Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2279

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2279 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/8238

    ĠU L 328, 12.12.2017, p. 3–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2279/oj

    12.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 328/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2279

    tal-11 ta' Diċembru 2017

    li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 20(2) u 27(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex ikun hemm tikkettar li jagħmel sens, b'ċerti lingwi tal-Unjoni jistgħu jintużaw ċerti espressjonijiet speċifiċi għall-għalf għall-annimali domestiċi. Xi żviluppi ġodda li kien hemm fis-settur tal-għalf għall-annimali domestiċi f'żewġ Stati Membri jissuġġerixxu li ċerti espressjonijiet speċifiċi li jintużaw għall-għalf għall-annimali domestiċi huma adegwati wkoll bil-lingwi ta' dawk l-Istati Membri.

    (2)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Jenħtieġ li t-tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi u l-addittivi tal-għalf fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost jiġu riveduti minħabba l-progress teknoloġiku li sar fl-analitika u l-esperjenzi li nkisbu ta' prattika tajba tal-laboratorju. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Hemm għadd dejjem ikbar ta' awtorizzazzjonijiet tal-addittivi tal-għalf, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistabbilixxu l-kontenut massimu tal-addittivi tal-għalf fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost għal addittivi li għalihom ma kien ġie stabbilit l-ebda valur qabel u awtorizzazzjonijiet oħrajn li stabbilixxew il-kunċett il-ġdid ta' kontenut massimu rrakkomandat għal addittiv fl-għalf komplet. Barra minn hekk, it-teknoloġija tal-manifattura tal-għalf tista' twassal għal tnaqqis fl-għadd ta' addittivi, bħall-vitamini, li jiżdiedu fl-għalf u li jistgħu jkunu preżenti wkoll b'mod naturali fil-prodott aħħari. Fil-prattika dan jista' jwassal għal ambigwità jekk l-operatur ikollu jimmarka l-ammont miżjud fuq it-tikketta, imma l-awtorità ta' kontroll tkun tista' tanalizza u tivverifika biss l-ammont li jkun hemm fil-prodott aħħari. Sabiex jitqiesu dawn l-iżviluppi u jkun żgurat tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkun ibbilanċjat u adegwat u li jkun jagħmel sens, jenħtieġ li l-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġu emendati skont dan.

    (5)

    L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu użu ikbar ta' ikel bħala għalf li m'għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (3) iniżżel it-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel bħala materjali tal-għalf. Madankollu, minħabba li xi kultant il-kwalità tat-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel tista' ma tkunx konformi mar-rekwiżiti għall-għalf, jenħtieġ li t-tikketti tat-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel juru li dawn jistgħu jintużaw bħala għalf biss wara li jiġu pproċessati. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Minħabba li għal raġunijiet ta' sikurezza l-emendi tal-Annessi mhux bil-fors jibdew jiġu applikati minnufih, sabiex ma jkunx hemm tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u sabiex l-operaturi ma jinħolqilhomx piż amministrattiv bla bżonn, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżitorji li jippermettu li jinbidlu bla xkiel it-tikketti.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew ittikkettati qabel l-1 ta' Jannar 2019 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

    2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew ittikkettati qabel l-1 ta' Jannar 2020 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).


    ANNESS

    (1)

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    il-punt 3(b) jinbidel b'dan li ġej:

    “(b)

    fid-deżinjazzjoni tal-għalf għall-annimali domestiċi għandhom jitħallew jintużaw l-espressjonijiet li ġejjin: bil-Bulgaru “храна”; bl-Ispanjol “alimento”; biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “kompletní krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “kompletní krmivo” u d-deżinjazzjoni “doplňková krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “doplňkové krmivo”; bl-Ingliż “pet food”; bit-Taljan “alimento”; bl-Ungeriż “állateledel”; bl-Olandiż “samengesteld voeder”; bil-Pollakk “karma”; bis-Sloven “hrana za hišne živali”; bil-Finlandiż “lemmikkieläinten ruoka”; bl-Estonjan “lemmikloomatoit”; u bil-Kroat “hrana za kućne ljubimce”.”.

