EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0224

Kawża C-224/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunal di Cagliari — l-Italia) — Proċeduri kriminali kontra Sergio Alfonso Lorrai (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Drittijiet fundamentali — Tul eċċessiv tal-proċedura kriminali — Sospensjoni ta’ proċedura kriminali, għal tul indeterminat, fil-każ ta’ mard tal-imputat li jrendi lil dan tal-aħħar inkapaċi li jipparteċipa b’mod konxju fil-proċedura — Marda irreversibbli tal-imputat — Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 52, 22.2.2014, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunal di Cagliari — l-Italia) — Proċeduri kriminali kontra Sergio Alfonso Lorrai

(Kawża C-224/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Drittijiet fundamentali - Tul eċċessiv tal-proċedura kriminali - Sospensjoni ta’ proċedura kriminali, għal tul indeterminat, fil-każ ta’ mard tal-imputat li jrendi lil dan tal-aħħar inkapaċi li jipparteċipa b’mod konxju fil-proċedura - Marda irreversibbli tal-imputat - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2014/C 52/41

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunal di Cagliari

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Sergio Alfonso Lorrai

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Cagliari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, flimkien mal-Artikolu 6 TUE — Tul eċċessiv tal-proċeduri kriminali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġu sospiżi l-proċeduri kriminali, għal żmien indeterminat, fil-każ ta’ marda tal-akkużat, li tirrendi lil dan tal-aħħar inkapaċi li jipparteċipa xjentement fil-proċeduri — Obbligu li l-akkużat jiġi suġġett għal kontroll perijodiku — Marda irreversibbli tal-akkużat

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula mit-Tribunal di Cagliari (l-Italja).


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


Top