This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0833
2011/833/EU: Commission Decision of 12 December 2011 on the reuse of Commission documents
2011/833/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni
2011/833/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni
ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Diċembru 2011
dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni
(2011/833/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi viżjoni tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa għas-Seklu 21. Waħda mit-temi prijoritarji f’dan il-kuntest hija “Tkabbir intelliġenti: l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni”. |
(2) |
It-teknoloġiji ġodda tal-informatika u l-komunikazzjoni ħolqu possibbiltajiet bla preċedenti li jinġabar u jintuża flimkien kontenut minn sorsi differenti. |
(3) |
L-informazzjoni tas-settur pubbliku hija sors importanti ta’ tkabbir potenzjali tas-servizzi onlajn innovattivi permezz ta’ prodotti u servizzi ta’ valur miżjud. Il-gvernijiet jistgħu jistimulaw is-swieq tal-kontenut billi jagħmlu l-informazzjoni tas-settur pubbliku disponibbli f’termini ta’ trasparenza, effikaċja u mingħajr diskriminazzjoni. Għal din ir-raġuni, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (1) għażlet l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku bħala wieħed mill-oqsma ewlenin li fih għandha tittieħed azzjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra stess iżommu bosta dokumenti ta’ kull tip li jistgħu jerġgħu jintużaw fi prodotti u servizzi ta’ informazzjoni li jkollhom valur miżjud u li jistgħu jipprovdu riżorsa ta’ kontenut utli kemm għall-kumpaniji u kemm għaċ-ċittadini. |
(5) |
Id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni huwa rregolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2). |
(6) |
Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi regoli minimi dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni Ewropea. Fil-premessi tagħha din id-Direttiva tħeġġeġ lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli minimi u jadottaw politika miftuħa dwar id-dejta biex b’hekk isir użu wiesa’ tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet fis-settur pubbliku. |
(7) |
Il-Kummissjoni tat l-eżempju lill-amministrazzjonijiet pubbliċi billi għamlet statistika, pubblikazzjonijiet u l-korp kollu tal-liġi tal-Unjoni disponibbli onlajn u bla ħlas għall-pubbliku. Din hija bażi tajba biex jiġu żgurati dejjem aktar id-disponibbiltà u l-possibbiltà tal-użu mill-ġdid ta’ dejta fil-pussess tal-istituzzjoni. |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/291/KE, Euratom tas-7 ta’ April 2006 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tal-Kummissjoni (4) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni. |
(9) |
Sabiex is-sistema tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni ssir aktar effikaċi, ir-regoli dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni għandhom jiġu adattati bil-ħsieb li l-użu mill-ġdid ta’ dawn id-dokumenti jsir aktar mifrux. |
(10) |
Għandu jinħoloq portal tad-dejta bħala punt uniku ta’ aċċess għal dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Barra minn hekk, ikun xieraq li fid-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid tiddaħħal l-informazzjoni dwar ir-riċerka li ssir miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC – Joint Research Council). Għandha tiġi adottata dispożizzjoni biex titqies il-bidla għal formati leġibbli mekkanikament. Żvilupp pożittiv importanti fir-rigward tad-Deċiżjoni 2006/291/KE, Euratom huwa dak li d-dokumenti tal-Kummissjoni jsiru disponibbli b’mod ġenerali għall-użu mill-ġdid mingħajr il-ħtieġa li jsiru talbiet individwali, anzi permezz ta’ liċenzji miftuħa ta’ użu mill-ġdid u jew ta’ sempliċi klawżoli ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2006/291/KE, Euratom għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Politika miftuħa dwar l-użu mill-ġdid fil-Kummissjoni tkun ta’ appoġġ għal attività ekonomika ġdida, twassal għal użu usa’ u aktar mifrux tal-informazzjoni tal-Unjoni, issaħħaħ l-immaġni ta’ ftuħ u trasparenza tal-Istituzzjonijiet, u tevita piż amministrattiv bla bżonn kemm għall-utenti u kemm għas-servizzi tal-Kummissjoni. Fl-2012, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tivverifika, flimkien ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u ma’ Aġenziji importanti, il-limitu safejn jistgħu jadottaw ir-regoli tagħhom stess dwar l-użu mill-ġdid. |
(13) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata u applikata b’konformità sħiħa mal-prinċipji relatati mal-protezzjoni ta’ dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (5). |
(14) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal dokumenti li l-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom, eż. minħabba d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi jew fejn id-dokumenti ġew minn Istituzzjonijiet oħra, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni jew miżmuma f’isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) bil-għan li jkun aktar faċli li l-informazzjoni tintuża mill-ġdid b’mod usa’, tissaħħaħ l-immaġni ta’ ftuħ tal-Kummissjoni, u jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn kemm għall-utenti u kemm għas-servizzi tal-Kummissjoni.
