This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0366
Case T-366/16: Action brought on 12 July 2016 — Gaki v Europol
Kawża T-366/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2016 – Gaki vs Europol
Kawża T-366/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2016 – Gaki vs Europol
ĠU C 402, 31.10.2016, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/47 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2016 – Gaki vs Europol
(Kawża T-366/16)
(2016/C 402/56)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Anastasia-Soultana Gaki (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Keisers, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Talbiet
— |
tirrispetta d-dritt tar-rikorrenti għal opinjoni motivata dwar liema huma ċ-ċirkustanzi tal-fatt allegatament imwettaq mir-rikorrenti skont il-mandat ta’ arrest Ewropew li nħareġ mill-Greċja u li abbażi tagħhom hija mfittxija illegalment sa mill-2011 fl-Unjoni Ewropea bl-appoġġ ta’ Europol; |
— |
tordna l-ibblokkar tad-data illegali u żbaljata mdaħħla kontriha fis-sistema ta’ informazzjoni ta’ Europol mill-awtorità ta’ kontroll komuni ta’ Europol (iktar ’il quddiem, l-“awtorità ta’ kontroll komuni”); |
— |
tordna lill-awtorità ta’ kontroll komuni tivverifika, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt tagħha għal aċċess u għal konsultazzjoni tad-data mdaħħla fis-SIS II, jekk il-preġudizzju kontra l-libertà tar-rikorrenti huwiex awtorizzat skont il-kontenut tal-mandat ta’ arrest Ewropew; |
— |
tordna lill-Europol jistaqsi lill-prosekutur tal-qorti tal-appell ta’ Ateni (Greċja) liema prosekutur ordna, fit-23 ta’ Mejju 2016, iż-żamma fis-seħħ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u, għaldaqstant, id-detenzjoni arbitrarja tar-rikorrenti, u jistaqsi barra minn hekk liema miż-żewġ mandati ta’ arrest nazzjonali (il-mandat ta’ arrest Ewropew huwa kopja ta’ dawn) huwa validu. Huwa għandu jindika wkoll għal liema raġuni, meta l-mandat ta’ arrest Ewropew isemmi l-indirizz tar-rikorrenti fil-Ġermanja, iż-żewġ mandati ta’ arrest nazzjonali (il-mandat ta’ arrest Ewropew huwa kopja ta’ dawn) inħarġu kontra r-rikorrenti minħabba li l-ġustizzja Griega allegatament ma kellhiex indirizz tar-rikorrenti; |
— |
l-awtorità ta’ kontroll komuni għandha tispeċifika b’mod immotivat x’passi ħa l-Europol wara li ġie informat bil-fatt li tressaq ilment quddiem il-prosekutur pubbliku ta’ Düsseldorf kontra l-prosekutur Grieg li ħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew kontra r-rikorrenti; |
— |
tordna li hija tingħata danni għal ammont ta’ EUR 3 miljun. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI (1), tal-Artikoli 30(7), 31 u 52 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI (2). |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 296(2) TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u tal-Artikoli 1, 9 u 23 tal-Att Nru 29/2009 tal-awtorità ta’ kontroll komuni, min-naħa l-oħra. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, tat-12 ta’ Ġunju 2007, dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU 2007, L 205, p. 63).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, tas-6 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU 2009, L 121, p. 37).