Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0620

    Kawża T-620/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic)

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/51


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic)

    (Kawża T-620/16)

    (2016/C 402/60)

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Milchior, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Idealogistic” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 318 234

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 1435/2015-4

    Talbiet

    prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, b’mod żbaljat, ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark 012318234 għas-servizzi “konsulenza fil-qasa tal-loġistika, bħall-għażla ta’ rotot, l-istabbiliment ta’ mħażen u l-għażla ta’ mezzi tat-trasport”;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top