This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0141
Commission Regulation (EU) No 141/2013 of 19 February 2013 implementing Regulation (EC) No 1338/2008 of the European Parliament and of the Council on Community statistics on public health and health and safety at work, as regards statistics based on the European Health Interview Survey (EHIS) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad- 19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad- 19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/02/2014
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32013R0141R(01) | (HU) | |||
Modified by | 32014R0068 | Sostituzzjoni | anness II | 17/02/2014 |
20.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2013
tad-19 ta’ Frar 2013
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
(2) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex jispeċifikaw id-dejta u l-metadejta li għandha tiġi pprovduta dwar l-istat tas-saħħa, id-determinanti tas-saħħa u l-kura tas-saħħa koperti mill-Anness I ta’ dak ir-Regolament u biex jistabbilixxu l-perjodi u l-intervalli ta’ referenza biex tiġi pprovduta din id-dejta. |
(3) |
Dik id-dejta tirrappreżenta sett minimu ta’ dejta statistika li għandha tippermetti monitoraġġ aħjar tal-programmi u l-politiki tas-saħħa tal-Unjoni dwar l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien soċjali, l-inugwaljanzi fis-saħħa u t-tixjiħ f’saħħtu. |
(4) |
Id-dejta kunfidenzjali mibgħuta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-Istati Membri għandha tkun ġestita skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità statistika bħalma hu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3). |
(5) |
Saret analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 u din ġiet evalwata skont l-istess artikolu. Din uriet li d-disponibbiltà ta’ dejta komparabbli fl-Unjoni kollha x’aktarx li tkun ta’ benefiċċju kbir għal deċiżjonijiet ta’ politika soċjali u tas-saħħa u għal skopijiet xjentifiċi, bl-użu ta’ għodod komuni li jippermettu l-konsistenza tad-dejta bejn il-pajjiżi, anki jekk il-kosti relatati jkunu jvarjaw skont il-grad ta’ integrazzjoni tal-varjabbli mitluba u l-metodoloġija fi ħdan l-istħarriġiet nazzjonali eżistenti. |
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika Ewropea msejsa fuq l-Istħarriġ Ewropew ta’ Intervisti dwar is-Saħħa (EHIS) għandha tikkonċerna l-istat tas-saħħa, il-kura tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa kif ukoll karatteristiċi soċjodemografiċi tal-popolazzjoni minn 15-il sena ’l fuq.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“unità domestika” tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta’ nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu fil-forniment tal-essenzjali għall-għixien; din id-definizzjoni ma tkoprix l-unitajiet domestiċi kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura jew residenzjali, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, pensjonijiet jew ħostels; |
2. |
“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqattal-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanzi, żjarat lill-ħbieb u lill-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġi reliġjużi; jew, jekk tali dejta ma tkunx disponibbli, il-post tar-residenza legali jew reġistrata. Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti abitwali taż-żona ġeografika kkonċernata:
Meta ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) jew (b) ma jistgħux jiġu stabbiliti, “ir-residenza abitwali” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata; |
3. |
“mikrodejta” tfisser osservazzjonijiet jew miżuri mhux aggregati ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet individwali; |
4. |
“metadejta” tfisser dejta li tiddefinixxi jew tiddeskrivi dejta oħra kif ukoll proċessi statistiċi tan-negozju. |
Artikolu 3
Id-dejta meħtieġa
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-mikrodejta stipulata fl-Anness I lill-Kummissjoni (Eurostat).
2. Il-mikrodejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi nazzjonali tal-probabbiltà.
3. Bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ armonizzazzjoni fir-riżultati tal-istħarriġ li sar madwar il-pajjiżi, il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tipproponi rakkomandazzjonijiet u linji gwida metodoloġiċi u prattiċi għall-kampjunar u għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ fil-forma ta’ “Manwal tal-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta’ Intervisti dwar is-Saħħa” li jinkludi kwestjonarju mudell.
4. Id-daqs tal-kampjun effettiv minimu, ikkalkulat fuq is-suppożizzjoni ta’ kampjunar każwali sempliċi, huwa stipulat fl-Anness II. Il-fatturi tal-ippeżar għandhom jiġu kkalkulati b’tali mod li jqisu l-probabbiltà tal-unitajiet tal-għażla, tan-nuqqas ta’ risposta u, skont kif ikun xieraq, tal-aġġustament tal-kampjun ma’ dejta esterna marbuta mad-distribuzzjoni tal-persuni fil-popolazzjoni fil-mira.
