This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0477
Case T-477/16: Action brought on 26 August 2016 — Epsilon International v Commission
Kawża T-477/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni
Kawża T-477/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni
ĠU C 402, 31.10.2016, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/49 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-477/16)
(2016/C 402/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Epsilon International SA (Marousi, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Bogaert u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1) |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFEU:
|
2) |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Ġunju 2016 (ref. Ares (2016)2835215) li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES). |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, Epsilon tikkunsidra li l-konstatazzjonijiet imqajma mill-awdituri u approvati mill-Kummissjoni Ewropea relattivi għall-ispejjeż tal-persunal iddikjarati għat-twettiq tal-proġetti BRISEIDE, SMART-ISLANDS u i-SCOPE huma żbaljati. B’mod iktar speċifiku, Epsilon targumenta li ma twettqet l-ebda irregolarità fir-rigward tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-ħin, is-sigħat produttivi u l-kalkoli tar-rata fis-siegħa, in-nuqqas ta’ fatturi għal xogħol tal-proprjetarji u l-fatt li l-ftehimiet konklużi mal-konsulenti interni ma kinux ġew irreġistrati mal-Uffiċċju tat-Taxxa. Fi kwalunkwe każ, żbalji żgħar fit-twettiq ta’ dawn il-kuntratti ma jistgħux jitqiesu bħala żball ta’ natura sistematika.
Barra minn hekk, Epsilon tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-pagamenti għat-twettiq tal-proġetti ffinanzjati mill-UE i-LOCATE, eENV-Plus, GeoSmartCity u c-SPACE u tikkunsidra li ma humiex fondati fid-dritt.
Fl-aħħar nett, Epsilon titlob kumpens finanzjarju għad-dannu materjali u morali subit minn Epsilon minħabba d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, Epsilon titlob lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES), minħabba n-natura potenzjalment sistematika allegata tal-iżbalji mwettqa fit-twettiq tal-proġetti msemmija iktar ’il fuq. Ir-rikorrenti tikkunsidra li din id-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-drittijiet tad-difiża.