Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
Dokument 32015D2238
Council Decision (EU) 2015/2238 of 30 November 2015 appointing a Dutch alternate member of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2238 tat-30 ta' Novembru 2015 li taħtar membru supplenti Netherlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2238 tat-30 ta' Novembru 2015 li taħtar membru supplenti Netherlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 317, 3.12.2015, s. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Inte längre i kraft, Sista giltighetsdag: 25/01/2020
3.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2238
tat-30 ta' Novembru 2015
li taħtar membru supplenti Netherlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Settembru 2015, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573/UE (4), is-Sinjura Nienke HOMAN inħatret membru supplenti sal-25 ta' Jannar 2020. |
(2) |
Wara tmiem il-mandat tas-Sinjura Nienke HOMAN sar vakanti siġġu ta' membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
— |
Mr H. (Henk) STAGHOUWER, Member of the Executive Council of the Province of Groningen. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
É. SCHNEIDER
(1) ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.
(3) ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.
(4) ĠU L 245, 22.9.2015, p. 10