5. Huma esklużi dawk il-partijiet żgħar tat-territorju nazzjonali li jammontaw għal mhux aktar minn 2 % tal-popolazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u t-territorji nazzjonali rispettivi elenkati fl-Anness III.
Artikolu 4
Is-sena ta’ referenza u l-popolazzjoni
1. Is-sena ta’ referenza għandha tkun 2013, 2014 jew 2015
2. Il-popolazzjoni ta’ referenza għandha tkun individwi li għandhom minn 15-il sena ’l fuq li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fil-ħin tal-ġbir tad-data.
3. Il-ġbir tad-dejta għandu jkun mifrux fuq mill-inqas tliet xhur inkluż mill-inqas xahar tal-ħarifa (Settembru-Diċembru).
Artikolu 5
Il-metadejta ta’ referenza
1. Il-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta skont l-istandard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u li dwaru hemm qbil mal-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din il-metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn xahrejn wara t-trażmissjoni tal-mikrodejta.
Artikolu 6
Id-dispożizzjoni tal-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza lill-Kummissjoni (Eurostat)
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu mikrodejta li tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u ppeżata u metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-mikrodejta u l-metadejta ta’ referenza relatata mal-kwalità għandha tiġi pprovduta bl-użu tas-servizzi ta’ Punt ta’ Kuntatt Waħdieni.
2. Il-mikrodejta għandha ssir disponibbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015 jew disa’ xhur wara tmiem il-perjodu nazzjonali tal-ġbir tad-dejta f’każijiet fejn l-istħarriġ jitwettaq wara Diċembru 2014
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.
(2) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164
ANNESS I
Il-mikrodejta li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat)
IL-VARJABBLI TEKNIĊI TAL-ISTĦARRIĠ
Isem il-varjabbli |
Deskrizzjoni |
Kategoriji u kodiċijiet tar-risposti |
Filtru |
||||||||||||||||
PID |
In-numru tal-identifikazzjoni tar-rispondent |
numru b’10 figuri
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
HHID |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-unità domestika |
numru b’10 figuri
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
PRIMSTRAT |
L-istrati primarji kif użati fl-għażla tal-kampjun |
0001 – 9999
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
PSU |
Unitajiet primarji tal-kampjunar kif użati fl-għażla tal-kampjun |
0001 – 9999
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
WGT |
Piż finali individwali |
numru 5.3
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
PROXY |
Kien/et il-persuna magħżula li ġiet intervistata, jew kien xi ħadd ieħor?(kienet intervistata persuna li tidher f’isem xi ħadd) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
REFYEAR |
Is-sena ta’ referenza tal-intervista |
4 figuri |
Kulħadd |
||||||||||||||||
REFMONTH |
Ix-xahar ta’ referenza tal-intervista |
1 – 12
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
INTMETHOD |
Il-metodu użat għall-ġbir tad-dejta |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||
INTLANG |
Il-lingwa użata fl-intervista, |
kodiċijiet bi 3 figuri (il-Lista Standard tal-Kodiċijiet tal-Eurostat)
|
Kulħadd |
IL-VARJABBLI SOĊJALI EWLENIN
Isem il-varjabbli |
Id-deskrizzjoni |
Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti |
Filtru |
|||||||||||||||||||||||||||||
SESS |
Is-sess tar-rispondent |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
ETÀ |
L-età tar-rispondent skont is-snin magħluqa waqt l-intervista |
figura
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
PAJJIŻ |
Il-pajjiż ta’ residenza |
2 Figuri bbażati fuq in-NUTS, fl-aktar livell aggregat (livell 0 jew il-livell tal-pajjiż)
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
POST TAT-TWELID |
Il-pajjiż tat-twelid |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
ĊITTADIN |
Il-pajjiż taċ-ċittadinanza fil-ħin tal-ġbir tad-dejta |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
REĠJUN |
Ir-reġjun ta’ residenza |
Kodiċjar skont in-NUTS fil-livell ta’ 2 figuri
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
DEG_URB |
Il-grad ta’ urbanizzazzjoni |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
MARSTALEGAL |
