Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0477

Kawża T-477/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni

OJ C 402, 31.10.2016, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/49


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-477/16)

(2016/C 402/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Epsilon International SA (Marousi, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Bogaert u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFEU:

tiddikjara li l-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea lil Epsilon taħt ftehimiet ta’ sussidji BRISEIDE, i-SCOPE u SMART-ISLANDS jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli u li Epsilon ma wettqitx żbalji ta’ natura sistematika fit-twettiq ta’ dawn il-ftehimiet;

tiddikjara li t-talba għal rimbors tal-Kummissjoni tal-ammonti mħallsa taħt il-ftehim BRISEIDE hija totalment infondata u li ma għandhomx jiġu rrimborsati lill-Kummissjoni Ewropea;

tiddikjara li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jiġu sospiżi ħlasijiet relatati mal-ftehimiet ta’ sussidji i-LOCATE, eENV-Plus, GeoSmartCity u c-SPACE huma infondati;

tordna lill-Kummissjoni tirrimborsa l-ammonti mħallsa minn Epsilon biex twettaq awditi finanzjarji addizzjonali sabiex jiġu kkonfutati l-konstatazzjonijiet żbaljati tal-awdituri inkarigati mill-Kummissjoni u tikkumpensa d-dannu morali subit minn Epsilon, tevalwa provviżorjament fuq bażi ex aequo et bono għal EUR 10 000.

2)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Ġunju 2016 (ref. Ares (2016)2835215) li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, Epsilon tikkunsidra li l-konstatazzjonijiet imqajma mill-awdituri u approvati mill-Kummissjoni Ewropea relattivi għall-ispejjeż tal-persunal iddikjarati għat-twettiq tal-proġetti BRISEIDE, SMART-ISLANDS u i-SCOPE huma żbaljati. B’mod iktar speċifiku, Epsilon targumenta li ma twettqet l-ebda irregolarità fir-rigward tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-ħin, is-sigħat produttivi u l-kalkoli tar-rata fis-siegħa, in-nuqqas ta’ fatturi għal xogħol tal-proprjetarji u l-fatt li l-ftehimiet konklużi mal-konsulenti interni ma kinux ġew irreġistrati mal-Uffiċċju tat-Taxxa. Fi kwalunkwe każ, żbalji żgħar fit-twettiq ta’ dawn il-kuntratti ma jistgħux jitqiesu bħala żball ta’ natura sistematika.

Barra minn hekk, Epsilon tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-pagamenti għat-twettiq tal-proġetti ffinanzjati mill-UE i-LOCATE, eENV-Plus, GeoSmartCity u c-SPACE u tikkunsidra li ma humiex fondati fid-dritt.

Fl-aħħar nett, Epsilon titlob kumpens finanzjarju għad-dannu materjali u morali subit minn Epsilon minħabba d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, Epsilon titlob lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES), minħabba n-natura potenzjalment sistematika allegata tal-iżbalji mwettqa fit-twettiq tal-proġetti msemmija iktar ’il fuq. Ir-rikorrenti tikkunsidra li din id-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-drittijiet tad-difiża.


Top