjati fl-attivitajiet tal-akkwakultura u jitnaqqas l-impatt negattiv fuq il-katina ta' produzzjoni kollha kemm hi ; [Em. 56]

(eb)

jippromwovu kwalunkwe attivitajiet oħra li huma fl-interess tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u jiżviluppaw jew itejbu l-operat tas-settur sabiex jippermettu li organizzazzjonijiet tal-produtturi jilħqu għanijiet li mhumiex speċifikati f'dan l-Artikolu ;[Em. 57]

(ec)

jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni dwar il-prodotti tal-akkwakultura; [Em. 58]

(ed)

jużaw, kemm jista’ jkun, t-TIK biex jiżguraw li jinkiseb l-aqwa prezz possibbli għall-prodotti; [Em. 59]

Artikolu 11

Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura

Organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu jużaw , fost affarijiet oħra, il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10: [Em. 60]

(a)

jippromwovu akkwakultura responsabbli , estensiva u sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent, saħħa u benessri tal-annimali; [Em. 61]

(aa)

jippjanaw il-ġestjoni tal-attivitajiet tal-akkwakultura tal-membri tagħhom; [Em. 62]

(b)

jaġġustaw il-produzzjoni għall-bżonnijiet tas-suq;

(c)

jidderiġu l-provvista , l-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom; [Em. 63]

(ca)

jimmaniġġjaw ħżin temporanju ta' prodotti tal-akkwakultura b'konfomità mal-Artikoli 35 u 36 ;[Em. 64]

(d)

jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(e)

jiġbru informazzjoni ambjentali u dwar il-prodotti kkumerċjalizzati inkluża informazzjoni ekonomika dwar l-ewwel bejgħ u t-tbassir ta' produzzjoni; [Em. 65]

(ea)

ittejbu l-kwalità, l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; iwettqu studji biex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni ta' attivitajiet u jingħata appoġġ lil programmi professjonali biex jiġu promossi prodotti ta' akkwakultura sostenibbli ;[Em. 66]

(eb)

jippromwovu l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti tal-akkwakultura; [Em. 67]

(ec)

jippromwovu l-prodotti tal-akkwakultura billi jintuża l-potenzjal taċ-ċertifikazzjoni, partikolarment dak tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-merti ta’ sostenibbiltà. [Em. 68]

Artikolu 12

Stabbiliment ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi

1.   Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jew akkwakultura tista' tiġi stabbilita bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed jew aktar.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament applikabbi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom japplikaw għal assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi ħlief jekk indikat mod ieħor.

Artikolu 13

Għanijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi

Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jew l-akkwakultura għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

(a)

iwettqu b'mod iktar sostenibbli u effiċjenti kwalunkwe għan tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri stipulati fl-Artikoli 7 u 10; [Em. 69]

(b)

jikkoordinaw u jiżviluppaw attivitajiet ta' interess komuni għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi membri , inkluża l-kummerċjalizzazzjoni mtejba tal-prodotti għall-konsumatur ; [Em. 70]

(ba)

jikkonformaw mal-miżuri kollha mmirati lejn l-iżgurar ta’ stabbiltà relattiva tal-attivitajiet f’kull Stat Membru għal kull stokk tal-ħut jew żona tas-sajd. [Em. 71]

Artikolu 13a

Il-finanzjament ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.     Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jista’ jikkontribwixxi finanzjarjament lejn l-istabbiliment u/jew l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.     Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 50, waqt li tistabbilixxi regoli ddettaljati li jirrigwardaw appoġġ finanzjarju ta’ dan it-tip. [Em. 72]

Artikolu 14

Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma

Tista' tiġi stabbilita organizzazzjoni interprofessjonali bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' operaturi ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura fi Stat Membru wieħed jew aktar u li hija rikonoxxuta skont it-Taqsima II.

Artikolu 15

Għanijiet ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma

L-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandu jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

(a)

itejbu l-kundizzjonijiet biex prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jkunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(b)

jgħinu biex jikkoordinaw aħjar it-tqegħid fis-suq u d-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni.

Artikolu 16

Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet minn diversi oqsma

Organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jużaw il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 15:

(a)

it-tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(b)

il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju permezz tal-użu tal-potenzjal ta' ċertifikazzjoni, partikularment dak tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet ġeografiċi u merti ta' sostenibbiltà , u filwaqt li jsir provvediment għall-identifikazzjoni ċara tal-prodotti tal-Unjoni f'paragun ma' prodotti importati ;[Em. 73]

(c)

l-istipular ta' regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li huma iktar stretti minn dawk stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d)

it-titjib fil-kwalità, tal-għarfien dwar u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, kif ukoll il-provvista ta' programmi ta' taħriġ vokazzjonali u professjonali biex jiġu mħeġġa u promossi l-kwalità tal-prodott, it-traċċabilità u s-sikurezza tal-ikel u inizjattivi ta' riċerka u żvilupp, [Em. 74]

(e)

it-twettiq ta' riċerka u studji tas-suq, u l-iżvilupp ta' tekniki li jwasslu għall-aqwa livell tal-operat tas-suq, inklużi l-ITK;

