Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0295

    Kawża T-295/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FEAGA u Feader – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż magħmula mill-Greċja – Żvilupp Rurali – Għajnuna diretta diżakkoppjata – Kontrolli ewlenin – Korrezzjonijiet finanzjarji fissi)

    ĠU C 54, 17.2.2020, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 54/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-295/18) (1)

    (FEAGA u Feader - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mill-Greċja - Żvilupp Rurali - Għajnuna diretta diżakkoppjata - Kontrolli ewlenin - Korrezzjonijiet finanzjarji fissi)

    (2020/C 54/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, I. Pachi, A. Vasilopoulou u E. Chroni, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Aquilina, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/304 tas-27 ta' Frar 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 59, p. 3).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


    Top