Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0091

    Kawża T-91/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – AEDEC vs Il-Kummissjoni (“Riċerka u żvilupp teknoloġiku — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ — Sejħa għal proposti fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma 2014-2015 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara mhux eliġibbli l-proposta ppreżentata mir-rikorrenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Proporzjonalità — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – AEDEC vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-91/15) (1)

    ((“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ - Sejħa għal proposti fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma 2014-2015 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara mhux eliġibbli l-proposta ppreżentata mir-rikorrenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

    (2016/C 402/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Asociación Española para el Desarrollo de la Epidemiología Clínica (AEDEC) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. López López, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Ruiz García u M. Siekierzyńska, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2014 li fiha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal finanzjament imressqa mir-rikorrenti f’isem il-konsorzju Latin Plan.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    L-Asociación Española para el Desarrollo de la Epidemiología Clínica (AEDEC) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


    Top