(f)

il-forniment ta' informazzjoni u t-twettiq ta' riċerka meħtieġa biex twassal għal provvisti sostenibbli b'ammont, kwalità u prezz skont il-ħtiġijiet tas-suq u l-aspettattivi tal-konsumatur;

(fa)

il-promozzjoni, lill-konsumaturi, tal-ispeċijiet b'valur nutrittiv apprezzabbli li bħalissa mhumiex kummerċjabbli u li jinkisbu minn stokkijiet ta' ħut sani; [Em. 75]

(g)

il-kontroll u, fejn meħtieġ, it-teħid ta' miżuri xierqa biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni minn diversi oqsma;

Taqsima II

Rikonoxximent

Artikolu 17

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi

1.    L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd u l-akkwakultura kull grupp tas-sajd jew l-akkwakultura li japplikaw għal dan ir-rikonoxximent, bil-kundizzjoni li:

(a)

ikun attiv b'mod suffiċjenti ekonomikament fit-territorju tiegħu jew parti minnu, partikularment fir-rigward ta' l-għadd ta' membri u volum ta' produzzjoni kummerċjabbli li jkollhom;

(b)

għandu personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u għandu l-kwartieri ġenerali uffiċjali tiegħu u huwa stabbilit fit-territorju tiegħu;

(c)

huwa kapaċi li jsegwi l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 10;

(d)

huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fil-Kapitolu VI KapitoluV; [Em. 76] u

(e)

jista' ma jkollux pożizzjoni dominanti f’suq partikolari ħlief jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Artikolu 39 tat-Trattat. [Em. 77]

(ea)

jagħtu evidenza tat-trasparenza fir-rigward tad-dettalji tas-sħubija, il-governanza u s-sors tal-finanzjament tagħhom. [Em. 78]

1a.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għar-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi. [Em. 79]

1b.     L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jitqiesu bħala rikonoxxuti skont dan ir-Regolament. [Em. 80]

1c.     Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni rappreżentattiva tas-sajd fuq skala żgħira fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi. [Em. 81]

Artikolu 18

Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma

1.    L-Istati Membri jistgħu, wara li jqisu r-regoli tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk dwar il-kompetizzjoni, jirrikonoxxu bħala organizzazzjoni interprofessjonali, kwalunkwe grupp stabbilit fit-territorju tagħhom li jagħmel applikazzjoni xierqa, bil-kundizzjoni li:

(a)

jirrappreżenta sehem sinifikanti talanqas ta' tnejn mill-attivitajiet li ġejjin f'żona/i partikulari, sehem mill-produzzjoni ,: produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u pproċessar jew ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew prodotti pproċesstati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultra li qed jinqabdu minn bastimenti tal-Unjoni jew qed jiġu akkwakultivati fl-Istati Membri ; [Em. 82]

(b)

mhuwiex huwa nnifsu impenjat f'attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew ta' prodotti pproċessati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

(c)

ikollu personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membri u jkollu l-kwartieri ġenerali uffiċjali tiegħu u huwa stabbilit fit-territorju tiegħu;

(d)

jista' jwettaq l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 15;

(e)

jikkunsidra l-interess tal-konsumaturi; u

(f)

ma jfixkilx t-tħaddim tajjeb tal-OKS.

1a.     Organizzazzjonijiet interprofessjonali eżistenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu wkoll jitqiesu bħala rikonoxxuti, anke jekk stabbiliti b'att eżekuttiv jew bl-użu tal-liġi. [Em. 83]

Artikolu 19

Verifiki u rtirar tar-rikonoxximenti mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki f'intervalli regoli biex jiżguraw jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformawx mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 17 u 18, u għandhom fejn xieraq, jirtiraw ir-rikonoxximent tal-tagħhom. [Em. 84]

Artikolu 20

Organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi fil-livell transnazzjonali

L-Istati Membri li għandhom ċittadini li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi , assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u dawk l-Istati Membri li jospitaw il-kwartieri ġenerali uffiċjali ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti, għandhom jistabbilixxu, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri rilevanti, il-kooperazzjoni ammistrattiva meħtieġa biex ikunu jistgħu jitwettqu l-verifiki fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni konċernata. [Em. 85]

Artikolu 21

Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

Organizzazzjoni tal-produtturi li l-membri tagħha huma ċittadini ta' Stati Membri differenti jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …/20XX (16).

Artikolu 22

Komunikazzjoni lill-Kummissjoni u pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi [Em. 87]

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, b'mezzi elettroniċi, kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat Il-Kummissjoni fil-bidu ta' kull sena għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-sena preċedenti u tal-organizzazzjonijiet li tneħħielhom ir-rikonoxximent matul dik is-sena . [Em. 88]

Artikolu 23

Verifiki mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u tista' għandha meta jkun xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, sabiex tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati fl-Artikoli 17 u 18. [Em. 89]

Artikolu 24

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tistabbilixxi regoli dwar it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, ir-regoli ta' assoċjazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji li japplikaw għalihom, l-obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar ta' tali regoli, inkluż il-pieni li għandhom jiġu imposti . [Em. 90]

(a)

temenda jew tissupplimenta l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent imsemmija fl-Artikoli 17 u 18. Dawk ir-regoli jistgħu jikkonċernaw it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, ir-regoli ta' assoċjazzjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji, obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar tal-applikazzjoni tar-regoli tagħhom inkluż penali;. [Em. 91]

(b)

jistabbilixxu regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont l-Artikoli 20 u 21. [Em. 92]

Artikolu 25

Atti ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar:

(a)

l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri li l-Istati Membri għandhom japplikaw għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikoli 17 u 18 jew għall-irtirar ta' tali rikonoxximent skont l-Artikolu 19;

(b)

il-format, l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 22.

