Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0359

    Kawża T-359/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Arrom Conseil vs EUIPO – Nina Ricci (Roméo has a Gun by Romano Ricci) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat – trade mark tal – Unjoni Ewropea figurattiva Roméo has a Gun by Romano Ricci — Trade marks tal – Unjoni Ewropea verbali preċedenti NINA RICCI u RICCI — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Arrom Conseil vs EUIPO – Nina Ricci (Roméo has a Gun by Romano Ricci)

    (Kawża T-359/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat – trade mark tal – Unjoni Ewropea figurattiva Roméo has a Gun by Romano Ricci - Trade marks tal – Unjoni Ewropea verbali preċedenti NINA RICCI u RICCI - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2016/C 402/47)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Arrom Conseil (Arrom Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Herissay Ducamp u J. Blanchard, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nina Ricci SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2015 (Każ R 1021/2014-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nina Ricci u Arrom Conseil.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Arrom Conseil hija kkundannata għall-ispejjez rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Nina Ricci SARL.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


    Top