    (2)

    L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

    il-Parti A tinbidel b'dan li ġej:

    “Parti A: Tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII

    (1)

    It-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi analitiċi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-valuri stabbiliti fil-punt 2 jiġu adattati kif meħtieġ sabiex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi.

    (2)

    Meta jinstab li materjal tal-għalf jew għalf kompost ikollu kompożizzjoni li tkun tvarja mill-valur mogħti fuq it-tikketta tal-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin:

    Kostitwent

    Kontenut iddikjarat tal-kostitwent

    Tolleranza (1)

     

    [f'perċentwal]

    Inqas mill-valur mogħti fuq it-tikketta

    Iktar mill-valur mogħti fuq it-tikketta

    Ix-xaħam mhux raffinat

    Inqas minn 8

    1

    2

    Minn 8 sa 24

    12,5 %

    25 %

    Iktar minn 24

    3

    6

    Ix-xaħam mhux raffinat għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

    Inqas minn 16

    2

    4

    Minn 16 sa 24

    12,5 %

    25 %

    Iktar minn 24

    3

    6

    Il-proteini mhux raffinati

    Inqas minn 8

    1

    1

    Minn 8 sa 24

    12,5 %

    12,5 %

    Iktar minn 24

    3

    3

    Il-proteini mhux raffinati għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

    Inqas minn 16

    2

    2

    Minn 16 sa 24

    12,5 %

    12,5 %

    Iktar minn 24

    3

    3

    L-irmied mhux raffinat

    Inqas minn 8

    2

    1

    Minn 8 sa 32

    25 %

    12,5 %

    Iktar minn 32

    8

    4

    Il-fibri mhux maħdumin

    Inqas minn 10

    1,75

    1,75

    Minn 10 sa 20

    17,5 %

    17,5 %

    Iktar minn 20

    3.5

    3.5

    Iz-zokkor

    Inqas minn 10

    1,75

    3,5

    Minn 10 sa 20

    17,5 %

    35 %

    Iktar minn 20

    3,5

    7

    Il-lamtu

    Inqas minn 10

    3,5

    3,5

    Minn 10 sa 20

    35 %

    35 %

    Iktar minn 20

    7

    7

    Il-kalċju

    Inqas minn 1

    0,3

    0,6

    Minn 1 sa 5

    30 %

    60 %

    Iktar minn 5

    1,5

    3

    Il-manjeżju

    Inqas minn 1

    0,3

    0,6

    Minn 1 sa 5

    30 %

    60 %

    Iktar minn 5

    1,5

    3

    Is-sodju

    Inqas minn 1

    0,3

    0,6

    Minn 1 sa 5

    30 %

    60 %

    Iktar minn 5

    1,5

    3

    Il-fosfru totali

    Inqas minn 1

    0,3

    0,3

    Minn 1 sa 5

    30 %

    30 %

    Iktar minn 5

    1,5

    1,5

    L-irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku

    Inqas minn 1

    Ma huwa stabbilit l-ebda limitu

    0,3

    Minn 1 sa inqas minn 5

    30 %

    Iktar minn 5

    1,5

    Il-potassju

    Inqas minn 1

    0,2

    0,4

    Minn 1 sa 5

    20 %

    40 %

    Iktar minn 5

    1

    2

    L-umdità

    Inqas minn 2

    Ma huwa stabbilit l-ebda limitu

    0,4

    Minn 2 sa inqas minn 5

    20 %

    Minn 5 sa 12.5

    1

    Iktar minn 12.5

    8 %

    Il-valur tal-enerġija (2)

     

    5 %

    10 %

    Il-valur tal-proteini (2)

     

    10 %

    20 %

    (3)

    L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej:

    ANNESS VI

    Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel

    Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)

    1.