(ba)

ir-regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20. [Em. 93]

2.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.

Taqsima III

Estensjoni tar-Regoli

Artikolu 26

Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi [Em. 94]

1.   Stat Membru jista' jeżiġi li r-regoli miftiehma f'organizzazzjoni tal-produtturi jew f'assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jsiru vinkolanti għal produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni u li jbiegħu kwalunkwe prodott [kopert minn tali organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi] fiż-żona li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi hija rrapreżentata bil-kundizzjoni li: [Em. 95]

(a)

l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni , inkluż, fejn ikun rilevanti, is-setturi fuq skala żgħira u artiġjanali, fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; [Em. 96]

(b)

ir-regoli li se jiġu estiżi jikkonċernaw waħda jew iktar mill-miżuri għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi stipulati fl-Artikolu 8(a) sa (e).

(ba)

jiġu mħarsa r-regoli li jmexxu l-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi. [Em. 97]

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 65 % 30 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli . [Em. 98]

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 40 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli [Em. 99]

4.   Ir-regoli li se jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri għandhom japplikaw għal perjodu ta' bejn 90 30 jum u 12-il xahar. [Em. 100]

Artikolu 27

Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet minn diversi oqsma

1.   Stat Membru jista' jeżiġi li xi wħud mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prassi ġenerali miftiehma fi ħdan organizzazzjoni interprofessjonali tkun vinkolanti f'żona speċifika jew f'żoni speċifiċi għal operaturi oħra li mhumiex affiljati mal-organizzazzjoni bil-kundizzjoni li:

(a)

l-organizzazzjoni interprofessjonali hija responsabbli għal talanqas 65 % ta' talanqas tnejn minn dawn l-attivitajiet: produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni jew ipproċessar tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona jew iż-żoni kkonċernati ta' Stat Membru, u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; u

(b)

ir-regoli li ser jiġu estiżi għal operaturi oħra jikkonċernaw kwalunkwe miżura għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulata fl-Artikolu 16(a) sa (f) u ma jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħra fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Unjoni.

2.   L-estensjoni tar-regoli għandha tapplika għal mhux iktar minn tliet snin.

Artikolu 28

Responsabbiltà

Meta r-regoli jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri skont l-Artikoli 26 u 27, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li dawk li mhumiex membri għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-organizzazzjoni interprofessjonali l-ekwivalenti tal-kosti kollha, jew parti minnhom, li tħallsu minn membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-estensjoni tar-regoli.

Artikolu 29

Awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma beħsiebhom jiddeċiedu li jagħmlu vinkolanti għall-produtturi jew l-operaturi kollha f’żona speċifika jew f'żoni speċifiċi skont l-Artikoli 26 u 27. [Em. 101]

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza l-estensjoni tar-regoli nnotifikati minn Stat Membru, sakemm:

(a)

id-disposizzjonijiet tal-Artikoli 26 u 27 huma mħarsa;

(b)

hemm konformità mal-Kapitolu VI dwar regoli ta' kompetizzjoni;

(c)

l-estensjoni ma tipperikolax il-kummerċ ħieles; u

(d)

l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE ma jiġux kompromessia.

3.   Fi żmien xahrejn 15-il ġurnata minn meta l-Kummissjoni tirċievi n-notifika, għandha tieħu deċiżjoni tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tar-regoli u għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fil-perjodu ta' xahrejn, 15-il ġurnata , l-estensjoni tar-regoli titqies li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni. [Em. 102]

Artikolu 30

Irtirar ta' awtorizzazzjoni

Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta' estensjoni ta' regoli fil-każ li tistabbilixxi li kwalunkwe rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ma jitħarisx. Il-Kummissjoni għandhom tinforma lill-Istati Membri b'dan.

Artikolu 31

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-format u l-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 29(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.

Taqsima IV

Ippjanar tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 32

Pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni

1.    Skont il-linji gwida irċevuti mill-Kummissjoni, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tissottometti pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jiddiskrivi kif bi ħsiebhom jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 fl-Artikoli 3, 7 u 10 . [Em. 103]

2.   L-Istat Membru għandu japprova l-pjan. Ladarba jiġi approvat, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha immedjatament timplimenta l-pjan.

3.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrevedu l-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u għandhom jibagħtu r-reviżjoni għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.

4.   L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tistabbilixxi rapport annwali tal-attivitajiet tagħha skont il-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, u għandha tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.