Artikolu 2
Ambitu
1. Din id-Deċiżjoni tapplika għal dokumenti pubbliċi li jsiru mill-Kummissjoni jew minn entitajiet pubbliċi u privati f’isimha:
(a) |
li ġew ippubblikati mill-Kummissjoni jew mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet f’isimha permezz ta’ pubblikazzjonijiet, siti fuq l-Internet jew għodod ta’ komunikazzjoni oħrajn, jew |
(b) |
li ma ġewx ippubblikati għal raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet prattiċi oħra, bħal studji, rapporti u dejta oħra. |
2. Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika:
(a) |
għal softwer jew dokumenti koperti bi drittijiet ta’ proprjetà industrijali bħal privattivi, trademarks, disinni, logos u ismijiet irreġistrati; |
(b) |
għal dokumenti li l-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom minħabba d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi; |
(c) |
għal dokumenti li skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mhumiex aċċessibbli jew isiru aċċessibbli biss lil parti skont regoli speċifiċi li jirregolaw l-aċċess privileġġat għad-dokumenti. |
(d) |
għal dejta kunfidenzjali, kif definita fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
(e) |
għal dokumenti li joħorġu minn proġetti ta’ riċerka li jkunu qed isiru mill-istaff tal-Kummissjoni u li ma jkunux ġew ippubblikati jew li mhumiex disponibbli f’database aċċessibbli għall-pubbliku, u li l-użu mill-ġdid tagħhom jista’ jtellef il-konvalidazzjoni ta’ riżultati provviżorji ta’ riċerka jew meta l-użu mill-ġdid jikkostitwixxi raġuni biex tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà industrijali favur il-Kummissjoni. |
3. Din id-Deċiżjoni hija meħuda mingħajr preġudizzju, u bl-ebda mod ma taffettwa, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
4. F’din id-Deċiżjoni ma tissemma’ ebda dispożizzjoni li tawtorizza l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti bil-għan ta’ ingann jew ta’ frodi. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tipproteġi l-interessi u l-immaġni pubblika tal-UE skont ir-regoli applikabbli.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“dokument” tfisser:
|
2. |
“użu mill-ġdid” tfisser l-użu ta’ dokumenti minn persuni jew entitajiet legali għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali li ma jkunux l-iskopijiet inizjali li għalihom ikunu saru d-dokumenti. L-iskambju ta’ dokumenti bejn il-Kummissjoni u entitajiet oħra fis-settur pubbliku li jużaw dawn id-dokumenti purament fit-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom ma jikkostitwixxix użu mill-ġdid; |
3. |
“dejta personali” tfisser dejta kif definita fl-Artikolu 2 (a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001; |
4. |
“liċenzja” tfisser l-għoti ta’ permess għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti b’kundizzjonijiet speċifiċi. “Liċenzja miftuħa” tfisser liċenzja li tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għall-użijiet kollha speċifikati mid-detentur tad-drittijiet f’dikjarazzjoni unilaterali; |
5. |
“leġibbli mekkanikament” tfisser li d-dokumenti diġitali jkunu strutturati biżżejjed tant li d-dikjarazzjonijiet fattwali individwali u l-istruttura interna tagħhom jistgħu jiġu identifikati b’mod affidabbli permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ softwer; |
6. |
“dejta strutturata” tfisser dejta organizzata b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni affidabbli ta’ dikjarazzjonijiet fattwali individwali u tal-komponenti kollha tagħhom, kif jiġri fil-każ ta’ databases u spreadsheets. |
7. |
“portal” tfisser punt uniku ta’ aċċess għal dejta minn sorsi varji tal-Internet. Is-sorsi jiġġeneraw kemm id-dejta kif ukoll il-metadejta relatata. Il-metadejta neċessarja għall-indiċjar tinġabar mill-portal awtomatikament u tiġi integrata kemm ikun meħtieġ biex issostni l-funzjonalitajiet komuni, bħal ma huma l-funzjonalità ta’ tiftix u dik ta’ ħoloq. Il-portal jista jaħżen (cache) ukoll dejta mis-sorsi oriġinali fil-memorja sabiex itejjeb il-prestazzjoni jew sabiex jipprovdi funzjonalitajiet addizzjonali. |
Artikolu 4
Il-prinċipju ġenerali
Id-dokumenti kollha għandom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġdid:
(a) |
għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6; |
(b) |
bla ħlas, soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9; |
(c) |
u mingħajr il-ħtieġa li jsiru talbiet individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 7. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata b’konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, u b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Portal tad-dejta
Il-Kummissjoni għandha toħloq portal tad-dejta bħala punt uniku ta’ aċċess għad-dejta strutturata tagħha, sabiex tiffaċilita l-ħoloq u l-użu mill-ġdid għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.
Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jidentifikaw u jagħmlu disponibbli gradatament id-dejta xierqa li hija fil-pussess tagħhom. Il-portal tad-dejta jista’ jipprovdi aċċess għal dejta ta’ istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni fuq talba tagħhom.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti
1. Id-dokumenti għandhom jitqiegħdu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr il-ħtieġa li jintalbu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, u mingħajr restrizzjonijiet jew, fejn ikun xieraq, permezz ta’ liċenzja miftuħa jew klawżola ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li fiha jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li jispjegaw id-drittijiet tal-utenti mill-ġdid.
2. Dawk il-kundizzjonijiet, li m’għandhomx jillimitaw bla bżonn il-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, jistgħu jinkludu:
(a) |
l-obbligu tal-utent mill-ġdid li jirrikonoxxi s-sors tad-dokumenti; |
(b) |
l-obbligu li ma jbiddlux it-tifsira jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti; |
(c) |
l-assenza ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minħabba l-użu mill-ġdid. |
Fejn ikun meħtieġ li jiġu applikati kundizzjonijiet oħra għal xi tip speċifiku ta’ dokumenti, jiġi kkonsultat il-grupp ta’ interservizzi msemmi fl-Artikolu 12.
Artikolu 7
Talbiet individwali għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti
1. Meta tkun meħtieġa talba individwali għall-użu mill-ġdid, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jindikaw dan b’mod ċar fid-dokument rilevanti jew fin-notifika relatata miegħu u jipprovdu l-indirizz fejn it-talba għandha tiġi ppreżentata.
2. It-talbiet individwali għall-użu mill-ġdid għandhom jiġu trattati mill-ewwel mis-servizz rilevanti tal-Kummissjoni. Għandha tintbagħat ittra ta’ rikonoxximent lill-applikant li t-talba tiegħu ġiet riċevuta. Fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mir-reġistrazzjoni tat-talba, is-servizz tal-Kummissjoni jew l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jew jippermetti l-użu mill-ġdid tad-dokument mitlub u, fejn ikun rilevanti, jipprovdi kopja tad-dokument, jew jindika, permezz ta’ risposta bil-miktub, li t-talba ġiet parzjalment jew totalment miċħuda u jagħti r-raġunijiet.
3. Meta talba għall-użu mill-ġdid ta’ dokument tkun għal dokument twil ħafna, għadd kbir ta’ dokumenti, jew fejn it-talba jkollha tiġi tradotta, it-terminu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2 jista’ jiġi estiż bi 15-il jum ta’ xogħol, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati għall-estensjoni.
4. Meta talba għall-użu mill-ġdid ta’ dokument tiġi miċħuda, is-servizz tal-Kummissjoni jew l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jgħarraf lill-applikant bid-dritt li jieħu azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew li jippreżenta lment mal-Ombudsman Ewropew, skont il-kundizzjonijiet stipulati, rispettivament fl-Artikoli 263 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
5. Meta talba tiġi miċħuda abbażi tal-punt (b) tal-Artikolu 2 (2) ta’ din id-Deċiżjoni, ir-risposta lill-applikant għandha tinkludi referenza għall-persuna naturali jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, jekk tkun magħrufa, jew alternattivament għal-liċenzjatur li mingħandu l-Kummissjoni tkun kisbet il-materjal rilevanti, jekk ikun magħruf.
Artikolu 8
Formati tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid
1. Id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe format jew verżjoni lingwistika eżistenti, u fejn possibbli u xieraq, f’format li jkun leġibbli mekkanikament.
2. Dan ma għandux jimplika xi obbligu li jinħolqu, jiġu adattati jew aġġornati dokumenti biex jikkonformaw mat-talba, u lanqas ma għandu jimplika xi obbligu li jiġu pprovduti estratti minn dokumenti fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi.
