This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1341
Council Implementing Decision (CFSP) 2017/1341 of 17 July 2017 implementing Decision 2013/255/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1341 tas-17 ta' Lulju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1341 tas-17 ta' Lulju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 185, 18.7.2017, p. 56–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/56 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1341
tas-17 ta' Lulju 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-Reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jiżdiedu 16-il persuna mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“242 |
Samir Dabul (magħruf ukoll bħala Samir Daaboul) |
Data tat-twelid: 4 ta' Settembru 1965 Titlu: Brigadier Ġeneral |
Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi. Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata. |
18.7.2017 |
243. |
Ali Wanus (magħruf ukoll bħala Ali Wannous) () |
Data tat-twelid: 5 ta' Frar 1964 Titlu: Brigadier Ġeneral |
Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi. Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
244. |
Yasin Ahmad Dahi (magħruf ukoll bħala: Yasin Dahi; Yasin Dhahi) () |
Data tat-twelid: 1960 Titlu: Brigadier Ġeneral |
Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal għoli fi ħdan id-Direttorat tal-Intelligence Militari tal-Forzi Armati Sirjani. Eks-kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari 235 f'Damasku u l-Intelligence Militari f'Homs. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili. |
18.7.2017 |
245. |
Muhammad Yousef Hasouri (magħruf ukoll bħala: Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri) () |
Titlu: Brigadier Ġeneral |
Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa għandu l-pożizzjoni ta' Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta' Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni ta' armi kimiċi. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
18.7.2017 |
246. |
Malik Hasan (magħruf ukoll bħala: Malek Hassan) () |
Titlu: Maġġur Ġeneral |
Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tat-22 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana u fil-katina tal-kmand tat-22 Diviżjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tat-22 Diviżjoni, bħall-attakk fuq Talmenas li, kif irrapportat mill-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta' Hama. |
18.7.2017 |
247. |
Jayyiz Rayyan Al-Musa (magħruf ukoll bħala: Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa) () |
Titlu: Maġġur Ġeneral |
Gvernatur ta' Hasaka, maħtur minn Bashar al-Assad; huwa assoċjat ma' Bashar Al-Assad. Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks-Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti. |
18.7.2017 |
248. |
Mayzar 'Abdu Sawan (magħruf ukoll bħala: Meezar Sawan) () |
Titlu: Maġġur Ġeneral |
Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tal-20 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal għoli tal-forza tal-ajru Sirjan huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili inkluż attakki kontra żoni ċivili minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tal-20 Diviżjoni. |
18.7.2017 |
249. |
Isam Zahr Al-Din (magħruf ukoll bħala: Isam Zuhair al-Din; Isam Zohruddin; Issam Zahruddin; Issam Zahreddine; Essam Zahruddin) () |
Titlu: Brigadier Ġeneral |
Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Gwardja Repubblikana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż matul l-assedju ta' Baba Amr fi Frar 2012. |
18.7.2017 |
250. |
Mohammad Safwan Katan (magħruf ukoll bħala: Mohammad Safwan Qattan) () |
|
Mohammad Safwan Katan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Safwan Katan kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
251. |
Mohammad Ziad Ghritawi (magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati) () |
|
Mohammad Ziad Ghritawi huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghritawi kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
252. |
Mohammad Darar Khaludi (magħruf ukoll bħala: Mohammad Darar Khloudi) () |
|
Mohammad Darar Khaludi huwa inġinier fis- Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Darar Khaludi kien magħruf ukoll li kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
253. |
Khaled Sawan () |
|
Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
254. |
Raymond Rizq (magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk) () |
|
Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
255. |
Fawwaz El-Atou (magħruf ukoll bħala: Fawaz Al Atto) () |
|
Fawwaz El-Atou huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Fawwaz El-Atou kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
256. |
Fayez Asi (magħruf ukoll bħala: Fayez al-Asi) () |
|
Fayez Asi huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017 |
257. |
Hala Sirhan (magħruf ukoll bħala: Halah Sirhan) () |
Data tat-twelid: 5 ta' Jannar 1953 Titlu: Dr. |
Dr. Hala Sirhan taħdem mal-Intelligence Militari Sirjana fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Hija operat f'Institute 3000, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi. Hija assoċjata mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. |
18.7.2017” |