5.   L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki biex jiżguraw li kull organizzazzjoni ta' produtturi twettaq l-obbligi previsti f'dan l-Artikolu. Meta Stat Membru jagħmel sejba ta' nonkonformità, dan jista’ jiddeċiedi li jirtira r-rikonoxximent. [Em. 104]

Artikolu 33

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32(1).

Artikolu 34

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli tal-proċedura u l-iskadenzi taż-żmien biex jintbagħtu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-regoli tal-approvazzjoni mill-Istati Membri tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.

Taqsima V

Stabbilizzazzjoni tas-swieq

Artikolu 35

Mekkaniżmu ta' ħżin

L-organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jiffinanzjaw jikkofinanzjaw il-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II, sakemm: [Em. 105]

(a)

il-prodotti jkunu tqiegħdu għall-bejgħ mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, iżda għadu ma nstabx bejgħ tagħhom bil-prezz skattatur imsemmi fl-Artikolu 36;

(b)

il-prodotti jilħqu l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni adottati skont l-Artikolu 39 u huma ta' kwalità adegwata għal konsum mill-bniedem;

(c)

il-prodotti huma stabbilizzati jew proċessati u maħżuna billi jiġu ffriżati, jew abbord bastimenti jew f'faċilitajiet fuq l-art, immellħa, imnixxfa, immarinati, u, fejn rilevanti, mgħollija u pasturizzati. Jistgħu jiġu mqatta' fi fletti jew maqtugħin f'biċċiet, u fejn xieraq, tinqata' rashom, flimkien mal-proċessi msemmija qabel;

(d)

il-prodotti maħżuna jerġgħu jitqiegħdu mill-ġdid fis-suq għal konsum tal-bniedem fi stadju aktar tard; u

(da)

il-perjodu minimu u dak massimu għall-iffinanzjar tal-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għandhom jiġu stipulati b'mod ċar. [Em. 106]

Artikolu 36

Prezzijiet li jiskattaw il-mekkaniżmu tal-ħżin

1.   Qabel il-bidu ta' kull sena, kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' tagħmel individwalment proposta għal prezz li jiskatta l-mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 35 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II , u għall-prodotti tal-akkwakultura . [Em. 107]

2.   Il-prezz skattatur ma jistax jaqbeż it-80 % tal-prezz medju peżat irreġistrat għall-prodott ikkonċernat fiż-żona tal-attività tal-organizzazzjoni tal-produtturi rilevanti matul it-tliet snin li jiġu immedjatament qabel is-sena li għaliha qed jiġi ffissat il-prezz skattatur.

3.   Meta jiġi ffissat il-prezz skattatur, għandhom jitqiesu:

(a)

ix-xejriet fil-produzzjoni u d-domanda;

(b)

l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq;

(c)

il-konverġenza tas-swieq;

(d)

l-introjtu tal-produtturi; u

(e)

l-interessi tal-konsumaturi.

4.   L-Istati Membri, meta jeżaminaw il-proposti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fit-territorju tagħhom, għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet skattaturi li għandhom jiġu applikati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dawn il-prezzijiet għandhom jiġu ffissati abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-prezzijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 37

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-format tan-notifika mill-Istati Membri tal-prezzijiet skattaturi msemmija fl-Artikolu 36(4). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51.

Taqsima VI

Fond Kollettiv

Artikolu 38

Fond Kollettiv

-1.

Il-ħolqien, ir-ristrutturar u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet biex jittejbu l-istandards tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd. [Em. 108]

1.

Kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' toħloq fond kollettiv, li għandu 1. Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jista' jintuża biss biex jiffinanza l-miżuri li ġejjin: [Em. 109]

(a)

il-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni approvati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 32;

(b)

il-mekkaniżmu ta' ħżin stipulat fl-Artikoli 35 u 36.

1a.

Il-finanzjament tal-istrumenti inklużi fl-OKS, inkluż il-Fond Kollettiv, għandu jiġi mwettaq permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, mingħajr preġudizzju għar-rati ta' kofinanzjament stipulati. [Em. 110]

Kapitolu III

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 39

Stabbiliment tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   Jistgħu jiġu stabbiliti standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I , irrispettivament mill-oriġini tagħhom (mill-Unjoni jew importati) intenzjonati għal konsum mill-bniedem. [Em. 111]

2.   Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu relatati partikularment ma':

(a)

daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni li jqisu l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u b'konformità mad-daqsijiet ta' referenza tal-konservazzjoni għall-prodotti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru …/20XX (17); [Em. 112]

(aa)

klassifikazzjoni skont il-kwalità, id-daqs jew il-piż, kif ukoll skont il-preżentazzjoni; [Em. 113]

(b)

speċifikazzjonijiet ta' prodotti fil-landi skont ir-rekwiżiti ta' konservazzjoni u l-obbligi internazzjonali.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (18);

(b)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (19), u

(c)

Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 40

Konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni għal konsum mill-bniedem skont dawk l-istandards. Din ir-regola għandha tapplika wkoll għall-prodotti kollha importati tas-sajd u tal-akkwakultura. [Em. 114]

2.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti soġġetti għal standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni jikkonformawx ma' dawk l-istandards. Il-verifiki jistgħu jitwettqu fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni u waqt it-trasport.

