EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2235

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2235 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

ĠU L 317, 3.12.2015, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2235/oj

3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2235

tat-2 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż.

(2)

L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni mill-1 sal-10 ta' Novembru, jekk, wara l-perjodu ta' tressiq ta' applikazzjonijiet ta' liċenzji kif imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dak l-Artikolu, tibqa' disponibbli kwalunkwe kwantità taħt il-kwota.

(3)

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/987 (3) jispeċifika li l-kwantità totali li jifdal għas-sena ta' kwota 2015/2016 hija ta' 3 843 tunnellati.

(4)

L-applikazzjonijiet imressqa bejn l-1 u l-10 ta' Novembru 2015 għall-perjodu li jifdal tas-sena ta' kwota kurrenti 2015/2016 jkopru kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli. B'riżultat ta' dan, jixraq, skont ir-raba' subparagafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, li tiġi prevista l-allokazzjoni tal-kwantità li jifdal. Il-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni għal dik il-kwantità li jifdal għandu jkun soġġett li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata bil-kwantità supplimentari aċċettata mill-operatur ikkonċernat u li ssir garanzija min-naħa tal-operaturi interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' esportazzjoni mressqa mill-1 sal-10 ta' Novembru 2015 għall-perjodu li jifdal tas-sena ta' kwota kurrenti 2015/2016 se jiġu aċċettati.

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 1,175948.

Il-liċenzji ta' esportazzjoni għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet li tkun saret l-applikazzjoni għalihom u li jkunu allokati skont il-koeffiċjent stabbilit fit-tieni paragrafu, għandhom jinħarġu wara l-aċċettazzjoni min-naħa tal-operatur fi żmien ġimgħa mid-data ta' applikazzjoni tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u suġġett li ssir il-garanzija korrispondenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas- 27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/987 tal-24 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 51).


Top