L-istat ċivili legali |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
MARSTADEFACTO |
L-istat ċivili de facto |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HATLEVEL |
L-ogħla livell ikkompletat ta’ edukazzjoni (kisba edukattiva) |
Ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ISCED-2011
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
MAINSTAT |
L-istat awtodikjarat tax-xogħol |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
FT_PT |
Xogħol full-time jew part-time |
|
MAINSTAT = 10 |
|||||||||||||||||||||||||||||
JOBSTAT |
L-istat fl-impjieg |
|
MAINSTAT = 10 |
|||||||||||||||||||||||||||||
JOBISCO |
L-okkupazzjoni fix-xogħol |
ISCO-08 ikkodifikat fil-livell ta’ 2 figuri
|
MAINSTAT = 10 |
|||||||||||||||||||||||||||||
LOCNACE |
Is-settur ekonomiku fl-impjieg |
It-taqsimiet tan-NACE Rev. 2
|
MAINSTAT = 10 |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS |
L-għadd ta’ persuni li jgħixu fl-unità domestika, inkluż ir-rispondent; |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS_0_4 |
L-għadd ta’ persuni ta’ 4 snin jew iżgħar |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS_5_13 |
L-għadd ta’ persuni minn 5 snin sa 13-il sena |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS_14_15 |
L-għadd ta’ persuni minn 14 sa 15-il sena |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS_16_24 |
L-għadd ta’ persuni minn 16 sa 24 sena |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS_25_64 |
L-għadd ta’ persuni minn 25 sa 64 sena |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHNBPERS_65plus |
L-għadd ta’ persuni minn 65 sena ’l fuq |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHTYPE |
It-tip ta’ unità domestika |
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HH_ACT |
L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma impjegati |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HH_INACT |
L-għadd ta’ persuni bejn is-16 u l-64 sena fl-unità domestika li huma qiegħda jew huma ekonomikament inattivi |
0 – 98
|
Kulħadd |
|||||||||||||||||||||||||||||
HHINCOME |
Dħul nett ekwivalizzat ta’ kull xahar tal-unità domestika |
|
Kulħadd |
IL-VARJABBLI TAS-SAĦĦA
Isem il-varjabbli |
Id-deskrizzjoni |
Il-kategoriji u l-kodiċijiet tar-risposti |
Filtru |
||||||||||||||||||||||
L-istat tas-saħħa – il-Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea |
|||||||||||||||||||||||||
HS1 |
Is-saħħa inġenerali kif awtoperċepita: kif tipperċepixxi s-saħħa tiegħek inġenerali |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
HS2 |
Problema tas-saħħa li ilha: Tbati minn xi marda jew problema tas-saħħa għal mill-inqas sitt xhur |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
HS3 |
Limitazzjoni f’attivitajiet ġenerali: Limitazzjoni f’attivitajiet li n-nies jagħmlu normalment minħabba problemi tas-saħħa għal mill-inqas l-aħħar sitt xhur |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Mard u kundizzjonijiet kroniċi |
|||||||||||||||||||||||||
CD1a |
Ażma f’dawn l-aħħar 12-il xahar (inkluża l-ażma allerġika) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1b |
Bronkite kronika, mard pulmonari ostruttiv kroniku, jew enfisema f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1c |
Infart kardijaku (attakk tal-qalb) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1d |
Mard koronarju tal-qalb jew anġina pectoris f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1e |
Pressjoni għolja tad-demm f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1f |
Puplesija (emorraġija ċerebrali, trombosi ċerebrali) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1 g |
Artrożi (eskluża l-artrite) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1h |
Uġigħ/problema fil-parti t’isfel tad-dahar jew xi difett kroniku ieħor fid-dahar f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1i |
Uġigħ/problema fl-għonq jew xi difett kroniku ieħor fl-għonq f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1j |
Dijabete f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1k |
Allerġija, bħall-hay fever (rinite), infjammazjoni fl-għajnejn, dermatite, allerġija għall-ikel jew oħrajn (eskluża l-ażma allerġika) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1 l |
Ċirrożi tal-fwied f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1 m |