3.   Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jitqassmu bla ħlas lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew karitatevoli stabbiliti fl-Unjoni jew lill-persuni li huma rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala li huma intitolati għall-assistenza pubblika.

Artikolu 40a

Standards tas-saħħa u tal-iġjene

Sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-suq tal-Unjoni, il-prodotti importati għandhom jissodisfaw eżattament l-istess standards tas-saħħa u tal-iġjene bħal dawk mitluba għall-prodotti tal-Unjoni u għandhom ikunu suġġetti għall-istess kontrolli, inkluża t-traċċabilità totali. Ir-rigorożità tal-verifiki mwettqa kemm fil-fruntieri kif ukoll fil-punti ta' oriġini għandha tkun tali li tiggarantixxi l-osservanza xierqa ta' dawn ir-rekwiżiti. [Em. 116]

Artikolu 41

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tiddefinixxi l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(1) fir-rigward ta' kwalità, daqs jew piż, imballaġġ, preżentazzjoni u tikkettar, u, jekk l-esperjenza miksuba fl-użu ta' dawk l-istandards hekk tirrekjedi, li temendahom, filwaqt li tiżgura li l-istandards jiġu definiti b'mod ġust u transparenti.

Kapitolu IV

Informazzjoni għall-konsumatur

Artikolu 42

Informazzjoni obbligatorja

1.   Irrispettivament mill-oriġini ġeografika tagħhom, prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta l-immarkar jew l-ittikkettar xieraq b'indikazzjoni ta' jinkludi t-tagħrif dwar l-ikel mandatorju speċifikat fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi  (20) .

1a.     Il-marka jew it-tikketta għandha tindika wkoll dan li ġej: [Em. 117]

(a)

l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi;

(b)

il-metodu ta' produzzjoni, b'mod partikolari bil-kliem li ġej "… maqbud …" jew "… maqbud f'ilma frisk …" jew "… imrobbi …", inkluż, fil-każ ta' sajd tal-qbid, it-tip ta' rkaptu li jintuża, kif definit fl-Anness XI għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 ;[Em. 167]

(c)

stokkijiet speċifiċi ta' ħut u iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba; [Em. 118]

(d)

Għal prodotti li għandhom jinbiegħu friski id-data tal-qabda tat-tniżżil l-art tal-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura; [Em. 119]

(e)

jekk il-prodott hux frisk jew kienx iddifrostjat. il-kliem "prodott iddifrostjat" għall-prodotti ffriżati li jitqiegħdu direttament għall-bejgħ bħala prodotti friski, kif muri minn gradazzjoni ta’ kontroll tal-kwalità, mingħajr preġudizzju għall-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u l-Artikolu 68 (3) u (4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011; [Em. 120]

2.   Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-partijiet (h) u (i) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, jistgħu jiġu offruti biss għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq b'indikazzjoni ta':

(a)

l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi;

(b)

il-metodu ta' produzzjoni, partikularment bil-kliem li ġej "… maqbud …" jew "… maqbud f'ilma frisk …" jew "… imrobbi …";

(c)

iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba. [Em. 121]

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1a u 2 għandha tintwera b'mod ċar u distint.

4.   Il-paragrafi 1a u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal:

(a)

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (21);

(b)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing [kummerċjalizzazzjoni] tas-sardin ippriservat (22);

(c)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta' marketing [kummerċjalizzazzjoni] komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (23);

(ca)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (24). [Em. 122]

Artikolu 42a

Rappurtar tal-ekotikkettjar

Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni, mill-1 ta' Jannar 2015, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta, għall-istabbiliment ta' skema ta' ekotikketti għall-prodotti tas-sajd għall-Unjoni kollha. Ir-rapport se jeżamina r-rekwiżiti minimi potenzjali għall-kisba ta’ approvazzjoni għall-użu ta’ dawn l-ekotikketti. [Em. 123]

Artikolu 43

Indikazzjoni kummerċjali

Għall-finijiet tal-Artikolu 42(1a)(a), l-Istati Membri għandhom ifasslu u jippubblikaw lista tal-indikazzjonijiet kummerċjali aċċettati fit-territorju tagħhom. Il-lista għandha tindika:

(a)

l-isem xjentifiku għal kull speċi skont is-Sistema ta' Informazzjoni FishBase; [Em. 124]

(b)

l-isem tagħha bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru;

(c)

fejn applikabbli, minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) , kwalunkwe isem jew ismijiet oħra aċċettati jew permessi lokalment jew reġjonalment. [Em. 125]

Artikolu 44

Indikazzjoni taż-żona tal-qabda, tat-trobbija jew tal-produzzjoni tal-kultivazzjoni. [Em. 126]

1.   L-indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni tal-provenjenza tal-prodott, jiġifieri fejn inqabad jew trabba, skont l-Artikolu 42(1a)(c) għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej: [Em. 127]

(a)

fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar,

(i)

l-isem ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO , inklużi l-indikazzjoni ġeografika u kostali tagħhom, espressi f’termini li jifhmu l-konsumaturi ; [Em. 128]

(ii)

dettalji dwar jekk il-prodotti nqabdu fl-ibħra tal-Unjoni jew f’ibħra oħrajn; [Em. 129]

(iii)

dettalji tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabad il-prodotti; [Em. 130]

(b)

fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu, referenza għall-Istat Membru għall-korp tal-ilma tal-oriġini fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-oriġini tal-prodott; [Em. 131]

(c)

fil-każ ta' prodotti tal-akkwakultura, referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih il-prodott jgħaddi mill-aħħar stadju fil-proċess ta' biedja jew jew stadju ta' kultivazzjoni ta' mill-inqas 3 xhur.

