EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/278/12

Sejħa għall-proposti – EACEA/32/10 – Tempus IV – Riforma tal-edukazzjoni ogħla permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn l-universitajiet

ĠU C 278, 15.10.2010, p. 18–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/18


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/32/10

Tempus IV – Riforma tal-edukazzjoni ogħla permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn l-universitajiet

2010/C 278/12

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Ir-raba’ fażi tal-programm tkopri l-perjodu mill-2007 sal-2013.

L-għan ġenerali tal-programm huwa li jikkontribwixxi biex jiffaċilita l-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u pajjiżi msieħba fiż-żoni tal-madwar. B’mod partikolari, il-programm jgħin biex jippromwovi konverġenza volontarja bi żviluppi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla li jirriżultaw mill-Istrateġija Ewropa 2020, il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET 2020) u l-proċess ta’ Bolonja.

L-għan ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li tippromwovi kooperazzjoni multikulturali fost l-istituzzjonijiet, awtoritajiet u organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla mill-Istati Membri tal-UE u pajjiżi msieħba bil-għan ikun fuq ir-riforma u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla.

L-Aġenzija għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (“l-Aġenzija”), li taġixxi skont il-poteri delegati lilha mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), hija responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti.

2.   Applikanti eliġibbli

Biex ikunu eliġibbli għal din l-għotja, l-applikanti jridu jkunu persuni ġuridiċi (“entitajiet ġuridiċi”) stabbiliti legalment għal iktar minn 5 snin, fl-UE jew fil-pajjiżi msieħba f’Tempus.

Applikanti għal Proġetti Konġunti jridu jkunu istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla rikonoxxuti mill-istat, pubbliċi jew privati, jew assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew networks ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla ddedikati għall-promozzjoni, it-titjib u r-riforma tal-edukazzjoni ogħla.

Applikanti għal Miżuri Strutturali għandhom ikunu entitajiet legali kif stipulati hawn fuq għal Proġetti Konġunti, jew organizzazzjonijiet ta’ retturi, għalliema jew studenti nazzjonali jew internazzjonali.

Istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba/kobenefiċjarji fil-Programm Tempus ivarjaw minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla sa istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux akkademiċi bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, kumpaniji, industriji u awtoritajiet pubbliċi.

L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati f’dawn l-erba’ gruppi ta’ pajjiżi eliġibbli:

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

il-4 pajjiżi tar-reġjun Balkani tal-Punent: l-Albanija, il-Bosnija u l-Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo (1);

17-il pajjiż fiż-żona ta’ Nofsinhar u tal-Lvant li tmiss mal-Unjoni Ewropea: l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-territorju okkupat Palestinjan, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Moldova, il-Federazzjoni Russa u l-Ukranja;

il-5 Repubbliki Asjatiċi Ċentrali: il-Każakistan, il-Kirgizstan, it-Tajikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan.

3.   Attivitajiet eliġibbli u tul

Iż-żewġ strumenti prinċipali għall-kooperazzjoni permezz ta’ din is-sejħa għall-proposti Tempus huma:

—   Proġetti Konġunti: proġetti b’approċċ “bottom-up” li fil-mira tagħhom għandhom il-modernizzazzjoni u r-riforma fuq livell istituzzjonali (università). Proġetti Konġunti jimmiraw li jittrasferixxu għerf bejn universitajiet, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet mill-UE u mill-pajjiżi msieħba kif ukoll bejn entitajiet fil-pajjiżi msieħba kif xieraq.

—   Miżuri Strutturali: proġetti li jfittxu li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u r-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi msieħba, kif ukoll li jtejbu l-kwalità u r-relevanza tagħhom, u li jżidu l-konverġenza volontarja tagħhom mal-iżviluppi tal-UE. Miżuri Strutturali sejrin jikkonċernaw interventi maħsuba biex jappoġġjaw riforma strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni ogħla u żvilupp ta’ qafas strateġiku fuq livell nazzjonali.