Inkontinenza tal-awrina, problemi fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1n |
Problemi tal-kliewi f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
CD1o |
Dipressjoni f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Inċidenti u korrimenti |
|||||||||||||||||||||||||
AC1a |
L-okkorrenza ta’ inċident tat-traffiku f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AC1b |
L-okkorrenza ta’ inċident fid-dar f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AC1c |
L-okkorrenza ta’ inċident fil-ħin liberu f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AC2 |
L-intervent ta’ kura medika l-aktar serju għall-inċident l-aktar serju f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
jekk AC1a = 1 jew AC1b = 1 jew AC1c = 1 |
||||||||||||||||||||||
Assenza mix-xogħol (minħabba problemi tas-saħħa) |
|||||||||||||||||||||||||
AW1 |
Assenti mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
jekk MAINSTAT = 10 |
||||||||||||||||||||||
AW2 |
L-għadd ta’ jiem ta’ assenza mix-xogħol minħabba problemi tas-saħħa personali f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
L-għadd ta’ jiem
|
jekk AW1 = 1 |
||||||||||||||||||||||
Limitazzjonijiet funzjonali sensorjali u fiżiċi |
|||||||||||||||||||||||||
PL1 |
Tilbes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PL2 |
Diffikultà biex tara, anki meta jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt |
|
Jekk PL1 = 1 jew 2 |
||||||||||||||||||||||
PL3 |
Tuża apparat għas-smigħ |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PL4 |
Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra kwieta anki meta jintuża apparat għas-smigħ |
|
Jekk PL3 = 1 jew 2 |
||||||||||||||||||||||
PL5 |
Diffikultà biex tisma’ dak li jingħad f’konverżazzjoni ma’ persuna waħda oħra f’kamra aktar storbjuża anki meta jintuża apparat għas-smigħ |
|
Jekk PL3 = 1 jew 2 u PL4 = 1 jew 2 jew 3 |
||||||||||||||||||||||
PL6 |
Diffikultà biex timxi nofs kilometru fil-wità mingħajr l-użu ta’ kwalunkwe għajnuna |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PL7 |
Diffikultà biex titla/tinżel 12-il tarġa |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Attivitajiet ta’ kura personali |
|||||||||||||||||||||||||
PC1a |
Diffikultà biex tiekol |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
PC1b |
Diffikultà tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
PC1c |
Diffikultà biex tilbes u tinża |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
PC1d |
Diffikultà biex tuża t-tojlit |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
PC1e |
Diffikultà biex tieħu banju jew doċċa |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
PC2 |
Normalment tirċievi għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek, tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa |
|
jekk (ETÀ >= 65) u {PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1} |
||||||||||||||||||||||
PC3 |
Jeħtieġ li tirċievi għajnuna jew aktar għajnuna f’attività waħda jew aktar biex tieħu ħsieb tiegħek innifsek: tiekol, tidħol/tpoġġi u tqum mis-sodda jew mis-siġġu, tilbes u tinża, tuża t-tojlit, tieħu banju jew doċċa |
|
jekk (ETÀ >= 65) u {PC1a ≠ 1 jew PC1b ≠ 1 jew PC1c ≠ 1 jew PC1d ≠ 1 jew PC1e ≠ 1} |
||||||||||||||||||||||
Attivitajiet domestiċi |
|||||||||||||||||||||||||
HA1a |
Diffikultà tipprepara l-ikel |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA1b |
Diffikultà tuża t-telefown |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA1c |
Diffikultà biex tagħmel ix-xiri |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA1d |
Diffikultà biex tieħu l-mediċini |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA1e |
Diffikultà biex tagħmel xogħol tad-dar ħafif |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA1f |
Diffikultà biex okkażjonalment tagħmel xogħol tad-dar iebes |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA1 g |
Diffikultà biex tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum |
|
jekk ETÀ >= 65 |
||||||||||||||||||||||
HA2 |
Normalment tirċievi għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum |
|
jekk (ETÀ >= 65) u {HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1 jew HA1 g ≠ 1} |
||||||||||||||||||||||
HA3 |