2.    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-operaturi jistgħu, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jindikaw żona ta' qbid jew produzzjoni aktar preċiża. [Em. 132]

Artikolu 45

Informazzjoni addizzjonali volontarja

1.   Barra mill-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont l-Artikolu 42, tista' tingħata l-informazzjoni li ġejja fuq bażi volontarja, bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata b’mod ċar u mhux ambigwu : [Em. 133]

(-a)

id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura; [Em. 134]

(a)

informazzjoni dwar l-ambjent;

(b)

informazzjoni dwar kwistjonijiet etiċi jew soċjali;

(c)

informazzjoni dwar tekniki ta' produzzjoni;

(d)

informazzjoni dwar tekniki ta' produzzjoni;

(e)

informazzjoni dwar il-kontenut nutrittiv tal-prodotti;

(ea)

informazzjoni rigward il-port fejn jitniżżel il-prodott ;[Em. 135]

(eb)

id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew il-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura li għalihom m'hemmx ħtieġa li tintwera din l-informazzjoni skont l-Artikolu 42. [Em. 136]

2.   L-informazzjoni volontarja m'għandhiex tintwera għad-detriment tal-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja fuq il-marka jew it-tikketta.

2a.     L-informazzjoni volontarja li ma tistax tiġi verifikata ma għandhiex tkun inkluża. [Em. 137]

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni li ġejjin:

(a)

Id-Direttiva 2000/13/KE;

(b)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(c)

Ir-Regolament (KE) 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (25);

(d)

Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006;

(e)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (26), u

(f)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (27).

Artikolu 46

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 50 sabiex

(a)

tissupplimenta jew temenda r-rekwiżiti obbligatorji tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 42(1), 42(2), 43 u 44, filwaqt li tiżgura li l-informazzjoni obbligatorjia tingħata b'mod preċiż u trasparenti;

(b)

tistabbilixxi kriterji minimi għall-informazzjoni volontarja mogħtija mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 45(1), waqt li tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-wiri tal-informazzjoni volontarja huma preċiżi, trasparenti u mhux diskriminatorji. [Em. 138]

Kapitolu V

Regoli dwar il-kompetizzjoni

Artikolu 47

Applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni

L-Artikoli 101 sa 106 TFUE u r-regolamenti jew direttivi xierqa li jagħtuhom effett għandhom japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija fl-Artikoli 101(1) u 102 TFUE jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

Artikolu 48

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti għall-ħżin, it-trattament jew l-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li:

(a)

huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 TFUE,

(b)

ma jimplikaw l-ebda obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi;

(c)

ma jwasslux għal separazzjoni ta' kwalunkwe għamla ta’ swieq fl-Unjoni,

(d)

ma jeskludux il-kompetizzjoni, u

(e)

ma jheddux il-kisba tal-għanijiet tal-Artikolu 39 TFUE.

2.   Minkejja l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali li

(a)

huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 TFUE,

(b)

ma jeżiġu l-ebda obbligu li jiġi applikat prezz fiss;

(c)

ma jwasslux għal separazzjoni ta’ kwalunkwe għamla ta’ swieq tal-Unjoni;

(d)

ma japplikawx kundizzjonijiet mhux simili għal xulxin għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' sħab oħra tal-kummerċ, u b'hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv;

(e)

ma jeliminawx il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati; u

(f)

ma jxekklux il-kompetizzjoni b’mod li huma kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-PKS.

Kapitolu VI

Intelliġenza dwar is-Suq

Artikolu 49

Intelliġenza dwar is-Suq

1.   Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tiġbor, tanalizza u tqassam għarfien u fehim ekonomiku tas-suq tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista, waqt li tqis il-kuntest internazzjonali; tipprovdi appoġġ finanzjarju u prattiku lil organizzazzjonijiet tal-produtturi biex tgħinhom joħolqu bażijiet tad-data u swieq elettroniċi fuq skala nazzjonali għal koordinament tal-informazzjoni aħjar bejn l-operaturi u dawk li jipproċessaw fis-swieq; [Em. 139]

(b)

tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq, u tippubblika r-riżultati ta' dawn l-inkjesti u l-analiżi ; [Em. 140]

(c)

tipprovdi studji ad hoc u metodoloġija għal stħarriġ dwar il-formazzjoni tal-prezzijiet.