    L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom, man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:

    (a)

    l-addittivi li għalihom ikun ġie stabbilit il-kontenut massimu tal-inqas għal annimal wieħed li jipproduċi l-ikel;

    (b)

    l-addittivi li jidħlu fil-kategoriji tal-“addittivi żootekniċi” u tal-“koċċidjostati u istomonostati”;

    (c)

    l-addittivi li l-kontenut massimu tagħhom jaqbeż dak irrakkomandat fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf.

    Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat.

    L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza.

    2.

    Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”.

    3.

    Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 4 u 6 jistgħu jintużaw it-taqsiriet li ġejjin jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

    Grupp funzjonali

    Isem u deskrizzjoni

    Taqsira tal-isem

    1h

    Sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi: sustanzi li jrażżnu l-assorbiment tar-radjonuklidi jew li jippromwovu l-eskrezzjoni tagħhom

    Kontrolluri tar-radjonuklidi

    1 m

    Sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini: sustanzi li jistgħu jrażżnu jew inaqqsu l-assorbiment tal-mikotossini, jippromwovu l-eskrezzjoni tagħhom jew jibdlu l-mod ta' kif dawn jaġixxu;

    Aġenti riduċenti tal-mikotossini

    1n

    Sustanzi li jtejbu l-kundizzjoni iġjenika: sustanzi jew, meta jkun japplika, mikroorganiżmi li jaffettwaw tajjeb lill-karatteristiċi iġjeniċi tal-għalf billi jnaqqsu kontaminazzjoni mikrobijoloġika speċifika

    Sustanzi li jtejbu l-iġjene

    2b

    Komposti tat-togħma: sustanzi li meta jiddaħħlu fl-għalf iżidulu t-togħma jew jagħmluh ifuħ iktar

    Aromatizzanti

    3a

    Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili

    Vitamini

    3b

    Komposti ta' oligoelementi

    Oligoelementi

    3c

    Amminoaċidi, imlieħ u analogi tagħhom

    Amminoaċidi

    3d

    Urea u d-derivattivi tagħha

    Urea

    4c

    Sustanzi li jaffettwaw tajjeb lill-ambjent

    Sustanzi li jtejbu l-ambjent

    4.

    L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.

    5.

    Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma.

    6.

    L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom.

    7.

    Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, meta fuq it-tikketta jiġi indikat b'mod volontarju addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali, l-ammont miżjud tiegħu għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.

    8.

    Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat.

    9.

    Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat.

    Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)

    1.

    Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, u qabilhom għandu jitniżżel it-titlu “Kostitwenti analitiċi” (3):

    Għalf kompost

    Speċijiet fil-mira

    Kostitwenti analitiċi u l-livelli tagħhom

    L-għalf komplet

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    Il-ħnieżer u t-tjur

    Il-ħnieżer u t-tjur

    Il-proteini mhux raffinati

    Il-fibri mhux maħdumin

    Ix-xaħam mhux raffinat

    L-irmied mhux raffinat

    Il-kalċju

    Is-sodju

    Il-fosfru

    Il-liżina

    Il-metijonina

    L-għalf komplementari - minerali

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    Il-ħnieżer u t-tjur

    Il-ħnieżer u t-tjur

    Ir-ruminanti

    Il-kalċju

    Is-sodju

    Il-fosfru

    Il-liżina

    Il-metijonina

    Il-manjeżju

    L-għalf komplementari - ta' tip ieħor

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    Il-ħnieżer u t-tjur

    Il-ħnieżer u t-tjur

    Ir-ruminanti

    Il-proteini mhux raffinati

    Il-fibri mhux maħdumin

    Ix-xaħam mhux raffinat

    L-irmied mhux raffinat

    Il-kalċju f'livell ta' 5 % jew iktar

    Is-sodju

    Il-fosfru f'livell ta' 2 % jew iktar

    Il-liżina

    Il-metijonina

    Il-manjeżju f'livell ta' 0,5 % jew iktar

    2.

    Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom.

    3.

    Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    ”.

