Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1132

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1132 tat-8 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni soġġetti għal restrizzjonijiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/3648

    ĠU L 149, 9.6.2023, p. 49–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1132/oj

    9.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/49


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1132

    tat-8 ta’ Ġunju 2023

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni soġġetti għal restrizzjonijiet

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu għall-forniment lill-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u elenkati fl-Appendiċijiet 1 sa 6 ta’ dak l-Anness, u ta’ taħlitiet li jkun fihom sustanzi bħal dawn f’konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk speċifikati.

    (2)

    Is-sustanzi kklassifikati bħala CMR huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (3)

    L-Appendiċijiet 2 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jirriflettu l-klassifikazzjoni l-ġdida tas-sustanzi bħala CMR fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (3). Għalhekk jixraq li s-sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A jew 1B li għadhom kif ġew ikklassifikati jiddaħħlu fl-Appendiċijiet 2 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (4)

    Il-klassifikazzjoni l-ġdida tas-sustanzi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 se tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2023. Għalhekk, ir-restrizzjoni introdotta b’dan ir-Regolament fir-rigward tas-sustanzi kklassifikati bir-Regolament (UE) 2022/692 bħala CMR tal-kategorija 1 A jew 1B jenħtieġ li tapplika mill-istess data. Id-data tal-applikazzjoni ma tipprevjenix lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B elenkati fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2022/692 iktar kmieni.

    (5)

    Għadd ta’ entrati fi grupp huma inklużi fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. F’ċerti każijiet, hemm rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni għal sustanzi speċifiċi li jkunu koperti bl-entrata għal grupp. F’dawn il-każijiet entrata speċifika tiġi inkluża fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza u l-entrata għal grupp f’dak ir-Regolament imbagħad tiġi annotata bil-frażi “minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness”. Għalhekk, l-inkorporazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Appendiċijiet 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jeħtieġ li tirrifletti dik l-annotazzjoni li tirreferi għall-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Madankollu, it-test fl-entrati bin-numri tal-indiċi 033-005-00-1, 050-008-00-3, 082-001-00-6, 609-026-00-2 u 650-017-00-8 jidher li jirreferi għal Anness tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minflok l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk l-entrati jiġu adattati skont dan.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punti (2) u (5) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 129, 3.5.2022, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Appendiċi 1, l-entrata bin-numru tal-indiċi 033-005-00-1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Sustanzi

    Nru tal-Indiċi

    Nru tal-KE

    Nru CAS

    Noti

    “Aċidu arseniku u l-imlieħ tiegħu, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    033-005-00-1

    -

    -

    A”

    (2)

    fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

    Sustanzi

    Nru tal-Indiċi

    Nru tal-KE

    Nru CAS

    Noti

    “Pentaossidu tad-divanadju; pentossidu tal-vanadju

    023-001-00-8

    215-239-8

    1314-62-1”

     

    “Kumen

    601-024-00-X

    202-704-5

    98-82-8”

     

    “2,2-dimetilpropan-1-o1, derivattiv tat-tribromo; 3-bromo-2,2-bis(bromometil)propan-1-o1

    603-243-00-6

    253-057-0

    36483-57-5; 1522-92-5”

     

    “Benżofenon

    606-153-00-5

    204-337-6

    119-61-9”

     

    (3)

    fl-Appendiċi 2, l-entrata bin-numru tal-indiċi 650-017-00-8 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Sustanzi

    Nru tal-Indiċi

    Nru tal-KE

    Nru CAS

    Noti

    “Fibri taċ-Ċeramika Rifrattarji, Fibri bi Skop Speċjali, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008; [Fibri (tas-silikat) tal-ħġieġ magħmulin mill-bniedem b’orjentazzjoni aleatorja b’kontenut ta’ ossidu alkalin u ossidu tal-ert alkalin (Na2O+K2O+CaO+MgO+BaO) ta’ 18 % jew inqas skont il-piż]

    650-017-00-8

    -

    -

    A, R”

    (4)

    fl-Appendiċi 5, l-entrata bin-numru tal-indiċi 082-001-00-6 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Sustanzi