(ca)

timpenja ruħha biex tippjana kampanja madwar l-Unjoni sabiex tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji tal-varjetà kbira ta’ speċijiet tal-ħut li jitniżżel fil-portijiet madwar l-Unjonij, biex tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni bil-perjodi differenti meta ċerti speċijiet ikunu fl-istaġun tagħhom, flimkien ma' kampanji promozzjonali li jirrigwardaw l-intruduzzjoni tal-miżuri tal-ittikkettar il-ġodda; [Em. 141]

(cb)

timpenja ruħha wkoll biex fl-iskejjel primarji u sekondarji madwar l-Unjoni, il-kampanji tal-informazzjoni jitwettqu sabiex ċittadini iżgħar u l-għalliema tagħhom ikunu konxji dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-ħut, u dwar il-varjetà enormi ta’ speċijiet ta’ ħut li hi disponibbli għall-konsum; [Em. 142]

2.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dawn il-miżuri:

(a)

il-faċilitazzjoni ta' aċċess għal dejta disponibbli dwar prodotti tas-sajd u l-akkwakultura miġbura skont l-atti legali tal-Unjoni;

(b)

li tagħmel l-informazzjoni adegwata dwar is-suq disponibbli fil-livell adegwat għal partijiet għall-partijiet interessati kollha, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' din l-informazzjoni għall-konsumaturi b'mod aċċessibbli u li jinftiehem. [Em. 143]

3.   L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet proċedurali

Artikolu 50

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 13a, 24, 33 u 41 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn […] (28).

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 13a, 24, 33 u 41 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta; kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 13a, 24, 33 u 41 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 51

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 52

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006, għandhom jiżdiedu l-kliem li ġejjin:

"u r-Regolament (UE) Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' … dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (29)  (30).

Artikolu 52a

Miżuri transizzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u l-ippakkjar tagħhom, immarkat jew ittikkettat qabel … (31) jistgħu jiġu kkumerċjalizzati u jinbiegħu sakemm jispiċċaw l-istokkijiet li jkun fadal. [Em. 144]

Artikolu 53

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 huwa b'dan irrevokat. Madankollu l-Artikoli 9, 10, 11, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 34, 35, 36, 37, 38 u 39 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2013.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness III.

Artikolu 54

Reviżjoni

Il-Kummmissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolalment qabel tmiem l-2022 l-2019 .[Em. 145]

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013 , bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32, 35 u 36, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 2014 . L-informazzjoni tal-konsumatur stipulata fl-Artikolu 42 għandha tapplika skont id-data tad-dħul fis-seħħ stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. [Em. 146]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 183.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 20.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012.

(4)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(5)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.

(6)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(7)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(8)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(9)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(10)   ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.

(11)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(12)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(13)   ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(14)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(15)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(16)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(17)  In-numru, d-data u r-referenza tal-ĠU tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2011/0195(COD)).

(18)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(19)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(20)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(21)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(22)  ĠU L 212, 22.07.1989, p. 79.

(23)  ĠU L 163, 17.06.1992, p. 1.

(24)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(25)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(26)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(27)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(28)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament presenti.

(29)  ĠU …".

(30)  

+

In-numru u d-data ta' dan ir-Regolament.

(31)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
ANNESS I

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

(a)

0301

Ħut ħaj

0302

Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' titlu 0304

0303

Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304

0304

Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat

(b)

0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub ta' ħut, tajbin għal konsum uman

(c)

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfa, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għal konsum uman

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman

(d)

 

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman:

 

Oħrajn

 

Prodotti ta' ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn; annimali mejta tal-Kapitolu 3:

0511 91 10

Skart tal-ħut

0511 91 90

Oħrajn

(e)

1212 20 00

Alka tal-baħar u alki oħrajn

(f)

 

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament:

1504 10

Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom

1504 20

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied

(g)

1603 00

Estratti u sugu ta’ laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

(h)

1604

Ħut preparat jew preservat; kavjar jew sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut

(i)

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati

(j)

 

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le

1902 20

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le:

1902 20 10

Li fih iktar minn 20 % tal-piż ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

(k)

 

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, tal-ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, mhux tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves):

2301 20 00

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

(l)

 

Preparazzjonijiet ta’ tip użati għall-għalf tal-annimali

2309 90

Oħrajn:

ex 2309 90 10

Materjali li jinħallu ta’ ħut

smida tal-ħut,

tonn maħsub għall-ipproċessar,

speċijiet tal-akkwakultura mniżżla fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

l-ispeċijiet Sprattus sprattus u Coryphaena hippurus [Em. 147]

L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
ANNESS II

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

0302 22 00

Barbun tat-tbajja’ (Pleonectes platessa)

ex 0302 29 90

Dab (Limanda limanda)

0302 29 10

Megrim (Lepidorhombus spp.)

ex 0302 29 90

Barbun (Platichthys flesus)

0302 31 10

kif ukoll

0302 31 90

Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga)

ex 0302 40

Arringa tal-ispeċi Clupea harengus

0302 50 10

Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua

0302 61 10

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

0302 62 00

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

0302 63 00

Pollakju (saithe) (Pollachius virens)

ex 0302 64

Kavalli tal-ispeċijiet Scomber scombrus u Scomber japonicus

0302 65 20

kif ukoll

0302 65 50

Mazzola (Squalus acanthias u Scyliorhinus spp)

0302 69 31

kif ukoll

0302 69 33

Redfish (Sebastes spp.)

0302 69 41

Merlangu (Merlangius merlangus)

0302 69 45

Lipp (Molva spp.)