    (4)

    L-Anness VII jinbidel b'dan li ġej:

    ANNESS VII

    Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

    Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)

    1.

    L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom u/jew man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:

    (a)

    l-addittivi li għalihom ikun ġie stabbilit il-kontenut massimu tal-inqas għal annimal wieħed li ma jipproduċix l-ikel;

    (b)

    l-addittivi li jidħlu fil-kategoriji tal-“addittivi żootekniċi” u tal-“koċċidjostati u istomonostati”;

    (c)

    l-addittivi li l-kontenut massimu tagħhom jaqbeż dak irrakkomandat fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf.

    Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat.

    L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza.

    2.

    Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”.

    3.

    Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 5 u 7 jistgħu jintużaw it-taqsiriet mogħtija fit-tabella fil-punt 3 tal-Anness VI jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    4.

    L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.

    5.

    B'deroga mill-punt 1, fil-każ tal-addittivi tal-gruppi funzjonali tal-“preżervattivi”, tal-“antiossidanti”, tal-“koloranti” u tal-“komposti tat-togħma”, irid jiġi indikat biss il-grupp funzjonali kkonċernat. F'dan il-każ, min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-informazzjoni msemmija fil-punti 1 u 2 jekk dan jitlobhielu.

    6.

    Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma.

    7.

    L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom.

    8.

    L-ammont miżjud tal-addittivi tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika, jekk dawn ikunu ġew indikati b'mod volontarju fuq it-tikketta.

    9.

    Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat.

    10.

    Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat.

    Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)

    1.

    Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” (4):

    Għalf kompost

    Speċijiet fil-mira

    Kostitwenti analitiċi

    L-għalf komplet

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-proteini mhux raffinati

    Il-fibri mhux maħdumin

    Ix-xaħam mhux raffinat

    L-irmied mhux raffinat

    L-għalf komplementari - minerali

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    L-ispeċijiet kollha

    Il-kalċju

    Is-sodju

    Il-fosfru

    L-għalf komplementari - ta' tip ieħor

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

    Il-proteini mhux raffinati

    Il-fibri mhux maħdumin

    Ix-xaħam mhux raffinat

    L-irmied mhux raffinat

    2.

    Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom.

    3.

    Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    ”.

    (5)

    L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.

    Il-materjali kkontaminati għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta bħala “għalf b'livell(i) għoli/għoljin wisq ta' … (id-deżinjazzjoni tas-sustanza/i mhux mixtieqa skont l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), li għandu jintuża bħala għalf biss wara li ssirlu diżintossikazzjoni fi stabbilimenti approvati”. It-tali stabbilimenti għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.”;

    (b)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “3.

    Mingħajr preġudizzju għall-punti 1 u 2, l-oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel li jridu jiġu pproċessati qabel ma jkunu jistgħu jintużaw bħala għalf, għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta bħala “oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel li għandhom jintużaw bħala għalf biss wara li jgħaddu minn proċess ta' … (id-deżinjazzjoni tal-proċess ix-xieraq skont il-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013)”.”


    (1)  It-tolleranzi qed jingħataw jew bħala valur perċentwali assolut (li jrid jitnaqqas mill-kontenut iddikjarat jew jiżdied miegħu) jew bħala valur relattiv immarkat bis-sinjal ‘%’ wara l-valur (li għandu jiġi applikat għall-kontenut iddikjarat biex tiġi kkalkulata d-devjazzjoni aċċettabbli).

    (2)  It-tolleranzi japplikaw meta ma tkun ġiet stabbilita l-ebda tolleranza skont metodu tal-UE jew skont metodu nazzjonali uffiċjali fl-Istat Membru li fih l-għalf jitqiegħed fis-suq jew skont metodu li jkun adotta l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (https://standards.cen.eu/dyn/www/f?p=204:32:0::::FSP_ORG_ID,FSP_LANG_ID:6308,25&cs=1C252307F473504B6354F4EE56B99E235).”.

    (3)  Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.

    (4)  Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.


    Top