Teħtieġ għajnuna jew aktar għajnuna f’attività domestika waħda jew aktar: tipprepara l-ikel, tuża t-telefown, tixtri, timmaniġġja l-mediċini, tagħmel xogħol tad-dar ħafif jew okkażjonalment iebes, tieħu ħsieb il-finanzi u l-kompiti amministrattivi ta’ kuljum |
|
jekk (ETÀ >= 65) u {HA1a ≠ 1 jew HA1b ≠ 1 jew HA1c ≠ 1 jew HA1d ≠ 1 jew HA1e ≠ 1 jew HA1f ≠ 1jew HA1 g ≠ 1} |
||||||||||||||||||||||
Uġigħ |
|||||||||||||||||||||||||
PN1 |
L-intensità tal-uġigħ fiżiku matul l-aħħar 4 ġimgħat |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PN2 |
Kemm dak l-uġigħ interferixxa fix-xogħol normali f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat (kemm ix-xogħol barra mid-dar kif ukoll ix-xogħol tad-dar) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Is-saħħa mentali: |
|||||||||||||||||||||||||
MH1a |
Kemm kellek nuqqas ta’ interess jew gost fl-affarijiet li għamilt matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1b |
Kemm ħassejtek imdejjaq, dipress jew bla tama matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1c |
Kemm sibtha diffiċli torqod jew tibqa’ rieqed, jew kemm kont qed torqod iżżejjed, matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1d |
Kemm ħassejtek għajjien/a jew li għandek ftit enerġija tul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1e |
Kemm ħassejtek bla ġuħ jew kilt iżżejjed matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1f |
Kemm ħassejtek ħażin/a dwarek innifsek, ħassejtek falliment matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1 g |
Kemm ma stajtx tikkonċentra fuq xi ħaġa, bħal taqra l-gazzetta jew tara t-televiżjoni, matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MH1h |
Kemm tant iċċaqlaqt jew tkellimt bil-mod li nies oħra setgħu jinnutaw jew kemm tant kont bla kwiet, matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Kura tas-saħħa |
|||||||||||||||||||||||||
Użu ta’ kura għall-pazjenti li qegħdin l-isptar jew day care |
|||||||||||||||||||||||||
HO1 |
Dħalt l-isptar bħala pazjent f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
HO2 |
L-għadd ta’ ljieli li qattajt bħala pazjent l-isptar f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
Numru 1 – 99
|
jekk HO1 = 1 |
||||||||||||||||||||||
HO3 |
Dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
HO4 |
L-għadd ta’ drabi li dħalt l-isptar għal jum wieħed mingħajr ma rqadt hemm f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
Numru 1 – 300
|
jekk HO3 = 1 |
||||||||||||||||||||||
Użu ta’ kura ambulatorja u fid-dar |
|||||||||||||||||||||||||
AM1 |
L-aħħar darba li mort għal vista għand dentist jew ortodontista (għalik stess) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AM2 |
L-aħħar darba li kkonsultajt tabib ġenerali jew it-tabib tal-familja (għaik stess) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AM3 |
L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib ġenerali jew mat-tabib tal-familja matul l-aħħar erba’ ġimgħat (għalik stess) |
Numru 0 – 99
|
Jekk AM2 = 1 |
||||||||||||||||||||||
AM4 |
L-aħħar darba li kellek vistà għand speċjalista jew kirurgu mediku (għalik stess) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AM5 |
L-għadd ta’ konsultazzjonijiet ma’ tabib jew kirurgu speċjalista matul l-aħħar erba’ġimgħat (għalik stess) |
Numru 0 – 99
|
Jekk AM4 = 1 |
||||||||||||||||||||||
AM6a |
Konsultazzjoni ma’ fiżjoterapista jew kinesiterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AM6b |
Konsultazzjoni ma’ psikologu jew psikoterapista f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AM7 |
Użu ta’ kwalunkwe servizz tal-kura fil-komunità għal ħtiġijiet personali matul l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
L-użu tal-mediċina |
|||||||||||||||||||||||||
MD1 |
Użu ta’ kwalunkwe mediċini preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn (eskluża l-kontraċezzjoni) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
MD2 |
Użu ta’ kwalunkwe mediċini, mediċini veġetali jew vitamini mhux preskritti mit-tabib matul l-aħħar ġimagħtejn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Servizzi preventivi |
|||||||||||||||||||||||||
PA1 |
L-aħħar darba li tlaqqamt kontra l-influwenza |
Xahar/sena (XXSSSS) Qatt jew ilu ħafna (0)
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PA2 |