Taħt din is-sejħa, jistgħu jkunu ffinanzjati proġetti nazzjonali u proġetti bejn numru ta’ pajjiżi:

Proġetti nazzjonali għandhom isegwu prijoritajiet nazzjonali li jkunu stabbiliti wara djalogu mill-qrib bejn Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet relevanti fil-pajjiżi msieħba.

Għal proġetti nazzjonali, il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn gruppi ta’ istituzzjonijiet li jinvolvu:

mill-inqas tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla minn pajjiż imsieħeb (fil-każ tal-Montenegro u l-Kosovo, minħabba d-daqs żgħir tal-qasam tal-edukazzjoni ogħla, università waħda tkun biżżejjed);

mill-inqas tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla mill-UE, kull wieħed minn Stat Membru differenti tal-UE.

Proġetti bejn numru ta’ pajjiżi għandhom ikunu konformi ma’ prijoritajiet reġjonali li huma bbażati fuq il-politika tal-UE għall-kooperazzjoni mar-reġjuni tal-pajjiżi msieħba kif identifikata fid-dokumenti strateġiċi tagħha dwar il-pajjiżi ġirien (2), dawk għal pre-aċċezzjoni fl-UE (3) u dawk fl-Asja Ċentrali (4) u li huma komuni għall-pajjiżi kollha msieħba f’reġjun speċifiku, jew li jindirizzaw prijorità nazzjonali li hija komuni għal kull pajjiż imsieħeb parteċipant.

Għal proġetti bejn numru ta’ pajjiżi, il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn gruppi ta’ istituzzjonijiet li jinvolvu:

mill-inqas żewġ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, minn kull pajjiż imsieħeb parteċipant (minimu ta’ żewġ pajjiżi msieħba) involuti fil-proposta (bl-eċċezzjoni tal-Kosovo u l-Montenegro fejn il-ħtieġa hija istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla waħda minn kull wieħed mill-pajjiżi).

mill-inqas tliet istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, kull waħda minn Stat Membru differenti tal-UE.

Għal Miżuri Strutturali hija meħtieġa kundizzjoni addizzjonali: Il-Ministeru/i responsabbli għall-Edukazzjoni (Ogħla) fil-pajjiż/i għandu jkun involut bħala sieħeb/sħab fil-proġett ta’ Miżuri Strutturali.

It-tul massimu tal-proġetti huwa ta’ 24 xahar jew 36 xahar. Il-perjodu tal-eliġibilità tal-ispejjeż huwa mistenni li jibda fil-15 ta’ Ottubru 2011.

4.   Kriterji tal-għotja

L-applikazzjonijiet eliġibbli għall-Proġetti Konġunti u Miżuri Strutturali sejrin jiġu vvalutati minn esperti indipendenti esterni skont dawn il-kriterji tal-għotja:

Iċ-ċarezza u l-koerenza tal-objettivi tal-proġett; ir-relevanza tagħhom għar-riformi fl-edukazzjoni ogħla (l-Istrateġija Ewropa 2020, il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET 2020) u il-proċess ta’ Bolonja) fl-istituzzjoni jew is-sistema tal-pajjiż sieħeb u li juru l-impatt tal-proġett fuq dawn ir-riformi (25 % tal-punteġġ totali).

Il-kwalità tas-sħubija: abbiltajiet, ħila u kompetenzi rikonoxxuti, meħtieġa biex jitwettqu l-aspetti kollha tal-programm ta’ ħidma, distribuzzjoni xierqa tad-dmirijiet, komunikazzjoni u kooperazzjoni effikaċi (20 % tal-punteġġ totali).

Il-kwalità tal-kontenut tal-proġett u metodoloġija applikata inkluż, fost oħrajn, l-adegwatezza tar-riżultati tal-proġett u attivitajiet relatati b’mod konsistenti mal-għan u l-objettivi speċifiċi tal-proġett, turija tal-kapaċità ta’ ippjanar loġiku u għaqli (Matriċi loġika ta’ qafas u pjan ta’ xogħol), il-kontroll tal-kwalità mistenni, monitoraġġ u ġestjoni tal-proġett (indikaturi u benchmarks) (25 % tal-punteġġ totali).

