Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0384

    Kawża T-384/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – EDF Luminus vs Il-Parlament [“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku CNT(2009) Nru 137 — Ħlas mill-Parlament tal-kontribuzzjoni reġjonali mħallsa mir-rikorrenti lir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u kkalkolata abbażi tal-elettriku għad-dispożizzjoni tal-Parlament — Assenza ta’ obbligu kuntrattwali — Assenza ta’ obbligu li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli”]

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/44


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – EDF Luminus vs Il-Parlament

    (Kawża T-384/15) (1)

    ([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku CNT(2009) Nru 137 - Ħlas mill-Parlament tal-kontribuzzjoni reġjonali mħallsa mir-rikorrenti lir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u kkalkolata abbażi tal-elettriku għad-dispożizzjoni tal-Parlament - Assenza ta’ obbligu kuntrattwali - Assenza ta’ obbligu li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli”])

    (2016/C 402/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: EDF Luminus (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Verhoeven u O. Vanden Berghe, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u I. Martínez del Peral, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 439 672,95, flimkien mal-interessi, li tikkorrispondi għall-ammont tal-kontribuzzjoni reġjonali mħallsa minnha lir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u kkalkolata abbażi tal-elettriku għad-dispożizzjoni tal-Parlament.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    It-talbiet ippreżentati mill-Parlament Ewropew għall-finijiet ta’ azzjoni dikjatorja huma miċħuda.

    3)

    EDF Luminus għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament.

    4)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


    Top