L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-pressjoni tad-demm |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PA3 |
L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek il-kolesterol fid-demm |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PA4 |
L-aħħar darba li xi professjonista tas-saħħa ċċekkjalek iz-zokkor fid-demm |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PA5 |
L-aħħar darba li sarlek test tad-demm fl-ippurgar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PA6 |
L-aħħar darba li saritlek kolonoskopija |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PA7 |
L-aħħar darba li saritlek mammografija (X-ray tas-sider tal-mara) |
|
Jekk SESS = 2 |
||||||||||||||||||||||
PA8 |
L-aħħar darba li sarlek smear test tal-għonq tal-utru |
|
Jekk SESS = 2 |
||||||||||||||||||||||
Ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa mhux sodisfatti |
|||||||||||||||||||||||||
UN1a |
Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar minħabba lista/i ta’ stennija twila/twal |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
UN1b |
Ħtieġa tal-kura tas-saħħa li ma ġiex sodisfatt f’dawn l-aħħar 12-il xahar kaġun tad-distanza jew minħabba problemi ta’ trasport |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
UN2a |
Ma stajtx taffordja eżami jew trattament mediku f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
UN2b |
Ma stajtx taffordja eżami jew trattament dentali f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
UN2c |
Ma stajtx taffordja mediċini preskritti f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
UN2d |
Ma stajtx taffordja kura tas-saħħa mentali (minn psikologu jew psikjatra pereżempju) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Fatturi li jiddeterminaw is-saħħa |
|||||||||||||||||||||||||
Il-piż u t-tul |
|||||||||||||||||||||||||
BM1 |
It-tul mingħajr iż-żarbun |
Numru f’ċm
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
BM2 |
Il-piż mingħajr il-ħwejjeġ u ż-żarbun |
Numru f’kg
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
L-attività/eżerċizzju fiżika/u |
|||||||||||||||||||||||||
PE1 |
Sforz fiżiku tad-dmirijiet tiegħek(inklużi attivitajiet ta’ xogħol imħallsa kif ukoll mhux imħallsa) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PE2 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn timxi għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PE3 |
Il-ħin li tqatta’ timxi biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika |
|
jekk PE2 ≠ 0 |
||||||||||||||||||||||
PE4 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tuża r-rota għal mill-inqas 10 minuti kontinwament biex tasal jew tmur x’imkien |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PE5 |
Il-ħin li tqatta’ fuq ir-rota biex tasal jew tmur x’imkien f’ġurnata tipika |
|
jekk PE4 ≠ 0 |
||||||||||||||||||||||
PE6 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika meta tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) għal mill-inqas 10 minuti kontinwament li jikkawżaw mill-inqas żieda żgħira fir-rata tan-nifs jew tat-taħbit tal-qalb |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
PE7 |
Il-ħin li tqatta’ tagħmel attivitajiet sportivi, tal-fitness, jew attivitajiet fiżiċi rikreattivi (għall-gost) f’ġimgħa tipika |
SSMM (sigħat/minuti)
|
jekk PE6 ≠ 0 |
||||||||||||||||||||||
PE8 |
L-għadd ta’ ġranet f’ġimgħa tipika fejn tagħmel attivitajiet li jsaħħu l-muskoli |
l-għadd ta’ ġranet 1 – 7
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Il-konsum ta’ frott u ħaxix |
|||||||||||||||||||||||||
FV1 |
Kemm il-darba tiekol frott, eskluż meraq ta’ frott magħsur |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
FV2 |
L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ frott kull ġurnata, eskluż meraq ta’ frott magħsur |
Numru 1 – 99
|
jekk FV1 = 1 |
||||||||||||||||||||||
FV3 |
Kemm il-darba tiekol ħaxix jew insalata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
FV4 |
L-għadd ta’ porzjonijiet ta’ ħxejjex jew insalata kull ġurnata, esklużi meraq ta’ frott magħsur u patata |
Numru 1 – 99
|
jekk FV3 = 1 |
||||||||||||||||||||||
It-tipjip |
|||||||||||||||||||||||||
SK1 |
It-tip ta’ mġieba fir-rigward tat-tipjip |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
