This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0772
Commisson Implementing Regulation (EU) 2019/772 of 16 May 2019 amending Regulation (EU) No 1300/2014 as regards inventory of assets with a view to identifying barriers to accessibility, providing information to users and monitoring and evaluating progress on accessibility (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU L 139I, 27.5.2019, pp. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 139/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/772
tas-16 ta' Mejju 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (2), il-Kapitolu 7 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 għandu jiġi emendat biex jiġu speċifikati l-karatteristiċi tal-inventarju tal-assi, inkluż il-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod operattiv, ir-regoli għall-input u l-konsultazzjoni tad-data, u r-regoli għall-awtovalutazzjoni u għall-ħatra tal-entitajiet responsabbli għall-provvediment tad-data. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, ġie stabbilit grupp ta' ħidma biex jagħmel proposta għal rakkomandazzjoni dwar l-istruttura u l-kontenut minimu tad-data li trid tinġabar għall-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà. Dak il-grupp ta' ħidma lesta ħidmitu f'Mejju 2017, u minħabba f'hekk, l-Aġenzija ffinalizzat ir-rakkomandazzjoni ERA-REC-128 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1300/2014. |
|
(3) |
L-Inventarju tal-Assi hu għodda statika li tindika l-eżistenza tat-tagħmir u għalhekk mhix maħsuba biex tipprovdi informazzjoni dwar l-istatus u l-funzjonament tat-tagħmir. |
|
(4) |
Meta stazzjon jew elementi tiegħu jsirilhom aġġornament, tiġdid jew xi xogħol previst minn pjan ta' implimentazzjoni nazzjonali b'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014, jenħtieġ tinġabar l-informazzjoni dwar il-konformità ta' dak ix-xogħol mar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 tal-istazzjon, jew tal-elementi tiegħu. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/797. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Wara l-Artikolu 7 jiddaħħal dan l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju ta' data tal-aċċessibbiltà 1. Fi żmien disa' xhur wara s-16 ta' Ġunju 2019, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi liema entitajiet huma responsabbli għall-ġbir, iż-żamma u l-iskambju tad-data tal-aċċessibbiltà. 2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal estensjoni tal-limitu taż-żmien. Din l-estensjoni għandha tkun eċċezzjonali, ġustifikata u limitata fiż-żmien. B'mod partikolari, din titqies ġustifikata jekk l-għodda tal-ġbir tad-data u l-modi moperattivi stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma jsirux disponibbli u operazzjonali għalkollox mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tiegħu. 3. Għal kull stazzjon, għandu jkun hemm entità responsabbli għall-iskambju tad-data tal-aċċessibbiltà. 4. Il-ġbir u l-konverżjoni tad-data għandhom jiġu ffinalizzati fi żmien 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. 5. Sakemm l-arkitettura għall-iskambju tad-data deskritta fit-taqsimiet 7.2, 7.3 u 7.4 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (*1) tkun operattiva għalkollox, l-iskambju tad-data tal-aċċessibbiltà għandu jikkonsisti minn trasferiment ta' dik id-data lejn il-Bażi tad-Data tal-Aċċessibbiltà tal-Istazzjonijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERSAD) ospitata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. (*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).” " |
|
(2) |
l-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Kapitolu 2, it-Taqsima 2.3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel sentenza: “ Data tal-aċċessibbiltà Id-data tal-aċċessibbiltà tikkonsisti mill-informazzjoni relatata mal-aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet ferrovjarji tal-passiġġieri li jeħtieġ tinġabar, tinżamm u tiġi skambjata, jiġifieri, li tagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi u tat-tagħmir tal-istazzjonijiet ferrovjarji tal-passiġġieri. Meta rilevanti, din id-deskrizzjoni tiġi kkumplimentata bl-informazzjoni rigward l-istat ta' konformità tal-istazzjonijiet ma' din it-TSI.” |
|
(2) |
Fil-Kapitolu 7, it-Taqsima 7.2, is-Subtaqsima 7.2.1, jiddaħħlu dawn is-subtaqsimiet li ġejjin: “7.2.1.1. 7.2.1.1.1. L-arkitettura funzjonali u teknika Il-funzjonijiet tal-inventarju tal-assi huma li:
L-arkitettura għall-iskambju tad-data tal-aċċessibbiltà hija prevista fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 (TSI tat-TAP). L-istandards li ġejjin għandhom japplikaw għall-format u l-iskambju tad-data tal-aċċessibbiltà:
Għall-użu partikolari maħsub, profil transmudell speċifiku armonizzat kif previst fid-dokumenti tekniċi msemmija għall-Appendiċi O, l-indiċi 1. 7.2.1.1.2. Regoli għall-input u l-awtovalutazzjoni tad-data tal-aċċessibbiltà Ir-regoli għall-input u l-awtovalutazzjoni tad-data tal-aċċessibbiltà għandhom ikunu kif ġej:
L-għodda għall-ġbir tad-data, li l-modi operattivi tagħha huma deskritti fid-dokumenti tekniċi msemmija fl-Appendiċi O, l-indiċi 2, għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni. Inkella, meta tkun teżisti data strutturata tal-aċċessibbiltà u tkun tista' tiġi konvertita għal profil armonizzat, dik id-data tista' tiġi trasferita wara l-konverżjoni. Il-metodoloġija għall-konverżjoni tad-data tal-aċċessibbiltà eżistenti u l-protokoll ta' komunikazzjoni huma previsti fid-dokumenti tekniċi msemmija fl-Appendiċi O, l-indiċi 3. 7.2.1.1.3. Regoli għall-konsultazzjoni Mill-ERSAD:
Il-bażi tad-data tal-ERSAD ospitata mill-Aġenzija ma għandhiex tkun konnessa ma' bażi(jiet) tad-data oħra. 7.2.1.1.4. Regoli għall-ġestjoni ta' rispons tal-utenti Ir-rispons tal-utenti jista' jkollu l-għamla ta':
Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, ir-rispons tal-utenti għandu jitqies kif xieraq mill-entità(jiet) responsabbli għall-ġbir, iż-żamma u l-iskambju tad-data. (*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 1).” " |
|
(3) |
Jiżdied dan l-Appendiċi li ġej: “Appendiċi O Lista ta' dokumenti tekniċi
|
(*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 1).” ”