Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0921

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 921/2012 tat- 8 ta’ Ottubru 2012 li jemenda għall-179 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

    ĠU L 274, 9.10.2012, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/921/oj

    9.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 274/20


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 921/2012

    tat-8 ta’ Ottubru 2012

    li jemenda għall-179 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-27 ta' Settembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  OJ L 139, 29.5.2002, p. 9; Edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01, pp. 294 - 307.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

    L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali" titħassar:

    ‘Abdullahi Hussein Kahie. Indirizz: 26 Urtegata Street, Oslo 0187 In-Norveġja. Data tat-twelid: 22.9.1959. Post tat-twelid: Mogadixu, is-Somalja. Nazzjonalità: Norweġiża. Nru tal-passaport: (a) 26941812 (Passaport Norveġiż maħruġ fit-23.11.2008, (b) 27781924 (Passaport Norveġiż maħruġ fil-11.5.2010 validu sal-11.5.2020. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 22095919778. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.11.2001.’


    Top