SK2 |
It-tip ta’ prodott tat-tabakk ikkunsmat |
|
jekk SK1 = 1 jew 2 |
||||||||||||||||||||||
SK3 |
L-għadd medju ta’ sigaretti kuljum |
Numru 1 – 99
|
jekk SK1 = 1 u SK2 = 1 |
||||||||||||||||||||||
SK4 |
Kemm il-darba tkun espost għad-duħħan tat-tabakk fuq ġewwa |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Il-konsum tal-alkoħol |
|||||||||||||||||||||||||
AL1 |
Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku ta’ kull tip (birra, inbid, ċidru, spirti, cocktails, pretaħlitiet, likwori, alkoħol magħmul id-dar…) f’dawn l-aħħar 12-il xahar |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
AL2 |
Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn it-Tnejn u l-Ħamis |
|
jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4 |
||||||||||||||||||||||
AL3 |
Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mit-Tnejn sal-Ħamis) |
|
Jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL2 = 1, 2, 3 jew 4) |
||||||||||||||||||||||
AL4 |
Il-frekwenza tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd |
|
jekk AL1 = 1, 2, 3 jew 4 |
||||||||||||||||||||||
AL5 |
Il-medja tal-għadd ta’ drinks alkoħoliċi (standard) f’jum wieħed (mill-Ġimgħa sal-Ħadd) |
|
jekk (AL1 = 1, 2, 3 jew 4) u (AL4 = 1, 2 jew 3) |
||||||||||||||||||||||
AL6 |
Il-frekwenza ta’ drabi fejn xrobt ħafna alkoħol f’jum wieħed (ekwivalenti għal 60 g ta’ etanol pur jew aktar) matul l-aħħar 12-il xahar |
|
jekk AL1 = 1, 2, 3, 4, 5, 6 jew 7 |
||||||||||||||||||||||
Appoġġ soċjali |
|||||||||||||||||||||||||
SS1 |
Kemm hemm nies qrib tiegħi li nista’ nserraħ fuqhom f’każ ta’ problemi personali serji |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
SS2 |
Il-grad ta’ tħassib muri minn nies oħra rigward dak li l-persuna qed tagħmel |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
SS3 |
Kemm huwa faċli li ssib għajnuna prattika mill-ġirien f’każ ta’ bżonn |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
Il-forniment ta’ kura informali jew assistenza |
|||||||||||||||||||||||||
IC1 |
Il-forniment ta’ kura jew għajnuna lil xi persuna jew aktar persuni li jbatu minn xi problema marbuta mal-età, kundizzjoni tas-saħħa jew infermità kronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa (attivitajiet professjonali esklużi) |
|
Kulħadd |
||||||||||||||||||||||
IC2 |
Ir-relazzjoni prevalenti tal-persuna(i) li tbati/jbatu minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew minħabba l-età anzjana li qed tingħata kura jew għajnuna mill-inqas darba fil-ġimgħa mir-rispondent |
|
jekk IC1 = 1 |
||||||||||||||||||||||
IC3 |
L-għadd ta’ sigħat fil-ġimgħa li fihom ir-rispondent jipprovdi kura jew għajnuna lill-persuna(i) li jbati/u minn kwalunkwe kundizzjoni jew infermità kronika jew kaġun tal-età anzjana |
|
jekk IC1 = 1 |
ANNESS II
Id-daqs tal-kampjuni finali li jridu jinkisbu
|
Persuni minn 15-il sena ’l fuq jew aktar li jridu jiġu intervistati |
L-Istati Membri tal-UE |
|
il-Belġju |
6 500 |
il-Bulgarija |
5 920 |
ir-Repubblika Ċeka |
6 510 |
id-Danimarka |
5 350 |
il-Ġermanja |
15 260 |
l-Estonja |
4 270 |
l-Irlanda |
5 057 |
il-Greċja |
6 667 |
Spanja |
11 620 |
Franza |
13 110 |
l-Italja |
13 180 |
Ċipru |
4 095 |
il-Latvja |
4 555 |
il-Litwanja |
4 850 |
il-Lussemburgu |
4 000 |
l-Ungerija |
6 410 |
Malta |
3 975 |
il-Pajjiżi l-Baxxi |
7 515 |
l-Awstrija |
6 050 |
il-Polonja |
10 690 |
il-Portugall |
6 515 |
ir-Rumanija |
8 420 |
is-Slovenja |
4 486 |
is-Slovakkja |
5 370 |
il-Finlandja |
5 330 |
l-Isvezja |
6 200 |
ir-Renju Unit |
13 085 |
it-Total tal-Istati Membri tal-UE |
194 990 |
l-Isvizzera |
5 900 |
l-Islanda |
3 940 |
in-Norveġja |
5 170 |
it-Total li jinkludi l-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja |
210 000 |
ANNESS III
It-territorji nazzjonali li huma esklużi mill-istħarriġ
Pajjiż |
Territorji nazzjonali |
Franza |
Id-dipartimenti u t-territorji Franċiżi mhux kontinentali |
Ċipru |
Iż-żona li mhix ikkontrollata mill-gvern |
il-Pajjiżi l-Baxxi |
Il-Gżejjer tal-Karibew (Bonaire, St. Eustatius u Saba), il-Gżejjer Frisian tal-Punent ħlief Texel |
l-Irlanda |
Il-gżejjer kollha ħlief Achill, Bull, Cruit, Gorumna, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia |
ir-Renju Unit |
L-Iskozja mit-tramuntana tal-Kanal ta’ Caledonia, il-Gżejjer Scilly |