0302 69 55

Inċova (Engraulis spp.)

ex 0302 69 68

Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius

0302 69 81

Xkatlu komuni (Lophius spp.)

0302 69 99

Rebekkin skur (Raja spp, Amblyraja spp u Leucoraja spp)

0302 84 10

Spnott Ewropew (Dicentrarchus labrax) [Em. 148]

ex 0307 41 10

Siċċ (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)

ex 0306 23 10

ex 0306 23 31

ex 0306 23 39

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis)

0302 23 00

Lingwata (Solea spp.)

0306 24 30

Granċijiet li jittieklu (Cancer pagurus)

0306 29 30

Ksampu (Nephrops norvegicus)

0303 31 10

Ħalibatt miż-żgħir jew tal-Groenlandja (Reinhardtius hipoglossoides)

0303 78 11

0303 78 12

0303 78 13

0303 78 19

kif ukoll

0303 29 55

0304 29 56

0304 29 58

Marlozz tal-ġeneru Merluccius

0303 79 71

Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.)

0303 61 00

0304 21 00

0304 91 00

Pixxispad (Xiphias Gladius)

0306 13 40

0306 13 50

ex 0306 13 80

Gambli tal-familja Penaeidae

0307 49 18

0307 49 01

Siċċ tal-ispeċijiet Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti

0307 49 31

0307 49 33

0307 49 35

kif ukoll

0307 49 38

Klamari (Loligo spp.)

0307 49 51

Klamari (Ommastrephes sagittatus)

0307 59 10

Qarnit (Octopus spp.)

0307 99 11

Illex spp.

0303 41 10

Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga)

0302 32 10

0303 42 12

0303 42 18

0303 42 42

0303 42 48

Tonna safra(Thunnus albacares)

0302 33 10

0303 43 10

Palamit jew plamtu bl-istrixxi fuq iż-żaqq (Katsuwomus pelamis)

0303 45 10

Tonn (Thunnus thynnus)

0302 39 10

0302 69 21

0303 49 30

0303 79 20

Speċijiet oħra tal-ġeneri Thunnus u Euthynnus

ex 0302 29 90

Lemon sole (Microstomus kitt)

0302 35 10

kif ukoll

0302 35 90

Tonn tax-xewka kaħla (Thunnus thynnus)

ex 0302 69 51

Pollakkju (Pollachius pollachius)

0302 69 75

Pixxiluna (Brama spp.)

ex 0302 69 82

Stokkafixx (Micromesistius poutassou jew Gadus poutassou)

ex 0302 69 99

Pout (Trisopterus luscus) u mankana (Trisopterus minutus)

ex 0302 69 99

Vopi (Boops boops)

ex 0302 69 99

Arżnell (Spicara smaris)

ex 0302 69 99

Gringu (Conger conger)

ex 0302 69 99

Gallina (Trigla spp.)

ex 0302 69 91

ex 0302 69 99

Sawrell (Trachurus spp.)

ex 0302 69 99

Mulett (Mugil spp.)

ex 0302 69 99

kif ukoll

ex 0304 19 99

Rebekkin skur (Raja spp.)

ex 0302 69 99

Xabla (Lepidopus caudatus u Aphanopus carbo)

ex 0307 21 00

Moxt il-baħar komuni (Pecten maximus)

0307 31 10

Mollusk Ewropew (Mytilus spp.) [Em. 150]

ex 0307 91 00

Bronja komuni (Buccinum undatum)

ex 0302 69 99

Trilja tal-faxxi jew bla faxxi (Mullus surmuletus, Mullus barbatus)

ex 0302 69 99

Tannuta (Spondyliosoma cantharus)

Pixxitrombetta (Caproidae)

Laċċa kaħla (Sprattus Sprattus)

Barbun imperjali (Psetta Maxima)

Spnott (Dicentrarchus Labrax)

Arġentina (Argentina Silus)

Għaġuża (Maja Brachydactela)

Awwista (Homarus Gammarus) [Em. 149]

L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikoli 1, 2, 3, 4, 5

Artikoli 2, 3

Artikoli 39, 40, 41

Artikolu 4

Artikoli 42, 43, 44, 45, 46

Artikolu 5(1)

Artikoli 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13

Artikoli 5(2), 5(3), 5(4), 6

Artikoli 17, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25

Artikolu 7

Artikoli 26, 28, 29, 30, 31

Artikolu 8

Artikoli 9, 10, 11, 12

Artikoli 32, 33, 34, 38

Artikolu 13

Artikoli 14, 15, 16, 18, 19, 20, 22, 23, 24, 25

Artikolu 14

Artikolu 48(2)

Artikolu 15

Artikolu 27

Artikolu 16

Artikoli 28, 29, 30, 31

Artikoli 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27

Artikoli 35, 36, 37, 38

Artikoli 28, 29, 30, 31, 32, 33

Artikolu 34

Artikoli 22, 25, 37

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikoli 50, 51

Artikoli 38, 39

Artikolu 51

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 54

Artikolu 42

Artikoli 52, 53

Artikolu 43

Artikolu 55

Artikolu 47

Artikolu 48(1)

Artikolu 49


Top