EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0058

Kawża C-58/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-247/17, Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 77, 9.3.2020, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/11


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-247/17, Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-58/19 P)

(2020/C 77/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permzz ta’ digriet tat-22 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet:

1)

L-appell huwa manifestament fondat.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2018, Azarov vs Il-Kunsill (T-247/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:931), hija annullata.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kundannat ibati l-ispejjeż sostnuti kemm fir-rigward tal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll dik ta’ dan l-appell.


Top