Is-sostenibilità jew l-impatt dewwiemi tal-proġett fuq l-istituzzjonijiet, gruppi fil-mira u/jew sistema tal-edukazzjoni ogħla, inkluż disseminazzjoni u sfruttament tal-attivitajiet u r-riżultati tal-proġett (15 % tal-punteġġ totali).

Il-baġit u l-effikaċja fl-infiq, inkluż ippjanar tal-personal li jirrespetta r-rati ta’ salarji kuljum, xiri ta’ apparat meħtieġ, użu effiċjenti ta’ perjodi ta’ mobilità, distribuzzjoni ġusta tal-baġit, fattibbiltà tal-azzjoni mal-baġit definiti (15 % tal-punteġġ totali).

5.   Baġit u ammonti ta’ għotjiet

Il-baġit indikattiv immirat għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa jammonta għal EUR 48,7 miljun.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea ma tistax taqbeż id-90 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. Hemm bżonn ta’ kofinanzjament ta’ minimu ta’ 10 % tal-ispiża totali eliġibbli.

L-għotja minima kemm għall-Proġetti Konġunti kif ukoll għall-Miżuri Strutturali tkun EUR 500 000. L-għotja massima tammonta għal EUR 1 500 000. Għal proġetti nazzjonali, fil-każ tal-Kosovo u l-Montenegro l-għotja minima għaż-żewġ tipi ta’ proġetti hija ta’ EUR 300 000.

6.   Sottomissjoni tal-proposti u data ta’ għeluq

Applikazzjonijiet għall-għotja għandhom isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż bl-użu tal-forma elettronika mfassla speċifikament għal dan l-għan, li sejra tkun disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija: http://eacea.ec.europa.eu/tempus

Il-formoli tal-applikazzjonijiet elettroniċi għal Proġetti Konġunti u għal Miżuri Strutturali mimlijin kif dovut għandhom jintbagħtu mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar 2011, 12:00 Ħin ta’ Brussell.

Din is-sottomissjoni hija kkunsidrata bħala l-kopja master. Madankollu, biex tipprovdi iktar sigurtà kemm għall-applikanti kif ukoll għall-Aġenzija, u biex tiġi sottomessa informazzjoni addizzjonali meħtieġa, għandha tintbagħat kopja stampata kompleta tal-formola elettronika sottomessa flimkien ma’ dokumenti addizzjonali (ara l-Linji Gwida għall-Applikazzjoni) bil-posta lill-Aġenzija sal-15 ta’ Frar 2011, (data tat-timbru postali) f’dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

Tempus & Bilateral Cooperation with Industrialised Countries

Call for Proposal EACEA/32/10

Office: BOUR 2/17

Avenue du Bourget 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew b’e-mail ma jiġux aċċettati.

7.   Iktar informazzjoni

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-Linji Gwida għall-Applikazzjoni – Sejħa għall-proposti EACEA/32/10, jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni pprovduta għal dan il-għan u għandu jkun fihom l-annessi relevanti. Id-dokumenti msemmija jistgħu jinstabu fuq l-Internet f’dan l-indirizz:

http://eacea.ec.europa.eu/tempus


(1)  Taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti, bi qbil mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(2)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija. http://ec.europa.eu/world/enp/pdf/oj_l310_en.pdf Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, Programm Inter-reġjonali tal-ENPI, Analiżi Strateġika 2007-2013 u Programm Indikattiv 2007-2010; http://ec.europa.eu/world/enp/pdf/country/enpi_interregional_en.pdf

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA); http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/en/oj/2006/l_210/l_21020060731en00820093.pdf Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), Dokument Multi-Annwali għall-Ippjanar Indikattiv (MIPD), 2008-2010, Multi-benefiċjarju; MIPD (2008-2010), referenza C(2008) 3585 tas-17 ta’ Lulju 2008 http://www.cc.cec/sg_vista/cgi-bin/repository/getdoc/COMM_NATIVE_C_2008_3585_1_EN_ANNEXE.doc

(4)  L-UE u l-Asja Ċentrali: Strateġija għal Sħubija Ġdida; Il-Kunsill tal-UE, 31 ta’ Mejju 2007, 10113/07 http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/librairie/PDF/EU_CtrlAsia_EN-RU.pdf


Top