3. Din id-Deċiżjoni ma toħloq ebda obbligu fuq il-Kummissjoni li tittraduċi d-dokumenti mitluba f’xi verżjoni lingwistika uffiċjali oħra għajr dawk disponibbli diġà fil-mument tat-talba.
4. Il-Kummissjoni jew l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jistgħux jintalbu jissuktaw bil-produzzjoni ta’ ċertu tipi ta’ dokumenti jew li jżommuhom f’format partikolari bil-għan li jintużaw mill-ġdid minn persuna naturali jew ġuridika.
Artikolu 9
Regoli dwar il-ħlas
1. Fil-prinċipju l-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun bla ħlas.
2. F’każijiet eċċezzjonali, jistgħu jiġu rkuprati l-ispejjeż marġinali li jintefqu biex id-dokumenti jiġu riprodotti u mibgħuta.
3. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tadatta dokument biex tissodisfa talba speċifika, l-ispejjeż involuti biex jiġi adattat id-dokument jistgħu jiġu rkuprati mingħand l-applikant. Il-valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu rkuprati dawn l-ispejjeż għandha tqis l-isforz meħtieġ biex jiġi adattat id-dokument kif ukoll il-vantaġġi potenzjali li l-użu mill-ġdid tiegħu jista’ jġib lill-Unjoni, pereżempju f’termini ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament tal-Unjoni jew f’termini ta’ titjib tal-immaġni tal-Istituzzjoni.
Artikolu 10
Trasparenza
1. Il-kundizzjonijiet u l-ħlasijiet standard applikabbli għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu stabbiliti minn qabel u ppublikati, permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn ikun possibbli u xieraq.
2. It-tfittxija għad-dokumenti għandha titħaffef permezz ta’ arranġamenti prattiċi, bħal listi tal-assi ta’ dokumenti ewlenin disponibbli għall-użu mill-ġdid.
Artikolu 11
Drittijiet esklussivi u mhux diskriminatorji
1. Kwalunkwe kundizzjoni applikabbli għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għandha tkun mhux diskriminatorja għall-kategoriji paragunabbli ta’ użu mill-ġdid.
2. L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għal kwalunkwe attur potenzjali fis-suq. M’għandhomx jingħataw drittijiet esklussivi.
3. Madankollu, fejn dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-provvista ta’ servizz fl-interess pubbliku, il-validità tar-raġuni għall-għoti ta’ dak id-dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal reviżjoni fuq bażi regolari, u għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi riveduta wara tliet snin. Kwalunkwe arranġament esklussiv għandu jkun trasparenti u pubbliku.
4. Drittijiet esklussivi jistgħu jingħataw, għal perjodu limitat, lil pubblikaturi ta’ ġurnali xjentifiċi u akkademiċi għal artikli li jkunu bbażati fuq il-ħidma ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni.
Artikolu 12
Grupp ta’ interservizzi
1. Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ interservizzi, presedut mid-Direttur-Ġenerali responsabbli għal din id-Deċiżjoni, jew mir-rappreżentant tiegħu. Dan il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tad-Direttorati-Ġenerali u tas-Servizzi. Għandu jiddiskuti kwistjonijiet ta’ interess komuni u, kull 12-il xahar, ifassal rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni.
2. Kumitat ta’ tmexxija ppresedut mill-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet u li jkun magħmul mis-Segretarjat Ġenerali, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, id-Direttorat Ġenerali għas-Soċjetà Informatika u l-Mezzi ta’ Komunikazzjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika u minn diversi Direttorati Ġenerali li jirrappreżentaw lill-fornituri tad-dejta għandhom jissorveljaw il-proġett li jwassal għall-implimentazzjoni tal-portal tad-dejta. Fi stadju aktar tard, istituzzjonijiet oħra jistgħu jiġu mistiedna jingħaqdu mal-kumitat.
3. It-termini tal-liċenzja miftuħa msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiġu stabbiliti bi qbil bejn id-Diretturi Ġenerali responsabbli għal din id-Deċiżjoni u għall-implimentazzjoni amministrattiva ta’ deċiżjonijiet relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali fil-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-grupp ta’ interservizzi msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 13
Reviżjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta tliet snin wara li tidħol fis-seħħ.
Artikolu 14
Revoka
Id-Deċiżjoni 2006/291/KE, Euratom hija mħassra.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) COM(2010) 245.
(2) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(3) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.
(4) ĠU L 107, 20.4.2006, p. 38.
(6) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.