    Nru tal-Indiċi

    Nru tal-KE

    Nru CAS

    Noti

    “Komposti taċ-ċomb, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    082-001-00-6

    -

    -

    A”

    (5)

    fl-Appendiċi 6, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

    Sustanzi

    Nru tal-Indiċi

    Nru tal-KE

    Nru CAS

    Noti

    “Bromur tal-ammonju

    035-005-00-7

    235-183-8

    12124-97-9”

     

    “Dibutilin bis(2-etileżanoat)

    050-032-00-4

    220-481-2

    2781-10-4”

     

    “Di(aċetat) tad-dibutiltin

    050-033-00-X

    213-928-8

    1067-33-0”

     

    “Tellurju

    052-001-00-0

    236-813-4

    13494-80-9”

     

    “Diossidu tat-tellurju

    052-002-00-6

    231-193-1

    7446-07-3”

     

    “Tetraossidu tal-barju diboron

    056-005-00-3

    237-222-4

    13701-59-2”

     

    “2-(2-metossietossi)etanol; monometiletere glikol dietileniku

    603-107-00-6

    203-906-6

    111-77-3”

     

    “2,4,6-tri-tert-butilfenol

    604-097-00-6

    211-989-5

    732-26-3”

     

    “4,4’-sulfonildifenol; bisfenol S

    604-098-00-1

    201-250-5

    80-09-1”

     

    “Aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    607-230-00-6

    -

    -”

     

    “Pentapotassju 2,2’,2”,2”’,2”"-(etan-1,2-diilnitrilo)pentaaċetat

    607-734-00-6

    404-290-3

    7216-95-7”

     

    N-karbossimetiliminobis(etilenenitrilo)tetra(aċidu aċetiku)

    607-735-00-1

    200-652-8

    67-43-6”

     

    “Tetraaċetat tal-pentasodju(karbossilatometil)iminobis (etilenenitrilo)

    607-736-00-7

    205-391-3

    140-01-2”

     

    “Aċidu perfluworoettanojku; aċidu tridekafluworoettanojku

    607-761-00-3

    206-798-9

    375-85-9”

     

    “Aċidu eżanojku 6-[C12-18-alkil-(b’fergħat, mhux saturati)-2,5-diossopirrolidin-1-il], sodju u l-imlieħ tal-ammonju tris(2-idrossietil)

    607-763-00-4

    -

    -”

     

    “Aċidu eżanojku 6-[(C10-C13)-alkil-(b’fergħat, mhux saturati)-2,5-diossopirrolidin-1-il]

    607-764-00-X

    -

    2156592-54-8”

     

    “Aċidu eżanojku 6-[C12-18-alkil-(b’fergħat, mhux saturati)-2,5-diossopirrolidin-1-il]

    607-765-00-5

    -

    -”

     

    “Teofillina; 1,3-dimetil-3,7-diidro-1H-purina-2,6-dion

    613-342-00-6

    200-385-7

    58-55-9”

     

    “Triammid fosforiku N-(2-nitrofenil)

    616-238-00-9

    477-690-9

    874819-71-3”

     

    “Massa ta’ reazzjoni ta’ 3-(difluworometil)-1-metil-N-[(1RS,4SR,9RS)-1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-il]pirażol-4-karboksammid u 3-(difluworometil)-1-metil-N-[(1RS,4SR,9SR)-1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-il]pirażol-4-karboksammid [kontenut relattiv > 78 % sin isomeri < 15 % anti isomeri]; isopirażam

    616-240-00-X

    -

    881685-58-1”

     

    (6)

    fl-Appendiċi 6, l-entrati bin-numri tal-indiċi 050-008-00-3 u 609-026-00-2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Sustanzi

    Nru tal-Indiċi

    Nru tal-KE

    Nru CAS

    Noti

    “Komposti tat-tributiltin, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    050-008-00-3

    -

    -”

     

    “Imlieħ u esteri tad-dinoseb, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    609-026-00-2

    -

    -”

     


    Top